Marzu 2006 - Harga Nru 475
+ L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-Editorjal

L-eremita tad-dezert kien bniedem ta' penitenza kbira. Jilbes l-ixkejjer… jiekol mill-inqas… u ma jixrobx minn tlugh sa nzul ix-xemx. Ujoffri kollox ghall-konverzjoni tal-midinbin.

U l-anglu tal-Mulej kien izuru kull lejla u jaghmillu l-kuragg biex ikompli b'din il-hajja ta' sagrificcju ghax kuljum ikun hemm xi ruh li thalli t-triq il-hazina u tmur fit-tajba, frott tal-penitenza tieghu.

Izda jum wiehed gie missier b'tifel ta' xi seba' snin u qal lill-eremita:

"Sema' bik u jixtieq li jaghmel jum mieghek."

"Bil-qalb kollha. Hallih mieghi u ejja ghalih il-lejla."

It-tifel beda jdur ma' l-eremita… jinzel gharkobbtejh bhalu meta jitlob… ihares lejn is-sema meta l-eremita jerfa' rasu 'l fuq u jimxi mieghu meta l-eremita jiddeciedi li jaghmel passejn.

Kien ghadu anqas ghadda n-nofs ta' nhar ta' filghodu li l-eremita offra l-ikel u l-ilma liz-zghir.

"Le ma nikolx qabel ma tiekol int u ma nixrobx qabel ma tixrob int."

Issa l-eremita hassu bejn halltejn. Xtaq hafna li anke f'dak il-jum ikun hemm midneb iehor li jidhol fit-triq it-tajba izda ma setax ihalli dan it-tfajjel ibati. Ghazel ghalhekk li dak il-hin stess jiekol u jixrob u hekk ghamel ic-ckejken.

Meta filghaxija deher l-anglu tas-soltu l-eremita talab mahfra u xtaq li jfisser ghaliex kien ghamel li ghamel. Imma l-anglu taptaplu fuq spalltu u qallu:

"Illum mhux midneb gbidt ghat-triq it-tajba… imma tnejn ghax quddiem il-Mulej il-moghdrija u l-hniena huma ikbar minn kull sagrificcju."

Forsi nsibuha iebsa li fil-bidu tar-randan naghmlu penitenza mill-ikel imma lkoll nistghu nuru hniena u moghdrija ma' dawk ta' madwarna.


KUCCARINA GHASEL FI TRIQ IL-HAJJA

Il-haddiema kienu fuq ix-xwiek
istennew lil sid il-fabbrika
ghax dakinhar kellu jzurhom.
Henry Ford kien imur tajjeb maghhom.
Kellhom paga tajba
u kondizzjonijiet xierqa.
Hafna minnhom ma kienu qatt lesti
jitilqu ghal xi mpieg iehor.

Ghax Henry dejjem emmen
li jekk trid tikseb success fl-entrapriza
trid tohloq klima ta' hbiberija
halli l-haddiema jaghtu bil-qalb
il-gurnata tax-xoghol taghhom.

U fl-ahhar, hin iz-zjara wasal.
U Henry beda jdur madwar l-impjant kollu.
Ikellem lil kulhadd
u jisma' l-ilmenti u s-suggerimenti
tal-haddiema tieghu.

U waqaf fejn wiehed
u staqsieh: "X'tixtieq l-iktar f'hajtek habib?"
U dan pront pront wiegeb
"Li nkun sinjur… li jkolli hafna flus."
Henry tbissem u kompla fi triqtu.

Izda l-ghada dan il-haddiem ircieva pakkett
indirizzat lilu.
Fethu bil-ghagla.
U sab fih nuccali
izda flok lentijiet
sab zewg bicciet dollarili kienu qed jaghlqu
l-ispazju ta' vojt in-nuccali.

U mal-pakkett kien hemm nota qasira.
'Habib, jekk f'hajtek tixtieq biss il-flus
titlef hafna mis-sabih tal-hajja
ghax il-lupa ghal iktar flus
ma thallikx tara hlief dollari u dollari…
li kont minnek nixxennaq ghal xewqat ohra.'

