+L-Iben t'Alla sar Bniedem - Marzu 2005 | Numru 463

L-EDITORJAL

Kien sid ta' hafna hwienet u kien bniedem hawtiel u donnu ma ghandux sabar f'gismu. Mohhu dejjem kif ser izid il-bejgh u l-qligh. U darba kif kien qed idur mal-hanut enormi tieghu ltaqa' ma' haddiem – bejjiegh mill-hafna li kellu, u staqsieh:

"Ghidli l-verità qdejt klijenti llum?"
"Wiehed, sinjur."
"Wiehed biss! U x'beghtlu?"
"Sinjur, dan il-klijent dahal u qalli nurih fejn kienet il-parti tal-hanut riservata ghal spizerija ghax ried jixtri pakkett pilloli ghall-ugigh ta' ras. Imma jien ghidtlu li ahjar flok jixtri l-pilloli jmur jistad ghax il-menti jistriehu izjed. Imma hu qalli: 'Jien qatt ma mort nistad!' Ghidtlu biex imur l-ewwel darba llum. U malajr hadtu fis-sezzjoni tas-sajd u xtara qasba mghammra b'kollox. Imma donnu ma kienx kuntent u rega' staqsieni: 'Imma x'naghmel jekk fejn ix-xtajta ma jkunx hemm hut?' U bil-mod il-mod hajjartu jikseb dghajsa zghira. Imma kif konna sejrin narawhom kabbartlu xewqtu ghal dghajsa ftit kbira u fil-fatt spicca biex xtara speed boat u nefaq 10,000 lira."

Is-sinjur taptap fuq spallejn il-bejjiegh zaghzugh u tah tip qawwija biex jurih kemm ha pjacir bih.

Mhux jahasra kieku jien u int ikollna l-istess hegga biex inbieghu l-hajja t-tajba lil ta' madwarna! Nibqghu certi li anke l-Mulej jittippjana b'mod qawwi hafna ghax hu sinjur kbir u jhallas fil-wisa' lil dawk li jahdmu bil-qalb ghalih.


ESPERJENZI LI JISTGHU JSERVU TA' LEHHA DAWL GHAL MATUL IT-TRIQ

Helwa l-leggenda Lhudija tat-tliet sigriet: tliet xewqat, tliet talbiet, tliet holmiet. Holmot l-ewwel sigra u xtaqet li ssir bicca ghamara f'palazz kbir u lussuz biex jitghaxxqu biha n-nies setghana. Izda meta nqatghet spiccat f'hanut ta' mastrudaxxa u Guzeppi ghazel li jsawwar minnha benniena biex fiha jraqqad lil bihom Gesù. U s-sigra lmentat ghax holmitha ma twettqitx. Izda meta darba  rat madwarha slaten u rigali gharfet li t-tfajjel li kienet izzeffen kien specjali. U ferhet fuq li ferhet.

Holmot it-tieni sigra li meta tikber u tinqata' tispicca arblu ta' vapur kbir li jgorr ta' spiss generali u slaten. Izda meta nqatghet spiccat f'Betsajda u nies tas-sengha sawruha f'arblu ta' dghajsa biex mieghu jorbtu l-qlugh. Flok l-oceani u l-ibhra kellha tikkuntenta b'ghadira u flok generali u slaten kienet tara kuljum zewg sajjieda fqajra - Pietru u Indrì. Gergret is-sigra u f'qalbha sehtet lil Betsajda u s-sajjieda taghha sakemm darba fuqha rikeb ragel li ghal kelmtu r-rih kien jiskot, il-mewg jikkalma u n-nases vojta jimtlew kotrana. U gharfet kemm kienet ixxurtjata li kienet parti minn dghajsa li fuqha salpa  ragel ferm ikbar mill-generali u s-slaten.

Holmot it-tielet sigra li ssir parti minn torri mperrec fuq xi gholja biex kulhadd ihares u jitpaxxa lejn dan il-bini li jisfida xita, xemx, irjieh u zmien. Izda meta nqatghet twarrbet f'bitha ta' palazz fil-Galilea mwarrba u minsija serviet biss biex is-suldati jistriehu fuqha. Izda darba ftakru fiha u sawru minnha salib. Bkiet f'qalbha ghax hasset li kien haqqha ahjar minn salib ta' bniedem ikkundannat. Imma meta rat lill-imsallab u semghetu jitlob ghal min sallbu u osservat is-sema jiddallam u l-art titrieghed ghal mewtu gharfet li dan ma kienx bniedem bhal haddiehor. L-iktar x'hin semghet lic-Centurjun jistqarr: "Dan zgur kien l-Iben t'Alla." U ntebhet li hi saret qaddisa ghax maghha mess Bin Alla u thallat ghal dejjem maz-zokk taghha demm li feda d-dinja.

