
|
+L-Iben t'Alla sar Bniedem Marzu 2009 numru 511 Vibha, żagħżugħ Indjan, kien ilu jixxennaq li jibda jitħarreġ fil-judo u għalhekk kien qed jistenna l-vaganzi biex jibda dan it-taħriġ. Iżda ftit qabel spiċċat l-iskola kien involut f’ħabta meta hu kien passiġġier f’karozza u tant korra gravi li t-tobba, biex isalvawlu ħajtu, kellhom jaqtgħulu driegħu barra. Vibha ħass li ħajtu ntemmet għax il-ħolma ta’ ħajtu li jsir champion tal-judo issa kienet għosfrot qabel bdiet.
Vibha beda jmur ta’ spiss għandu iżda ħassu diżappuntat għax l-għalliem Sensei kien qed jgħallmu dejjem l-istess moviment. Veru li fih kien sar eċċellenti imma ma kien hemm l-beda atleta tal-judo li kellu biss moviment wieħed fir-repertorju tiegħu. Iżda kien jistħi jipprotesta. Daħal għall-ewwel kompetizzjoni u b’għaġeb tiegħu spiċċa li rebaħ. Anqas ried jemmen lill-għajnejh meta l-organizzaturi ppreżentawlu trofew verament sabiħ. Meta kien waħdu ma’ Sensei qallu: “Irbaħt għalkemm naf biss moviment wieħed!” “Irbaħt għax dan il-moviment ma hawn ħadd li tħarreġ fih daqsek u biex tiddefendi ruħek minnu hemm biss mossa waħda magħrufa. U din il-mossa hi li min qed jiġġieled miegħek jaqbdek minn idek ix-xellugija. Għalhekk jinfixlu meta jfittxuha u ma jsibu xejn.” Vibha issa fehem. Sensei kien għallmu li difett m’għandux jaqtagħlu qalbu imma jħares lejh bħala sfida. Flok tarġa li twaqqgħek tkun għalik tarġa li ttellgħek ftit iktar ’il fuq. COFFEE BREAK - waqfa qasira fil-ġirja tal-ħajja mal-awtur Paulo Coelho (Għaddejjin b’pass mgħaġġel wisq li kultant anqas iħallilna żmien nirriflettu. Dawn il-ħsibijiet qosra huma għal dawk li kapaċi jieqfu biex jiflu skop il-ħajja.) Paulo Coelho jirrakkonta li darba sab ruħu miexi ma’ martu Christina f’mogħdija li kienet twassal għal eremitaġġ. Kemm-il darba kien mexa dik il-mogħdija imma qatt ma xiref ġewwa fil-kappella.
Iżda din id-darba ħass li għandu jidħol għax mill-kappella miftuħa kien jinstema daqq ħlejju ta’ vjolin.
Paulo u
Christina resqu bil-mod għax ma ridux itellfu lill-vjolinista li bid-daqq ħlejju tiegħu kien qed joħloq atmosfera smewwija fl-ambjent ta’ madwaru.
Daħlu ġewwa fil-kappella sellmu lill-Mulej U Paulo xegħel tliet xemgħat. Hekk kien iħobb jagħmel kull meta jidħol fil-knisja jixgħel xemgħa f’isem il-familja… f’isem ħbiebu u f’isem ix-xogħol li jkun qed iwettaq dak iżżmien.
Resqu aktar viċin u raw tfajla iddoqq weħidha quddiem immaġni tal-Madonna. It-tfajla tbissmitilhom imma baqgħet iddoqq ferħana u Paulo u martu msaħħrin jisimgħu.
Damu hemm ħafna it-tfajla ddoqq u huma mitlufin f’seħer ta’ sbuħija jroddu ħajr lil Alla li kien mexxiehom fil-mogħdija biex jgħixu dan il-mument speċjali.
Meta t-tfajla waqfet iddoqq qaltilhom li kuljum tmur f’dik il-kappella li ma kinitx għadha tintuża imma hi kellha ċ-ċavetta tagħha u f’kull tlugħ ix-xemx kienet tintasab hemm weħidha titlob lill-Mulej mhux bi kliem imma bid-daqq tal-vjolin tagħha.
Paulo u martu raddewlha ħajr għax dakinhar kienet dewqithom ftit mis-sbuħija li għal min jemmen hemm tistenniena lil hemm mill-qabar.