Mulej ghallimni li l-flus huma mezz
utli jekk tuzahom tajjeb.
Isiru sidien jekk naghmilhom alla tieghi…
alla falz li minhabba fih hafna jinsew
lil marthom u wliedhom
lill-genituri u hbieb
hajjithom issir girja
biex jistaghnew dejjem izjed.
Donnhom jinsew li
l-libsa li jkeffnuhom fiha
tkun dejjem bla bwiet.

Ghallimni Mulej nuza tajjeb flusi
biex bihom fejn nista' noffri
ghal dawk li b'xi mod jiehtiegu l-ghajnuna
kuccarina ghasel f'mixjet il-hajja.


DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna

GHANDEK SULFARINA?

Ix-xwejjah kebbes il-pipa, dar kontra r-rih, hareg kaxxa sulfarini mill-but, cekcikha, hareg zokk ta' sulfarin, qabbdu u mill-bokkin ha nifsijiet 'il gewwa. It-tabakk qabad u x-xwejjah kien donnu sodisfatt b'pipata ohra. Dan kollu kien possibli b'daqsxejn ta' sulfarin. Xi storja jista' jkollu dan is-sulfarin li issa swied, ckien u tghawweg?

L-iskoperta, jew ahjar id-domestikazzjoni tan-nar kienet fost l-iktar stupendi fl-istorja umana, imma li fuqha ma ghandniex dettalji. U probabli giet mill-kurzità naturali tat-tfal, li bin-nuqqas ta' esperjenza, kienu (u ghadhom) ideali biex jilaghbu b'xi nar li qabad b'mod naturali (bhal minn xi sajjetta), waqt li adulti li dehrilhom li jafu ahjar ppruvaw izommuhom lura. Intant, dan kien kmieni sew fl-istorja umana. Home erectus1, speci ta' ominidi minn madwar miljun sa madwar nofs miljun sena ilu, kien skopra n-nar kif instab f'gherien qrib Peking fic-Cina. Id-domestikazzjoni tan-nar, (li ebda annimal iehor ma jaghmlu) biddel kompletament il-hajja umana. Issa dan in-nar serva ta' dawl wara nzul ix-xemx jew f'gherien fondi; kien ta' protezzjoni mill-annimali, u mill-kesha (fejn ghen ghal adazzjoni ta' anke epoki tas-silg); kif ukoll ghat-tisjir ta' l-ikel li issa sar iktar igjeniku (in-nar joqtol mikrobi u parassiti) iktar facli biex tieklu, u itjeb2. U iktar tard in-nar serva biex jinstabu metalli bhar-ramm, jew jifforma metalli godda bhall-bronz.

Ghal bidu n-nar kien prezzjuz hafna ghaliex ma kienx akkwistat malajr – jew naturali jew inkella b'hafna tahbit u hakk ta' gebel jew zkuk niexfa sakemm itir xrar fuq xi haga niexfa u jaghmel fjamma. Tant kien prezzjuz li hafna tempji antiki kellhom nies apposta li jaraw li dan in-nar qatt ma jintefa.

Fil-Medjuevu kien hemm 'zkuk tan-nar', spiss dekorati, fejn bicca hadida tigi mahkuka ma' bicca znieda3 u x-xrar li jtir iqabbad xi haga niexfa. Mal-wasal tal-porvli fl-Ewropa mil-Lvant, madwar is-seklu 13, u iktar tard ta' armi tan-nar, metodi efficjenti ta' kif tipproduci n-nar saru importanti.

Imma kellha tkun ricerka f'linji ohra li wasslet ghall-zvilupp tas-sulfarin (jew suffarin, kif hafna jafuh ahjar). L-alkemista Germaniz Hennig Brand (miet fl-1692) haseb, forsi minhabba l-kulur u ta' alkemista li kien, li seta' jaghmel id-deheb mill-awrina. Wara li ghal zmien twil iddistilla glalen kbar ta' awrina (li gabhom minn regiment ta' suldati fil-qrib) huwa spicca b'sustanza bajdanija li kienet taghti daqsxejn dawl u ghalhekk semmieha 'fosfru'4. Dan il-fosfru kien facli li jaqbad u ghalhekk ma damx ma tpogga fuq zkuk li bi ftit hakk jaqbdu. Dawn kienu l-antenati tas-sulfarini5.