3 xewqat - 3 talbiet - 3 holmiet. Ebda wahda ma sehhet izda zgur li kieku kellhom jitkellmu ebda wahda mis-sigar ma kienet tibdel xortiha ghax meta ahna nitolbu mhux bilfors naqilghu dak li rridu imma dejjem nircievu dak li nehtiegu.


Dr Coronato Grech M.D. jiktbilna dwar…

XI ANNIMALI MITICI MSEMMIJA FIL-BIBBJA

Il-bniedem minn dejjem kien imdawwar minn annimali ta' kull daqs u xorta, u spiss kien jiltaqa' (ghadu sallum) ma' speci godda.  U ghalhekk, bl-immaginazzjoni unika li ghandu, ma damx ma sawwar ohrajn li kienu fil-bicca l-kbira tahlita ta' annimali ohra. U b'hekk ivvinta l-griffini (tahlita ta' ajkla u ljun), is-sireni (nofshom nisa u nofshom ghasafar), minotawru (nofsu ragel, nofsu barri), pegasus (ziemel bil-gwienah) u l-bqija.  U dawn l-annimali misthajla dahlu f'hafna miti, leggendi u folkor ta' popli mxerrda madwar id-dinja.  Il-Bibbja, li hija sensiela ta' kotba miktuba fuq medda ta' mijiet ta' snin, fiha wkoll miti u folklor, u ghalhekk mhux ghageb li xi whud minn dawn l-annimali immaginarji huma msemmija fiha.  Fost dawn insibu:

IL-BAZILISKU, li kien mahsub li huwa Sultan is-Sriep, kien jirrizulta meta serp jisraq bajda ta' tigiega u joqghod fuqha hu sa ma tfaqqas.  Ghalhekk dan l-annimal kien deskritt bhala tahlita ta' serduk (l-aktar in-naha tar-ras) u serp.  Harsa ta' bazilisku kienet toqtol kull haga hajja, ghalkemm kurjozamenti imbaghad kien jibza' minn ghajta ta' serduk.

Ghalkemm ma nafux jekk fil-Lvant Nofsani ta' zminijiet bibblici kinux jahsbu dan kollu fuq il-bazilisku, però f'Isaija 14,29 insibu li fis-sena li miet is-sultan Ahaz thabbar l-oraklu fuq il-belt ta' Filistja fejn jghid li minn 'gherq ta' serp tohrog lifgha, u frottu jkun serpent li jtir'1.

L-Unikornu. Dan l-annimal kien mahsub li huwa ziemel, b'daqna ta' moghza u b'qarn wiehed, dritt u gej bil-ponta hiereg minn go rasu. Dan il-qarn kien mahsub li huwa effettiv hafna kontra l-velenu u r-rejiet (li kienu dejjem f'riskju li jigu vvelenati), gieli hallsu hafna flus ghal medicina suppost maghmula minnu.  L-unikornu kien mahsub li huwa feroci ghalkemm kien ihalli xi vergni tmellislu u ghalhekk dawn kienu mfittxija biex jghinu lill-kaccaturi jaqbduh.

L-unikornu, (u l-unikornu orjentali mhux bilfors huwa dak medjevali) huwa msemmi kemm-il darba fil-Bibbja ghakemm fil-verzjoni Maltija huwa msemmi bhala gendus selvagg. Gob isaqsi jekk tistax tuzah ghall-hrit jew ddahhlu fl-istalla (Gob 39, 9-10).  Il-Salmista jitlob helsien mis-sejf, mill-klieb, minn halq l-iljun u qarn il-gendus (Salm 22, 21-22); il-gendus selvagg huwa msemmi f'salm iehor (Salm 29, 6); f'Numri 23,23, f'Dewteronomju 33, 17 u f'Isaija 34,7.

Satiru. Dan kien mahsub li hu annimal nofsu ragel u nofsu moghza bl-idejn u l-organi sesswali ta' ragel. Dawn is-satiri, li kien mahsub li jghixu qalb is-sigar, huma deskritti bhala krudili, malizzjuzi u zienja u jhobbu l-orgiji tant li biex ikomplu r-razza kienu jistupraw n-nimfi, ghalkemm mhux in-nimfi ta' l-ilma ghax kienu jibzghu mill-ilma. Ta' l-inqas kienu jhobbu l-muzika u jinghad li kienu jakkumpanjaw lil Dijonisju, l-alla Grieg ta' l-inbid, fit-tbahrid tieghu. Satiru minnhom kien il-famuz Pan, l-alla Grieg-Ruman tar-raghajja.

