
| + L-Iben
t'Alla sar Bniedem
Mejju 2000 - Harga Nru 405
"Inhossni tajjeb hafna. Ma ghandi xejn!" Fil-qorti l-magistrat staqsa lil Ganni hux veru li qal hekk: "Sur, Magistrat, l-istorja bdiet hekk ..." L-avukat tal-kumpanija ghajjat: "Il-Magistrat ma jridx jisma' bi stejjer. Irid jaf jekk int hux veru ghidt li thossok tajjeb u li m'ghandek xejn." Ganni baqa' kalm u rega' beda: "Sur Magistrat, l-istorja bdiet hekk ..." L-avukat rega' nterrompa imma din id-darba l-Magistrat ghamillu sinjal biex ihalli lill-bidwi jitkellem. "Kont hiereg biz-ziemel mill-isqaq li hemm hdejn il-mixtla ta' Wied il-Ghasel. U f'daqqa wahda nara gejja tigri daqs sajjetta karozza. U f'tebqa ta' ghajn laqtitna. Iz-ziemel spicca fil-gandott u jien ftit 'il boghol minnu. B'kumbinazzjoni mill-qrib kienu ghaddejjin xi pulizija. Gew ghal fejn konna jien u z-ziemel u smajt wiehed minnhom jghid: 'Iz-ziemel ghandu saqajh miksurin!' U dlonk hareg revolver u sparalu. Imbaghad dar lejja u staqsieni kif inhossni. Bzajt li jekk nghidlu li jien kont inhossni mkisser kont nispicca bhaz-ziemel ...b'tir f'rasi. Ghidli, Sur Magistrat, kieku int kont minn floki mhux bhali kont tghidlu ...li thossok tajjeb u li ma ghandek xejn?" Il-magistrat tbissem. L-esperjenza kienet ghallmitu li qabel taqta' sentenza trid tidra tisma' l-qniepen kollha. Anke meta kollox ikun juri min hu l-hati. Jalla ahna wkoll nidraw nisimghu l-qniepen kollha qabel niggudikaw lil xi hadd. U la darba mhux facli tismaghhom kollha forsi jkun ahjar ma nghaddu l-ebda gudizzju. DAWN XEGHLU XEMGHA FLOK SEHTU D-DLAM15 ta’ FRAR 1921
Ghall-isptar 'Kane Summit' fi New York din id-data kienet ta' importanza
kbira. Ghall-ewwel Izda Dr Kane kien jemmen hafna fis-sistema. Kien jghid li jkun hafna ahjar jekk il-pazjent ikun f'sensih ghax jista' jghin lill-Professur meta dan jitolbu jiehu nifs twil, jitqalleb, idur biex ikun f'pozizzjoni ahjar u l-bqija. Hafna tobba u professuri kienu jaqblu mieghu izda malli jistiednu lill-pazjenti, dawn mill-ewwel jizilqu, min bl-iskuza li ma jridx ikun l-ewwel wiehed u min ghax ma jiflahx joqghod ihares lejn dawn in-nies kollha jifthuh u jergghu jhituh. Izda fil-hmistax ta' Frar inqala' l-pazjent mixtieq. Kien ilu granet isofri minn ugiegh qawwi u wara li saru t-testijiet mehtiega sabu li kellu bzonn inehhi l-appendicite. U dan il-pazjent ma sab l-ebda oggezzjoni li juza s-sistema ta' loppju lokali . Ghax il-pazjent kien Dr Kane nnifsu u kien ser jopera lilu nnifsu. Biex ihajjar lill-pazjenti ohra ma jibzghux mis-sistema, Dr Kane ghazel li jsir pazjent hu stess. L-operazzjoni rnexxiet u s-sistema bdiet tintuza f'hafna sptarijiet Amerikani u anke Ewropej.