1 Minkejja l-isem, Homo erectus ma kienx l-ewwel ominodu li mexa wieqaf fuq zewg saqajn, ghalkemm hekk kien mahsub meta nstab. Imma ghamel zewg avvanzi tremendi – hareg mill-Afrika u iddomestika n-nar.

2 Ghalkemm, anke sallum, mhux ghal kulhadd. Naf b'pazjenti li jippreferu laham u hut nejjin!

3 Iz-znied huwa minerali iebes hafna li fforma fi blat sedimentarju u jikkonsisti minn kristalli zghar tal-kwortz jew silika (bhar-ramel). Dari hafna kienu jgorru z-znied taghhom. U ghalhekk ghandna kultant nghidu 'gabha minn zniedu' ghal xi hadd li vvinta xi haga.

4 Mill-Grieg ghal 'dak li jgorr id-dawl'.

5 U biex jaqbdu kienu jdahhnu hafna. Sulfarini Inglizi mis-sena 1829 kien fihom dan l-avviz 'Persons whose lungs are delicate should by no means use lucifers'lucifers kien l-isem komuni ghas-sulfarini.

(Dr Grech itemm dan l-atiklu fil-harga ta' April)


FORSI JINTERESSAWK

Kollox fil-mohh

Thor Heyerdahl sar famuz meta flimkien ma' ftit nies ohra fuq cattra, irnexxielu jaqsam ocean biex imur minn kontinent ghall-iehor. Din l-espedizzjoni baqghet tissemma bhala 'Kon Tiki'.

Li ma jafux hafna hu l-fatt li dan Thor kien jibza' mill-bahar. Anzi jitwerwer minnu. Izda darba l-Kanada, waqt li kien qed jaqsam xmara fuq dghajsa din inqalbet u Thor sab ruhu fl-ilma… ihossu ser jeghreq. Dakinhar ftakar f'talba li kien tghallem f'zghozitu – il-Missierna. U waqt li beda jtenniha bil-qalb, qadef lejn l-art. 

Dakinhar kien rebah kull biza' mill-bahar u snin wara kien kapaci jorganizza l-espedizzjoni 'Kon Tiki'.

Hafna mill-bezghat taghna huma biss fil-mohh. Il-hazin hu meta dan jaghmilhom reali.


Kwotazzjoni

Ragel dahal f'hanut zghir fejn xi nies, fosthom qassis, kienu qed jiehdu tazza kafè u qal: "M'hemmx Alla."

Il-qassis mar hdejh u qallu: "Dak li qed tghid mhux gdid. F'dan il-ktieb insiblek min qal dan il-kliem qablek."

U beda jqalleb fil-Bibbja sakemm sab is-salm14, vers 1:

"L-iblah qal f'qalbu… m'hemmx Alla."

U l-qassis kompla: "Id-differenza hi wahda. Min qal dan il-kliem tennieh f'qalbu u ghalhekk hadd ma ntebah bi bluhitu. Int qed tiftahar bih!"


Waqt party

Waqt party suldat kien qed jizfen ma' tfajla u wrieha lill-kaptan u qalilha:

"L-iktar ragel stramb li qatt iltqajt mieghu."

It-tfajla ndehxet.

"Int taf min jien? Jien bint il-kaptan!"

Is-suldat kesah bil-biza'.

"Int taf min jien?" staqsieha.

"Le, ma nafx."

"Dak l-aqwa!"

U hareg sparat mis-sala taz-zfin.


Thallix ghal ghada

Il-vapur Central America kien qed isalpa minn New York ghal San Francisco meta l-maltemp farrku ghal kollox u l-kaptan tieghu baghat ghall-ghajnuna.  Waslu xi vapuri li riedu jghinuh u talbuh jibghat in-nies kollha halli jkunu certi. Imma l-kaptan ta' Central America wegibhom:

"Mhux issa. Issa dalam wisq. Nistennew sa ghada maz-zerniq."