Fil-ktieb ta' Isaija s-satiru huwa msemmi darbtejn, meta hemm deskrizzjoni tat-tkissir ta' Babel mill-Medin, fejn fix-xaghri li jirrizulta, fost l-annimali msemmija hemm moghoz selvagg (Is 13,21) li huma satiri; u fl-ghadab tal-Mulej kontra l-gnus (Is 34,14). Fit-tieni ktieb tas-Slaten, hemm deskrizzjoni tal-qerda ta' l-allat foloz "...u garraf is-santwarji ta' l-gholjiet f'gieh l-allat-moghoz li kien hemm fid-dahla tal-bieb ta' Gozwè, gvernatur tal-belt, int u diehel, fuq ix-xellug". (2 Slat 23,8).

=== === 

1. Il-Bibbja (Ghaqda Bibblika 1985), Antik Testment p846 fejn huwa spjegat bhala "serpent kbir velenuz u bil-gwienah" li skond il-fantasija popolari kien jghammar fid-dezert ta' l-Gharabja.  (Il-kwotazzjonijiet kollha ta' dan l-artiklu huma minn din il-Bibbja).  Fi traduzzjoni ta' xi Bibbji bl-Ingliz, kif ukoll fil-Baker's Pocket Bible Concordance, l-isem ta' dan l-annimal huwa cockatrice, ezatt kif jinsab fil-kotba tal-mitologija per ez Encyclopedia of Things That Never Were, 1985 p 53)

Dr Grech itemm dan l-artiklu fil-harga ta' April.


FORSI JINTERESSAWK

L-ghagla

Kien hemm xi lmenti mis-suldati li l-ikel ma kienx tajjeb. Il-general ried jinvestiga... ghall-gharrieda. Waqqaf zewg suldati li kienu jgorru kaldarun kbir. Ordnalhom biex jieqfu u ma jghidu l-ebda kelma. Talab kuccarun... gabuhulu malajr imma malli rawh ser iduq il-kontenut dawn ghamlulu sinjal biex ihallihom ikellmuh.

"Tghidu l-ebda kelma!" ordnalhom.

Daq il-kontenut. Bezaq fl-art.

"Ghandhom ragun igergru. Dan ilma tas-sapun!"
"Sir, fil-fatt dak hekk hu... u konna sejrin narmuh. Imma int ma hallejtniex nghidulek."


Ma qaghadx jomghodha

Il-kappillan iltaqa' ma' parruccan li kien ilu xhur (u forsi snin) ma jarah il-knisja. Meta staqsieh ghaliex ilu tant imbieghed, dan wiegbu:

"Ghax il-knisja mimlija b'ipokriti."
"U iva... mimlija kemm hi mimlija, tahseb int li ma fadalx wisa' biex joqghod iehor?" wiegbu l-kappillan.


Talba li nstabet f'but ta' prigunier f'kamp ta' koncentrament Nazista:

'Nemmen fix-xemx anki meta mohbija wara s-shab;
Nemmen fl-imhabba anki meta ta' madwari qed jghixu bil-vendetta;
Nemmen f'Alla anki meta jidher sieket u qisu mhux hawn.'


Kif jinbidlu

Beda jkellem tfajla u tbiddel tabilhaqq.

"Kif m'ghadekx tpejjep?" staqsewh hbiebu.
"Jane ma riditnix."
"U anqas ghadek tixrob!"
"Jane ma kinitx tiehu pjacir."
"U kemm qed tilbes pulit!"
"Ghax Jane ghallmitni nilbes."
"U b'danakollu," komplew bid-dahka hbiebu, "bqajt ma zzewwigtx lil Jane imma ghazilt lil Mary!"
"Ghax tant kont sirt ahjar li hassejt li kien jixraqli xi hadd ahjar minn Jane!"


Avviz... jekk trid tilqghu

Mara, waqt li kienet qed issuq karozza, kisret b'mod skorrett f'kantuniera u ghal ftit ma habtitx ma' karozza li kienet gejja mid-direzzjoni opposta. Mit-tieqa ghajtet:

"Hanzir!" ...u baqghet sejra.

Is-sewwieq l-iehor indanna. Flok skuzat ruhha tat-traskuragni kienet ghajritu.Tghidx kemm tbaqbaq u qal kliem... u bil-kemm intebah bil-hanzir kbir li kien hemm f'nofs it-triq ezatt wara l-kantuniera. Qatel hanzir u farrak karozza.

