+ L-Iben t'Alla sar Bniedem  

MEJJU 2001 - Nru 417


Hu stess kemm-il darba stqarr li hadd ma kien ihallas sold fih.

Gorg kien jitwerwer mill-gholi.  Ghall-football kien l-ahhar grad.  Bizzejjed nghidu li shabu kien jippreferu li jkun kontra taghhom milli maghhom.  Sahhtu kienet dghajfa, pulmun minnhom niexef.  Tant marradi li l-Professur qal lil missieru biex ma jahsiblux ghall-abiti tal-Quddiesa ghax Gorg kellu jqaddes l-ewwel Quddiesa fil-genna.

Izda l-Mulej ma tifhmux fl-ghazliet tieghu.  Minn tant eluf ta' zghazagh lil Gorg hollom b'holma li rgiel ohra ferm iktar ghorrief, ferm iktar robusti, ferm iktar tad-daqqa, kienu jaqtghu qalbhom minnha.  Imma Gorg minkejja dghufitu, accetta l-isfida.  Qal 'iva', u ghalkemm sab mitt saram kompla f'mixjietu biex iwettaq holmietu.  U hekk id-disinn tal-bizzilla tal-Mulej beda jiehu s-sura tal-holma.  Holma li kienet thaddan id-dinja kollha.   Tnehida hierga minn qiegh qalbu: 'O Mulej, mhux jahsra li d-dinja kollha timxi wara taghlimek."

U issa dan il-qassis twajjeb ser ikun iddikjarat Beatu mill-Papa nhar id-9 ta' Mejju.  Dak li kien tant jibza' mill-ftahir ser jircievi rikonoxximent universali.  Nitolbuh lill-Beatu l-gdid biex ihares lil pajjizna u lilna, kompajzani tieghu, jghinna biex minkejja kull tfixkil nibqghu nhobbu lil Dak li ghalih Dun Gorg iddedika hajtu, hinu, butu, sahhtu u kull nitfa talent li kellu.

Il-holma li holom ma spiccatx.  Id-disinn tal-bizzilla ghadu mhux komplet.  Anke ahna, minkejja l-limitazzjonijiet taghna nistghu naghtu d-daqqa t'id taghna.


WAQTIET LI JSIRU MUMENTI DEJJIEMA

Jirrakkonta Janos Varkonyi:

Kienu zminijiet difficli

Ahna l-Ungerizi, wehidna kontra l-qawwa Russa.

Protesti mid-dinja tal-Punent imma qajla nitfa ghajnuna.

Jien kont student universitarju mimli b'hegga u kuragg.

Ridt naghmel xi haga biex pajjizi jghix hieles.

U ma' ohrajn ...studenti bhali

tkellimna fil-berah kontra l-madmad Russu.

 

Meta r-Russi dahlu f'pajjizna fix-xitwa tas-sena 1956

ismi kien fuq il-lista

ta' dawk li riedu jaghtu lir-Russi kont ta' ghemilhom.

Kien jehtieg li nahrab

qabel jaghlqu l-bibien kollha.

Imma ma kienx facli

ghax fil-fruntiera kienu gà poggew lil dawk

li dejjem emmnu fil-kawza tahom

ghax hekk kien jaqblilhom.

 

Hbiebi qaluli:

"Ahrab ...ghada jista' jkun tard wisq."

U wiehed minnhom newwilli kurcifiss ckejken.

"Naf li ma tantx temmen imma zommu

b'tifkira tal-hbiberija taghna."

Ma ridtx niksru izda anqas ridt nilbsu

ghad li kellu katina mieghu

ghax hassejtni tac-cajt inxidd dak li ma nemminx fih.

 

B'mutur qadim hrabt lejn il-fruntiera

b'karti foloz

biex forsi nqarraq bis-suldati.

Meta wasalt zammewni

Ma emmnux li kont ser nohrog biex nigi lura.

"Ohrog dak kollu li ghandek fi bwietek."

u bla ma ridt

deher il-kurcifiss u l-katina.

U s-suldati ffissaw iharsu lejh ...xofftejhom tharrku

ghaxar sekondi li dehru twal.

"Alla tieghi," harget minn fommi

ghad li ma kontx nemmen.

Wiehed mis-suldati hadni ghall-genb

u beda jghajjat

izda meta tbeghedna mill-ohrajn

tani hjiel kif nista' nahrab

...ninqeda bic-cpar li kien idallam il-madwar kollu.

 

Hallejt il-mutur hdejhom

u mexxieni lejn il-kwartieri taghhom

imbaghad qalli:

"Igri u ahrab ...tisma' biss xi tiri

...tibzax ...ma jaghmlulekx hsara."

 

U grejt ghall-fruntiera Awstrijaka.

It-tiri smajthom car

imma komplejt nigri

kont naf li mhux qed jimmira ghalija.

 

Wasalt hdejn ix-xmara

u ghomt kemm kelli sahha

Kont hieles.