Izda f'nofs il-lejl is-Central America ghereq u mieghu gherqu dawk li kienu fuqu.

It-tajjeb li ghandek taghmel issa thallihx ghal imbaghad.


Darba l-predikatur D L Moody gie lura minn laqgha u meta staqsewh kif mar qal:

"Semghuni tnejn u nofs."

"Mela kien hemm zewg adulti u tifel jew tifla."

"Le, kien hemm zewgt itfal u mara xiha… iz-zghar baqghalhom hajja shiha imma x-xiha ghandha iktar minn nofsha barra."


AHBARIJIET TA' INTERESS

IL-LAQGHA TA' FRAR

Hadna gost nisimghu l-lezzjoni ta' l-Arcipriet tal-Qala, il-Kan. Dun Joe Zammit. Sejjes sensiela ta' hsibijiet fuq kemm hu ta' sodisfazzjon meta tinghata ghall-ohrajn. Din hija s-sejha ta' kull nisrani ghax biex nghidu li rridu nimxu fuq il-passi ta' Gesù hemm bzonn  li nippruvaw naghmlu bhalu. Fuq is-salib naraw l-ghotja ahharija tieghu. Il-kurcifiss hu l-ikbar ktieb bhalma kien ihobb isejjahu l-Beatu Gorg Preca. Meta nghidu ninghataw ma nirreferux biss ghall-hajja sacerdotali izda f'kull triq tal-hajja. Biex ikun hemm zwieg hieni hemm bzonn li jinghataw lil xulxin u dak li jkun aktar irid jara x'ser jaghti milli x'ser jiehu. Iz-zmien jghaddi u aktar ma tikber fl-età aktar tintebah kemm il-hajja tghaddi malajr. Izda meta nharsu lura nindunaw kemm dak li tajna hu investiment li jibqa' jaghtina sodisfazzjon tul hajjitna kollha. Dun Joe stieden lill-istudenti fostna biex jahsbu sew x'irid Alla minnhom. Facli li nhossuna migbuda lejn hajja izda rridu nahsbuha sew u niehdu parir biex insibu triqitna. Min hu msejjah ghall-kunvent u min il-kunvent tieghu hija d-dinja fid-diversi forom taghha. F'kull hajja ta' kull bniedem hemm il-problemi u ghalhekk importanti hafna li ma naqtghux qalbna. Bhall-problemi taghna hemm ohrajn li ghaddejjin minnhom – ta' hadd ma huma unici. Meta haddiehor jifhmek fil-problemi tieghek tkun bdejt issolvihom. U nghaddu minn xiex nghaddu niftakru li ahna mexjin fit-triq ta' Alla u hu kapaci jinqeda bina u jwassal il-gid anke meta ahna nhossuna bla sahha u bla aptit. Il-knisja tipprezentalna bosta qaddisin u meta nharsu madwarna naraw uhud li waslu fi grad gholi ta' qdusija ghax fis-semplicità ta' hajjithom tara t-telqa totali fil-volontà ta' Alla. La waslu huma kapaci naslu ahna wkoll.

Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters tad-drinks li qassamna wara l-laqgha. Michael Camilleri ta' Triq ir-Ramla tela' fir-raba' volum ta' Il-Hbieb Isejhu bl-Istejjer.


STEDINA

Ghal-laqgha ta' nhar is-Sibt 4 ta' Marzu fis-7.15p.m. Ser ikellimna Dun Raymond Portelli li qieghed fostna ghall-btala mill-missjoni tieghu fil-Perù. Zgur li ser tkun laqgha interessanti u mzewqa b'esperjenzi tassew sbieh f'dan il-pajjiz ta' l-Amerika ta' isfel.

Mela habib tinsiex. Nhar is-Sibt fis-7.15p.m. Ghid lil shabek jigu wkoll.