Il-mara kienet ippruvat tavzah... imma hu hadha b'offiza. Kemm nizbaljaw meta naghmlu gudizzju bla ma niflu c-cirkustanzi u kemm jiddispjacina meta nopraw fis-sahna tal-mument.


AHBARIJIET TA' INTERESS

IL-LAQGHA TA' FRAR

Hadna gost immens naraw numru verament sabih ta' zghazagh li laqghu l-istedina taghna ghal-laqgha ta' Frar li ghamilhielna Dun Manwel Cordina ta' l-Oasi.  Dun Manwel qalilna li jekk irridu nharsu lilna nfusna minn hafna zbalji taz-zghozija fosthom id-droga, it-tipjip u l-alkohol, hemm bzonn li nibdew inhobbu lilna nfusna.  Min ihobb lilu nnifsu ma jaghmilx hsara lilu nnifsu.  U meta tkun tghallimt thobb lilek innifsek tibda tirrispetta lill-ohrajn ghax la darba int ma tridx min imaqdrek, min jghid kontra tieghek, min ifixklek anqas ma taghmel hekk lil haddiehor.  Id-dinja ta' madwarna hi kif naghmluha ahna.  Il-bniedem kapaci jaghmilha sabiha u kapaci jaghmilha infern.  L-ghazla hi f'idejna.

Anki meta nitkellmu dwar alkohol u droga. Hu l-uzu taghhom li jkissrek u jfarrkek. Certa droga hi mdahhla fil-medicina u, wzatha b'mizura gusta f'cirkustanzi mehtiega, taghmillek il-gid. Imma droga mixtrija mill-idejn u mehuda ghall-gost, ghall-pjacir, ghall-esperiment, biex taghmel bhalma qed jaghmel haddiehor, titfghek f'abbiss ta' nkwiet. Mhux id-droga hi hazina imma l-bniedem li juzaha hazin. Minghalih li permezz taghha ser jinsa l-problema.  Ikun qed joghdos fiha flok jehles minnha. U hekk ukoll ghall-alkohol.

Wara l-laqgha tellajna rigal sabih li mess lil Vronski Bartolo.

Imbaghad, biex inzanznu maz-zghazagh l-haxix artificjali li l-Kunsill Lokali ghamlilna (u li ghen zgur biex l-attendenza tkun daqstant sabiha), ghamilna numru ta' loghbiet bejn sitt timijiet.   Ghal bosta minnhom kienet l-ewwel esperjenza ta' football fuq haxix artificjali u l-kummenti li smajna jidher li ntghogob hafna.  Hajr lill-kunsilliera kollha ghal din l-ghotja taghhom.

Hajr ukoll lil Robert Borg, il-barman tal-kazin tal-Youngsters, li bhas-soltu pprovdielna d-drinks ta' wara l-laqgha.


IL-LAQGHA TA' MARZU

Ser ikollna slide feature fuq il-kobor ta' Alla fil-holqien.  Slides li juruna li b'harsa madwarna nistghu nilmhu lil Mulej Sidna u f'tebqa t'ghajn nistghu nkellmuh u nitolbuh anki jekk ma nkunux gharkobbtejna jew fil-knisja.  Il-laqgha tibda fis-7.15p.m.  Ejjew u heggu lil shabkom jigu wkoll.  Mela tinsewx nhar is-Sibt 5 ta' Marzu fis-7.15p.m.

Wara l-laqgha ser nergghu norganizzaw xi loghbiet tal-football bejn it-timijiet li jkunu prezenti.  Jekk tixtieq tiehu sehem u m'inti fl-ebda tim, ejja l-istess ghax ser ikun hemm timijiet godda ffurmati b'zghazagh li ghal xi raguni jew ohra ma gewx ghal-laqgha ta' Frar.


EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA 2


[Guzeppi nhasad b'dak li qallu anglu f'holma li Marija kienet tqila]

"La tibzax tiehu ghandek 'il Marija,

l-gharusa tieghek, ghax dak

li tnissel fiha hu mill-Ispirtu s-Santu." 

{Mt 1:20}

 

Patri li kien qed jaghti rtir lil

xi missirijiet qalilhom:

"Guzeppi hu l-ahjar mudell ghalikom."

Izda missier minnhom ma qabilx.

Qam jghid dak li kellu fuq l-istonku:

"Is-sitwazzjoni ta' Guzeppi hi totalment differenti minn tieghi.

ien qaddis, martu bla difett, u ibnu kien l-Iben ta' Alla. 