Għax kultant il-Mulej ma nsibuhx fil-kobor tas-santwarji imma fil-faqar ta’ kappella mitluqa moħbija, mistura, minsija dejjem jekk fil-ġirja sfrenata tal-ħajja insibu ħin nieqfu u ngħidulu kelma. Dr Coronato Grech M.D. ikompli l-artiklu li beda fi Frar: Imnieħer Kleopatra Fl-istorja hemm xi każijiet fejn avvenimenti, azzjonijiet, jew deċiżjonijiet kellhom influwenza qawwija kif żvolġiet l-istorja. Fost dawn insibu:
Il-Priedka
ta’ Urbanu II 1095.
B’din il-priedka
Hernando
Hortes u l-Invażjoni tal-Messiku, 1518.
Meta dan
il-konkwistadur Spanjol
(Dr Grech itemm dan l-artiklu fil-ħarġa ta’ April 2009) FORSI JINTERESSAWK Bla rispett uman
“Ġeneral Jackson… Ġeneral Jackson. Jaqbillu jgħix tajjeb għax jekk jonqos minn dmirijietu jintilef bħal ma jintilef kull Amerikan ieħor.” Xi ħadd qagħad jistenna lill-ġeneral biex jiskuża ruħu f’isem il-komunità għall-kliem ta’ Cartwright. Imma l-ġeneral qalilhom: “Cartwright għandu raġun. Anzi nifraħlu li kien kapaċi jgħidli ċar dak li ħaddieħor forsi jistħi jgħiduli!” Komunikazzjoni vojta
“X’inhi l-idea li martek tibgħatlek karta vojta?” “Ifisser li għadha miġġielda miegħi fuq kelma li għidtilha. Bejnietna ma hemmx kliem imma biss tagħrif li ma nqala’ xejn.” “U issa int x’ser tagħmel?” “Nibagħtilha karta oħra vojta għax jekk inhi dittura u ma tridx titkellem jien mhux ser naqa’ għaliha!” U qabad envelop u poġġa l-istess karta fih biex x’ħin joħorġu jimpostah lura. Min jaf kemm relazzjonijiet tkissru minħabba l-pika! Reklamar pulit F’vetrina kien hemm żewġ ċriev tal-injam. Kienu jidhru l-istess. L-istess injam, l-istess kulur, l-istess daqs. Imma waħda kienet immarkata €50 u l-oħra €80. It-turisti kienu jidħlu, iħarsu lejhom, jifluhom u dlonk imorru jħallsu l-kaxxiera taċ-ċerva mmarkata €50. U appena joħorġu s-sid kien jagħmel ċerva oħra bil-prezz ta’ €50. Sab li dan hu mezz qawwi ta’ bejgħ għax dak li jkun jaħseb li ser jiffranka €30 jew li dan hu żball. U allura ma jkunux iridu jitilfu l-okkażjoni. Tiskanta x’kapaċi tagħmel id-dinja tal-kummerċ biex tkabbar il-bejgħ.
Liġijiet
tal-lasktu Kien dilettant tas-sajd bil-qasba u għalhekk feraħ meta ntebaħ li l-cottage li kien kera kien viċin ix-xmara li taqsam l-istat ta’ Virginia u dak ta’ Maryland. Imma ddiżappunta ruħu meta qalulu li biex jistad irid ikollu liċenzja u din ma kinitx irħisa. Sakemm ħabib tiegħu tah il-parir biex joqgħod jistad in-naħa ta’ Virginia. Hekk il-wardens ta’ Maryland ma kellhomx ġurisdizzjoni fuqu u l-warden ta’ Virginia ma kienx ser jagħti kas tiegħu għax ix-xmara tagħmel ma’ Maryland. Il-liġijiet tad-dinja jiġġebbdu. Il-ħażin meta nippruvaw inġebbdu wkoll il-liġijiet tal-Mulej. AĦBARIJIET TA’ INTERESS IL-LAQGĦA TA’ FRAR
Ħadna gost li magħna kien hemm bosta old boys li reġgħu laqgħu l-istedina u ġew. Stedinnihom biex jibqgħu jagħmlu hekk. Ħajr lil Robert Borg, barman tal-każin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgħa. Joe Camilleri ta’ Triq Ħida tela’ fir-raba’ volum tal-ktieb Il-Ħbieb Isejħu bl-Istejjer. STEDINA għal-laqgħa ta’ Marzu Ser issir nhar is-Sibt 7 ta’ Marzu fis-7.15p.m. wara l-aħħar quddiesa fil-parroċċa. Inħeġġukom biex tattendu u tfakkru mhux biss lil sħabkom ġuvintur iżda anke old boys li xi darba jew oħra kienu jattendu din il-laqgħa anke jekk illum huma missirjiet. Nisimgħu xi ħaġa li tiswielna u ngħidu kelma bejnietna. Ejja u tara kif tibqa’ tiġi għaliex tieħu gost. Mela ħabib narawk nhar… is-Sibt 7 ta’ Marzu fis-7.15p.m. ĦSIEB
FUQ IL-PASSI TA’ SAN PAWL
[Pawlu kien talab lil Alla biex ineħħilu problema li kellu f’ħajtu; iżda Alla wieġbu:] “Biżżejjed għalik il-grazzja tiegħi, għax is-setgħa tiegħi tidher kollha fin-nuqqas ta’ saħħa.”