TISLIMA U HAJR

Xieraq li anke l-fuljett taghna jsellem lil Mons Mario Grech, l-Isqof il-gdid ta' Ghawdex u mill-qalb nawgurawlu hidma sfiqa fl-ghalqa tal-Mulej. 'Il quddiem, meta l-impennji tal-bidu ta' l-appostolat jibdew jittaffu xi ftit, nistednuh ghal din il-laqgha taghna ta' darba fix-xahar.

Xieraq ukoll li nghidu 'grazzi' lil Mons Nikol Cauchi ta' l-ghajnuna li dejjem tana u tal-kuragg li nissel fina favur il-kelma miktuba. Kien ta' spiss isemmilna l-fuljett u jheggigna biex inkomplu dan l-appostolat.

Is-Socjetà tal-MUSEUM hi obbligata hafna lejn Mons Cauchi ghax kien hu li offra lill-ghaqda taghna proprjetà li llum fuqha hemm mibnija diversi oqsma tal-MUSEUM.

Minn qiegh qalbna nixtiqulu snin ta' mistrieh li fihom isib hin ghall-hidma pastorali u appostolat permezz tal-media – radio, gazzetti, kotba ecc


EKU BIBBLIKU FI ZMIENNA

'Ahna dnibna, imxejna mghawweg,
ghamilna l-hazin u qomna kontrik
u twarrabna mill-precetti tieghek
u mil-ligijiet tieghek." {Danjel 9:5}

Snin ilu qassis kien miexi
bil-lejl f'parti difficli tal-belt.
F'daqqa wahda xi hadd wahhallu
kanna ta' revolver mal-kustilji
u talbu l-flus.
Malli fetah il-gakketta biex
johrog il-kartiera
deher il-kullar ta' qassis.
Il-halliel skuza ruhu.
"Jiddispjacini, ma kontx naf li int padre."
Il-qassis ha nifs 'il gewwa,
hareg sigarett u offra wiehed lill-halliel.
Dan ma accettax u fissirlu:
"Le, jien ma npejjipx fir-Randan."
Tidher tac-cajt din il-grajja tal-passat
ghax turi kemm tahwid jista' jkun hemm
f'mohh x'uhud
dwar is-sens ta' sagrificcju.

X'inhu l-iskop tar-Randan?
U jien x'qed naghmel biex inwettqu?

L-aghar cahda hi meta taghmel
affarijiet tajbin ghal ragunijiet hziena.

T S ELLIOT


L-ISBAH TALBA LI QRAJT FI ZMIEN TWIL…

 

Missierna li inti fis-smewwiet, ghinni niftakar
li min qasamli u rrabjani fit-traffiku tal-bierah filghaxija
hija omm wehidha
li trid tahdem tmien sighat kuljum
u mbaghad tigri ghad-dar
biex issajjar, tghin fil-homework,
tahseb u tnaddaf kif ukoll
tqatta' xi hin prezzjuz
ma' l-ghaziz binha.

 Ghinni niftakar li
dak mimli msielet, tattooes u bla kont
li donnu xejn ma jigih sew
hu guvni ta' 19-il sena
li qed jipprova jaghmel sens
mit-tahwid li qed jara madwaru
mahkum minn biza' esagerat
ta' futur incert.

 Ghinna niftakru Missier
li dak it-tallab
li kuljum jintasab fl-istess lok
- u li ahna nghidu li suppost jahdem -
hu lsir tad-droga
u jinsab f'abbiss
li ahna nistghu biss
nimmaginaw f'xi holma kerha.

 Ghinna niftakru
li dik il-koppja ta' xjuh
li fis-supermarket jaghqlu kuritur

 u jinnervjawk bil-lajma taghhom
qed jiggostaw il-mument
li jkunu flimkien
ghax l-ahhar rapporti medici taghhom
li rcivew gimgha ilu
wrewhom li din hi l-ahhar sena
li ser jaghmlu x-xirja flimkien.

 Missierna li inti fis-smewwiet
fakkarna kull jum
li l-ikbar rigal li taghtina
hi l-imhabba.

 Ejjew naraw is-sabih li ghandna
mhux nixxennqu
ghal dak li ma ghandniex
u qatt ma jista' jkollna.