"Tihux dak habib. Dak ma jimxix sew." "Le, le, lilu rrid." "L-ohrajn jiswew Lm15 imma dak tista' tiehdu b'xejn." U t-tfajjel hadu, haddnu mieghu u ferhan beda hiereg mill-hanut. Is-sid skanta jhares lejh u ntebah li c-ckejken kien izappap ukoll biex jimxi. Hadd daqsu ma seta' jifhem it-tbatija tal-kelb li jzappap. Naf b'xi hadd iehor li biex jurina kemm jifhem l-ugiegh u t-tbatija umana, sar bniedem bhalna u ghadda mill-esperjenzi qarsa li wassluh sa fuq il-Kalvarju. Biex meta nkunu ghaddejjin minn grajjiet it-tbatija nifhmu li Hu ghadda minnhom qabilna. Jifhimna u lest dejjem li jghinna. Dr Coronato Grech M.D. ikompli l-artiklu dwarIS-SHAB
Imbaghad insibu xi allat tas-shab bhal per ezempju c-Ciniz Yun-t’ung li huwa tifel zghir li jigbor u jferrex is-shab (u li flimkien ma’ Yu-tzu, alla tax-xita Tien Mu alla tal-beraq u Feng-po alla tar-rih jaghmel it-temp u n-Nordika Frigg, l-alla mara tas-shab). Mill-mitologija ghall-okkult mhix xi qabza daqshekk kbira u anke hawn dahal is-shab, anzi l-iskantament huwa kif ma dahalx iktar. Per ezempju meta tqis kemm saru attentati biex jinqara l-futur b’metodi arbitrarji (bhal bil-fwied ta’ annimali ssagrifikati, weraq tat-tè, ballun tal-kristall ecc) u kemm-il varjetà li ma tispicca qatt fis-shab tista' sservi bhal forma ta' divinizzjoni (jew tbassir tal-futur), l-iskantament huwa li dan is-shab ma ntuzax iktar. Fil-fatt donnu iktar intuza duhhan minn xi sagrificcju mahruq, fejn jekk id-duhhan kien jitla’ ’l fuq kien awgurju tajjeb u jekk jitferrex kien hazin (interessanti li r-rih, l-iktar fattur importanti fil-bicca, ma jissemmiex, imma wara kollox dak li fih ta’ vantagg ta’ l-okkult li ma joqghodx fuq spjegazzjonijiet ovvji imma mhumiex interessanti). Dari kien mahsub ukoll li s-shahar itiru fuq is-shab, u fl-Ewropa Centrali kien hemm id-drawwa li jqabbdu n-nar biex x’hin id-duhhan jitla’ ’l fuq jistordi l-ishahar u jaqghu (u biex x’hin jaqghu jweggghu iktar kienu jaghmlu s-siggijiet bil-maqlub). U meta terga’ tikkonsidra kemm hija tremenda l-varjetà fis-shab mhux ghageb li kultant dawn jiehdu xi forma jew kulur mhux daqstant naturali. Mhux rari li ntlemah shab b’forma stramba (per ezempju l-bahrin ta’ bastiment fl-Atlantiku fil-1870 raw shaba stazzjonata forma ta’ marzeppa) jew shab trijangulari (bhal fl-Ingilterra fil-1852), shab jixghel (fil-Perù ftit qabel ma sar terremot) u shab ahmar (bhal dak fl-Italja, fil-1897 li minnu jinghad li waqghet xita ta’ zerriegha ta’ sigra li tikber fl-Afrika Centrali). Dawn l-ezempji, u hafna iktar huma minn noti tar-ricerkatur eccentriku Amerikan, Charles Fort (1874 – 1932) li kien joqghod ifittex rapporti strambi l-iktar biex jiehu gost jikkonfondi x-xjentisti (l-ezempju favorit tieghu, li bih kellu ragun u li qatt ma kien jixba’ jsemmi, kien li x-xjentisti kellhom jammettu fl-ezistenza ta’ gebel li jaqa’ mis-sema – dak li nafuhom illum bhala meteoriti.) Imma anke dan hu punt favur ix-Xjenza. Ix-Xjenza mhix kontra xi haga strambi (kreaturi spazjali, telepatija, hajja wara l-mewt ecc). Li titlob huwa