Is-snin ghaddew.

Illum kbirt u nghid ma' kulhadd

li l-eghzez haga li ghandi

hi l-kurcifiss li tani siehbi

li raddli lura l-fidi

li ommi kienet zerghetli f'qalbi.

 

Naf cert li minghajru f'buti

s-suldat ma kien qatt ihallini nahrab.

 


DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna dwar

FUQ XIEX JOHLOM IN-NEMEL?

Wahda mis-seba' karatteristici fundamentali tal-hajja hija s-sensittività ghall-ambjent; bhala ezempju anke mikrobu mikroskopiku kapaci jirrispondi ghall-prezenza ta’ l-ikel; u  ovvjament inti tiehu passi immedjati  (litteralment u kbar)  jekk forsi tinzerta tara xi barri gej jigri warajk.  U mhux l-annimali biss juru sensittività  imma anke pjanti ghax l-gheruq iduru ghal fejn hemm l-ilma u hafna weraq u ward jirrispondi ghall-prezenza u  d-direzzjoni tax-xemx.  Ghalina dawn ir-reazzjonijiet kollha jidhru  li donnhom ghandhom xi pjan,  kwazi  mahsub; imma kemm dan huwa minnu u kemm huma konxji dawn il-kreaturi?  Wara kollox x’inhuwa l-konxju?

Hija forsi daqsxejn ta’ sorpriza li l-konxju, fenomenu li huwa tant familjari ghalina, ghadu wiehed mill-misteri l-kbar tax-xjenza …u allura fih studju interessanti u affaxxinanti.  Bhala l-ewwel pass,  huwa apparentament ovvju li biex ikun hemm konxju jrid ikun hemm sistema nervuza, (li tikkonsisti minn mohh u nervaturi)  li trid tkun ikkumplikata mhux hazin;  u dan donnu jeskludi mill-ewwel il-pjanti u l-mikrobi mill-konxju.  Issa iktar ma nghaddu minn annimali semplici, kwazi mikroskopici, ghal dawk kbar u familjari,  iktar din is-sistema nervuza ssir kumplikata; per ezempju hydra, speci ta’ hanex bil-kemm jidher, ma ghandhiex mohh centrali, il-mohh ta’ nahla fih madwar 7,000 cellola jew newroni,  waqt li dak tal-bniedem fih madwar 15-il bijun.  Issa x’imkien f’din t-triq minn celloli mikroskopici ghal bniedem, insibu l-konxju li mill-mohh mhux biss jirregola l-gisem imma sar jaf jew sar konxju (wara kollox din il-kelma gejja mil-Latin consire 'tkun taf'), u  issa jista' jahseb, jimmagina, jibza', jiehu gost u altru li jara l-ambjent mod iehor. Però meta u kif gara dan matul l-istorja ta’ l-evoluzzjoni, ma nafux ghax mhux facli tara l-qabza tremenda li hemm mir-reazzjoniet elettrokemikali tan-newroni ghall-konxju, huwa x’inhu l-konxju.  Din id-dilemma tinsab ukoll fl-izvilupp tal-embriju jew fetu fl-utru ghax  meta tista' tghid li sar konxju,  jekk ghandu?

X’inhi r-relazzjoni bejn il-konxju u l-mohh kienet (u ghadha) problema fil-filosofija.  Forsi l-iktar filosofu maghruf li haseb fuqha kien il-Franciz Renè Descartes (1596-1650) li mieghu hija assocjata l-iktar l-ideja tad-dualizmu.  Huwa ssuggerixxa li l-punt ta’ kuntatt bejn id-dinja mentali ta’ l-idejat u dik fizika tal-gisem hija l-glandola pineali fil-mohh.  U ghalkemm illum nafu li din il-glandola ma ghandhiex din il-funzjoni li taha Descartes però xorta wahda l-argumenti tieghu fihom x’tomghod.  Minn naha l-ohra dawk il-filosfi li jahsbu li ahna ghandna rieda hielsa u li d-dinja ta’ l-idejat hija totalment differenti u indipendenti mill-gisem ikunu qed izommu mal-pozizzjoni mentalista.  U jerga' dawk  (generalment xjentisti) li ghalihom il-konxju huwa spjegabbli biss mir-reazzjonijiet elettrokemikali tan-newroni ikunu qed ihaddnu l-pozizzjoni materjalista.  Jekk dawn ghandhom ragun u jekk xi darba ghad insiru nafu kif jifforma l-konxju forsi ghad isir possibbli li nibnu magni, robots jew anke celloli hajjin li jkunu sofistikati bizzejjed li jsiru konxji.  Din l-ideja ta’ intelligenza jew konxju artificjali hija aspett iehor affaxxinanti u disturbanti fuq dan is-suggett.