 Mhux bizzejjed li taqsam
dak li ghandek
ma' l-gheziez tieghek.

 Irridu nifthu qalbna mhux biss
ghal dawk ta' madwarna
izda ghall-bnedmin kollha.

 Ejjew inkunu rotob biex niggudikaw
izda hfief biex nahfru
inkunu pacenzjuzi
u nhobbu lil kull mahluq.


SUPPLIMENT 475 SEJHA

IN-NASSA TAL-GRIEDEN

Gurdien ittawwal minn go xaqq fil-hajt biex jara lill-bidwi u l-mara tieghu jifthu pakkett. "X'ikel fih tghid?" staqsa bejnu u bejn ruhu.

Izda qalbu ghamlet tikk hekk kif rahom johorgu nassa tal-grieden. Mar jigri fir-razzett biex jghid lill-annimali kollha l-ahbar il-hazina. "Hemm nassa tal-grieden fid-dar! Hemm nassa tal-grieden fid-dar!"

It-tigiega farfret rixha, girfet l-art, gholliet rasha u qaltlu: "Sur gurdien, nista' nghidlek li din il-bicca nkwiet ghalik, imma lili ma ser taghmilli xejn. Mhix affari tieghi!"

Baqa' sejjer fejn il-hanzir u qallu: "Hemm nassa tal-grieden fir-razzett." Il-hanzir henn ghalih imma qallu: "Jiddispjacini sur gurdien. Imma jien ma nista' naghmillek xejn hlief nitlob ghalik. Ibqa' cert li int fi hsiebi."

Il-gurdien erhielha ghal fejn il-baqra. Qaltlu: "Heqq sur gurdien, jiddispjacini ghalik. Imma daqsxejn ta' nassa ma hi ser taghmilli xejn lili." U ghalhekk il-gurdien mar lura fid-dar biex jaffronta wahdu din il-problema gdida.

Dak il-lejl instema' hoss fid-dar tal-bidwi – bhall-hoss li taghmel nassa x'hin taqbad il-priza taghha.

Mart il-bidwi marret tigri biex tara min inqabad u fid-dalma tal-lejl ma ndunatx li kien serp velenuz li n-nassa hakmitlu denbu. Spiccat migduma. Zewgha telaq biha  lejn l-isptar u minn hemm giet b'deni ta' ziemel.

Kulhadd jaf li lil min ghandu d-deni jaghtuh il-brodu tat-tigieg. Ghalhekk il-bidwi ha s-sikkina biex joqtol l-ingredjent ewlieni ghal dan it-tip ta' brodu. Izda xorta baqghet marida u ghalhekk il-girien indahlu wkoll biex ma jafdawhiex wehidha.

Biex jitmaghhom il-bidwi qatel il-hanzir. Mart il-bidwi xorta ma qalbitx ghall-ahjar u fi ftit jiem inbarmet.

Kienu hafna dawk li marru ghall-funeral taghha. Il-bidwi kellu joqtol il-baqra biex jitmaghhom ilkoll.

Ghalhekk meta xi darba tisma' li xi hadd qed ihabbat wiccu ma' problema li ma tirrigwardakx – ftakar – meta wiehed hu mhedded, ahna lkoll nkunu f'riskju.

Ahna lkoll niffurmaw parti minn dan il-vjagg li nsejhulu hajja. Irridu niehdu hsieb xulxin u naghmlu sehemna biex inwieznu wiehed lill-iehor.

Kull wiehed minna hu hajta importanti fit-tapezzerija ta' xulxin. Hemm raguni ghala hajjitna huma daqshekk maghguna flimkien. 


IL-GRAJJA TAL-KIKKRA

Kien hemm koppja li kienu dilettanti kbar ta' l-antikitajiet. Dak li jfaddlu jonfquh f'oggetti u ghamara antika. Meta ghalqu 25 sena mizzewgin riedu jaghtu rigal lil xulxin u ftehmu li la kellhom l-istess delizzju jixtru sett ta' kikkri antiki. Fil-hanut immarkaw kikkra tassew sabiha u qalu lil sid il-hanut jistghux jifluha qabel jixtruha.