xhieda ragjonevoli. Is-shab tant jiehu forom differenti li huwa daqsxejn ta’ ezercizzju divertenti li tara kemm tista’ taghraf fis-shab oggetti familjari, pajjizi, annimali ecc (dan ix-xebh ta’ oggetti naturali li jistghu jintlemhu fis-shab, ilma, tinwir, nar ecc jissejjah ‘simulacra’). U mhux ghageb lanqas li kultant ix-xebh ikun realistiku hafna. Per ezempju waqt il-gwerra Korejana (1950 – 53) pilota Amerikan ha ritratt li fih fis-sema deher wicc ggantesk ta’ Kristu kif soltu narawh fl-arti sagra. U ma hemmx dubju li certi forom ta’ shab, specjalment dak imsejjah lentikulari, li huwa forma ta’ lenti u gieli jkun jixghel minhabba certi angoli tad-dawl tax-xemx, huwa responsabbli ghal hafna dehriet ta’ l-hekk imsejha UFOs. U l-ebda storja gotika minn tas-seklu l-iehor (jew dawk dwar is-sopranatural, l-okkult jew tal-orrur minn tal-lum) ma hija kompluta minghajr ix-xena ta’ maltemp, bir-rih ivenven fis-sigar, bix-xita fuq l-oqbra mdallma u bis-shab iswed jigri fid-dawl bati tal-qamar. (Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-harga ta' Gunju.) FORSI JINTERESSAWK
Gesù wiehed ta' gewwa Mara xiha kienet thobb tghid li Gesù hu dejjem qrib taghha. Kienet sahansitra thallilu siggu sabih, dejjem vojt, biex joqghod fuqu. Darba din il-mara, billi ghalqet disghin sena, kellha vizta xejn mistennija mir-Regina. Ferhet u laqghetha bil-qalb u qalet: "Mur ghidli li r-Regina kellha tigi zzurni!" U xi hadd bid-dahka qalilha: "Imma int kellek mistieden ikbar mir-Regina. Kellek lil Gesù!" Ix-xiha rrispondiet: "Gesù mhux mistieden. Gesù joqghod mieghi!" Ghal min jemmen Gesù veru joqghod maghna. Dak li nista' naghmel jien ...
"Sinjur jekk thallihom fuq il-mejda jaslulek is-Sibt filghodu mal-pustier." "Naf, imma l-pustier tan-naha tieghi ragel imdahhal fiz-zmien u tghidx kemm ibati biex iwasslhomli. Nippreferi li la niflah nehodhom jien." Att generuz jibqa' jissemma avolja jkunu ghaddew ghexieren ta' snin. U l-Mulej tieghu jhallsek bi premju li ma jispiccax.
Ghand it-tabib "Dott il-kuxjenza qed tniggizni u tghidli ripetutament biex naqta' t-tipjip ghax dan jaghmilli hafna hsara. Imma donni ma ghandix rieda qawwija bizzejjed biex nghid 'le'. Kieku forsi taghtini xi haga. It-tabib staqsa: "Biex insahhahlek ir-rieda?" "Le, Dott. Xi haga biex timmuta l-kuxjenza!" Kulhadd jara s-sabih li ma ghandux Bidwi kkumplimenta kittieb: "Ghandek xoghol sabih li tista' twettqu sahansitra ghad-dell." Gudizzju Ghama
"Is-suldati, il-piloti u l-bahrin joqoghdu kollha linja wahda. U ghandna tfajla li ser thares lejna u taghti warda hamra lil dak li hi tahseb li hu l-iktar guvnott kuraggjuz, u warda bajda lil dak li hi tahseb li f'qalbu hu bezzieghi." It-tfajla fliethom kollha u l-warda l-bajda tatha lil Collie Knox li kien ghadu kemm temm b'success wiehed mill-iktar ezercizzi difficli u skabruzi. Ghax l-apparenzi jqarrqu. Mhux ta' b'xejn li fil-Grecja l-antika l-magistrati kienu jisimghu certi kawzi fi dlam perfett biex ma jhallux il-bixra tal-mixli tinfluwenzahom! ZBALJI LI SSEMMEW:
BANGOR FLOK SUNBURY
|