Fl-1985, il-korrispondent tal-Associated Press Terry Anderson kien inħataf minn estremisti musulmani xiti. Qatta’ s-seba’ snin ta’ wara f’ċella bla tieqa, kultant anke mxikkel b’katina. Kważi ddispra f’Diċembru 1987 u beda jħabbat rasu mal-ħajt sakemm beda ħiereġ id-demm. Wara qal, “Naħseb li l-aktar li nħossuna qrib ta’ Alla meta nkunu mneżża’ mill-kburija u l-arroganza; meta ma jibqgħalna xejn fuqhiex nistrieħu ħlief Alla. Hi ta’ tbatija kbira li tkun f’dak il-punt iżda meta tasal hemm, issib lil Alla.”
Nista’ niftakar fl-aktar mumenti koroh ta’ ħajti? Kif affettwawli ħajti dawn il-mumenti?
Fl-eqqel tax-xitwa, fl-aħħar intbaħt li ġo fiha hemm sajf li ma jaqtax. Albert Camus GĦALFEJN ALLA JIPPERMETTI T-TBATIJA?
“Ma nemminx li Alla jeżisti.” “Għalfejn qed tgħid hekk?” “Kulma trid hu li ddur dawra fit-toroq u tintebah li Alla ma jidher imkien. Għidli li kieku hemm Alla kont ser tara daqstant mard, tfal mitluqa…? Li kieku hemm Alla la hemm tbatija u anqas uġigħ. Ma nistax nimmaġina Alla li jħobb u jippermetti dawn l-affarijiet.” Ir-raġel ħaseb ftit imma ma kellux aptit jidħol f’argumenti. Hekk kif lesta ħareġ mill-ħanut. Fit-triq ra raġel b’xagħar twil, imtappan u maħmuġ u b’daqna li ilha snin ma tara xafra. Kellu riħa taqsam, sgarfat u mitluq. Ir-raġel dar lejn il-ħanut tal-barbier u qallu: “Dħalt biex ngħidlek. Ma jeżistux il-barbiera!” “Għalfejn qed tgħid hekk?” staqsiet il-barbier mibluh. “Jien hawn, jien neżisti. U għadni kemm qtajtlek xagħrek u qaxxartlek il-leħja!” “Le!” qal ir-raġel. “Ma jeżistux għax kieku jeżistu ma jkunx hawn nies b’xagħar twil maħmuġ, daqna li tqażżek, bħal ta’ dak li hemm wara biebek.” “Eh, il-barbiera JEŻISTU! Dak li jiġri meta ma jiġux għandi.” “Prosit, dak hu l-argument! Alla wkoll JEŻISTI! Dak li jiġri meta n-nies ma tmurx għandu u titolbu l-għajnuna. Għalhekk jeżistu daqstant tbatija u uġigħ fid-dinja!”
X’TGĦALLIMT MILL-ARKA TA’ NOÈ 1. Titlifx il-ħin tat-tluq tal-vapur. 2. Ftakar li kollha qegħdin fl-istess dgħajsa. 3. Ippjana. Noè ma beniex l-arka fix-xita. 4. Ibża’ għal saħħtek u ħu ħsiebha. Meta tkun ta’ 60 jista’ jkollok bżonn tagħmel xi ħaġa kbira. 5. Tismax mill-kritiċi; agħmel ix-xogħol li jeħtieġlek tagħmel. 6. Ibni l-futur tiegħek fil-għoli. 7. Minħabba s-sigurtà toqgħodx waħdek. 8. Il-veloċità mhix dejjem ta’ vantaġġ. Kemm l-għekierex kif ukoll il-leopardi kienu ġo l-arka. 9. Meta tħoss li l-problemi huma kbar wisq, żomm ruħek fil-wiċċ. 10. Ftakar li l-arka nbniet mid-dilettanti u t-Titanic mill-professjonisti. 11. La tkun man-naħa ta’ Alla tibżax mill-maltemp. Fl-aħħar ikun hemm qawsalla tistenniek. |