Meta haduha f'idejhom din bdiet titkellem. "Intom ma tistghux tifhmu imma jien mhux minn dejjem kont kikkra. Kien hemm zmien meta kont semplicement ponn tajn ahmar. Izda l-imghallem tieghi qabadni, ghaffigni, sabbatni u baramni u ghalxejn bkejtlu: 'Taghmillix hekk! M'iniex niehu pjacir! Hallini wahdi!' Izda hu tbissimli u qalli, 'Mhux ghalissa.' Xehetni fuq ir-rota u beda jdawwarni u jdawwarni. 'Ieqaf, ieqaf. Qed jaghtini l-mejt. Ser nimrad'. Izda l-imghallem xengel rasu u qalli: 'Mhux ghalissa!'

"Kompla jdawwarni u dort miljun darba. Ghaffigni u ghamilli l-forma li kellu f'mohhu u mbaghad… dahhalni f'forn. Qatt ma hassejtha dik is-shana. Ghajjatt u habbatt fuq il-bieba. 'Ghinni! Ohrogni!! Stajt narah minn bejn ix-xquq u stajt naqralu fommu, 'Mhux ghalissa!'

"Meta hsibt li m'iniex ser nissapporti minuta ohra l-bieba nfethet. Qabadni b'attenzjoni liema bhalha u poggieni fuq xkaffa. Bdejt nibred. Ghall-erwieh! Kemm hassejtni ahjar! Dan hafna ahjar! Izda meta ksaht sew qabadni u ghamilni kollni zebgha. Id-dhahen ghoddhom fgawni. 'Jekk joghgbok ieqaf!' newwaht. Harrek ftit rasu u qalli: 'Mhux ghalissa!'

"Imbaghad rega' xehitni fil-forn. Izda ma kienx bhall-ewwel darba. Kien jahraq id-doppju u kont certa li ser immut. Tlabt, tkarrabt, ghajjatt, bkejt. Kont certa li ma iniex ser nohrog minn hemm. Kont qtajt qalbi. Izda nfethet il-bieba u hargitni id li poggietni fuq xkaffa, fejn bridt u stennejt – u stennejt, inhammem: 'X'imissu jaghmel bija?' Siegha wara gabli mera u qalli: 'Hares ftit lejk innifsek.' U hekk ghamilt. Ghidltlu: 'Dik mhix jien,: dik ma tistax tkun jien. Dik sabiha! Jien sabiha!!'

"B'lehen baxx qalli: 'Irridek tiftakar li kont naf li ser twegga' meta ghaffigtek, fattartek, izda li kieku hallejtek wahdek kont tinxef. Kont naf li stordejtek bid-dawrien fuq ir-rota. Izda kieku waqaft kont tinqasam. Kont naf li weggajt fin-nar tal-forn izda li kieku hrigtek qabel kont tixxaqqaq. Kont naf li l-irwejjah taz-zebgha ma kinux pjacevoli izda li kieku ma ghamiltlekx hekk ma kontx tibbies. Ma kienx ikollok kulur f'hajtek. Li kieku ma ergajtx poggejtek fil-forn ghat-tieni darba ma kontx tibbies bizzejjed u ghalhekk ma kontx isservi hafna. Issa int prodott lest. Issa sirt dak li kelli f'mohhi meta bdejt nahdem fuqek."

Alla jaf x'inhu jaghmel b'kull wiehed minna. Hu l-fuhhari u ahna t-tafal. Hu ghamilna u hu li qed jiffurmana u jaf kemm ghandna bzonn pressjoni, shana u zebgha biex insiru l-kapolavur li ghandu f'mohhu.

Ghalhekk meta l-hajja tidher iebsa u thossok imhabbat, imkisser u mfarrak sakemm ma tistax iktar; meta d-dinja tieghek tidher li qed iddur bla ebda kontroll; meta thossok fil-forn jahraq tal-problemi; meta l-hajja xxommha tinten….

Aghmel bela' tè fl-isbah kikkra li ghandek, poggi bilqieghda u ahseb fuq din l-istorja tat-tafal u l-fuhhari...