Jien m'iniex qaddis, marti ghandha bosta difetti u ibni zgur li mhux l-iben ta' Alla."

U l-patri wiegbu:

"Martek kienet tqila qabel ma zzewwigtu

u int ma kontx taf minn min?

Ibnek telaq mid-dar u ghal tliett ijiem

ma kontx taf fejn qieghed?"

 

U dan il-hsieb igaghlek tahseb:

X'sitwazzjoni hemm f'hajti li

tridni nafda iktar?
 

Hija haga ehfef ghall-genituri biex ikollhom it-tfal milli t-tfal biex ikollhom genituri - PAPA GWANNI XXIII


MAZZ KARTI TAL-LOGHOB

Fi zmien il-Gwerra Civili Amerikana, grupp ta' suldati zghazagh waslu f'rahal jismu Kasinok. L-ghada kien il-Hadd u ta' nsara tajbin erhewlha lejn il-knisja. Dawk li kellhom xi Bibbja ckejkna nkella xi ktieb tat-talb haduh maghhom. Kwazi kollha kellhom xi haga ghajr zaghzugh partikolari. Kulma kellu fuqu tal-karti kien mazz karti tal-loghob. U biex donnu jisfida poggieh fuq il-bank bhalma ghamlu shabu ghall-kotba tat-talb. Is-surgent tieghu ordnalu jnehhih minn fejn jidher u heddu li ser ipatti tan-nuqqas ta' rispett f'post qaddis. Wara l-quddiesa hadu quddiem il-marixxall.

"Surgent ghalfejn gibtli lil dan iz-zaghzugh?"
"Ghaliex kien qed jilghab il-karti fil-knisja," wiegbu b'vuci intimidatorja.
"Ghandek xi tghid biex tiggustifika ghemilek?"
"Hafna, sir!"
"Jaqbillek tiddefendi sew lilek innifsek ghax inkella ser tlaqqat kastig ahrax!"

Is-suldat ha nifs 'il gewwa u beda:

"Sir, ilna nimmarcjaw ghal dawn l-ahhar sitt ijiem u la ghandi Bibbja u anqas ktieb ta' talb. Imma nixtieq li nissodisfak fuq l-intenzjoni tajba ta' ghemili."

U b'dan il-kliem beda l-istorja tieghu:

"Sir, x'hin nara l-Ace, niftakar li Alla hu wiehed – Hu l-ewwel u qabel kollox. It-2 ifakkarni li l-Bibbja hija maqsuma fi tnejn, l-Antik u l-Gdid Testment. X'hin nara t-3 niftakar li hemm tliet persuni f'Alla wiehed – il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Meta nara l-4 niftakar li erba' evangelisti hallewlna l-Evangelju – Mattew, Mark, Luqa u Gwanni. Il-5 ifakkarni fil-hames xebbiet bil-ghaqal li hadu hsieb iz-zejt tal-lampa taghhom u dahlu fl-ikla ta' l-gharus - mhux bhall-hames xebbiet l-ohra li kienu boloh. Is-6 ifakkarni li f'sitt ijiem Alla halaq id-dinja u fis-7 Alla strah mix-xoghol kbir tieghu. It-8 ifakkarni fil-beatitudnijiet jew id-diskors tal-muntanja fejn Gesù wriena t-tmien kategoriji ta' nies imberkin. Id-9 ifakkarni f'dawk il-lebbruzi ingrati li ma marrux jirringrazzjaw lil Gesù wara li fejjaqhom. Almenu sehibhom patta ghan-nuqqas taghhom. Filwaqt li l-10 jfakkarni fl-ghaxar kmandamenti. Lilhom irridu nharsu jekk irridu nghixu sew. Meta jigi f'idejja s-sultan nahseb kif Alla biss hu r-Re taghna. Ir-regina tfakkarni fil-Vergni Marija, Regina tas-sema u ta' l-art. Sfortunatament il-J ifakkarni fix-xitan – il-bidu ta' kull hazen."

Is-suldat ma kienx lest ghaliex kompla:

"Jekk nghodd il-fjuri fuq il-karti nsib 365 - in-numru ta' jien f'sena. Hemm 52 karta – in-numru ta' gimghat f'sena. Erba' fjuriet, in-numru ta' gimghat shah f'xahar. Hemm tnax-il karta bl-istampi – in-numru tax-xhur." 

U temm diskorsu:

"Qed tara kif dan il-mazz karti ghalija huwa Bibbja, Kalendarju u ktieb tat-talb."

B'demgha f'ghajnejh il-Marixxall hallieh jitlaq – dnubietu mahfura.

______________________________________