Ghal hafna religjonijiet imbaghad il-konxju huwa sinonimu mar-ruh li tant hija indipendenti mill-gisem li kapaci tibqa' b’xi mod hajja  anke meta l-gisem ikun miet, fenomenu li ghad nippruvawh ahna stess meta nghaddu minn dan l-esperiment finali.

Dr Grech itemm dan l-artiklu fil-harga ta’ Gunju.


FORSI JINTERESSAWK

Silg aktar kiesah

Kien kwartier mimli tfal tal-aborigini ta' l-Awstralja li kienu jsibuha difficli jintegraw mat-tfal l-ohra tad-distrett.  Anke fix-xarabank li tehodhom l-iskola l-aborigini kienu joqoghdu naha u l-ohrajn in-naha l-ohra.  Izda x-xufier ried jeqred din il-mentalità u darba qalilhom:

            "F'din il-karozza ma rridx nara distinzjoni.  Ahna la ahna bojod u anqas suwed ...la ahna kannella u anqas sofor.  Ahna kollha wlied in-natura ...ahna lkoll hodor.  Minn ghada 'l quddiem irrid nara gegwigija ta' hodor."

Izda l-ghada t-tfal qaghdu fejn dejjem qaghdu.  Meta staqsiehom ghala, wegbuh:

            "Ghax dawk hodor skuri u ahna hodor cari!"

Mhux facli teqred l-intolleranza, id-diskriminazzjoni meta dawn ikunu dahlu 'l gewwa.


Bejn is-sì u n-no

Il-President Reagan kien spicca ferut b'arma tan-nar f'Marzu 1981 hu u hiereg minn hotel f'Washington.  Kien iddahhal b'urgenza l-isptar b'feriti gravi.  Huma u ghaddejjin bih lejn  is-sala ta' l-operazzjonijiet dar lejn il-grupp ta' professuri li kienu ser joperawh u bi tbissima mgebbda qalilhom:

                        "Accertawni li intom ilkoll repubblikani [bhalu]!"


Hajr

Fulton Ousler jirrakkonta storja dwar seftura li kellhom f'darhom.  Mara li kuljum kienet tqum u taghti qima lill-Mulej ...tirringrazzjah.  Ikun x'ikun ...xita, xemx, rih ghaliha l-Mulej kien dejjem twajjeb u kienet tlissen:

            "Mulej irroddlok hajr."

U meta xjahet u mardet, xorta baqghet tlissen din it-talba:

            "Mulej irroddlok hajr."

Xi hadd staqsieha:

            "Ta' xiex qed tirringrazzjah?  Issa marida u anqas qed tqum mis-sodda."

            "Qed nirringrazzjah tal-hbieb ...ara kemm kienet tkun difficli l-hajja ghalija minghajr il-hbieb."

Min irid jirringrazzja lill-Mulej isib ta' xiex bhalma min irid jghix iddisprat isib ukoll ghalfejn jeqred u jgerger.


L-Iljunfant u t-Tajlandja

Fit-Tajlandja, l-iljunfant jintuza ghal bosta affarijiet.  Sar is-simbolu ta' pajjizhom.  Anke n-natura rnexxielha tfassal dan il-pajjiz fuq disinn ta' ras ta' iljunfant.  Fil-fatt, it-tromba tieghu tidher niezla lejn il-Malasja u Singapore.  Il-widna taghti lejn in-naha ta' Laos u Kampuchea.

Francesco Cristiani kien maghruf bhala wiehed mill-ahjar hajjata ta' New York.  Izda anke Cristiani kien jista' jiehu zball u darba lil klijent ghamillu glekk li kellu l-kmiem tant dojoq li ma kinux jidhlulu.  Il-klijent ipprotesta imma Cristiani qallu:

            "Dak it-tip ta' glekk ma jintlibisx billi ddahhal idejk fil-komma imma billi thalli l-komma taqa' fuq spallejk!"

Mhux facli hux tammetti li zbaljajt!


Mil-loghob ghall-fatti

Ir-Re Luigi XIII ta' Franza kellu wahda mill-akbar u l-isbah kollezzjonijiet ta' suldati tal-loghob.  Kienu saru fuq talba ta' ommu u biz-zmien ghaddew ghand ir-Re Luigi XIV li flimkien mal-generali tieghu wzahom biex jippjana battalji. Izda dan kellu jbieghhom biex ikun jista' jhallas ghall-glidiet li kellu.  Fl-iskejjel militari tas-seklu dsatax gewwa l-Prussja l-ufficjali l-godda kienu jigu mghallma fuq suldati tal-loghob.  Kienu l-Gappunizi li fit-Tieni Gwerra Dinjija wzaw din is-sistema ta' taghlim.


Jekk jinhallu msieken ahna

Il-glaciers jiffurmaw meta s-silg ta' fuq il-muntanja ma jinhallx tul ix-xhur shan tas-sajf.  L-akbar ammont ta' dawn il-glaciers jinsab fl-Alaska izda anke fir-Russja nsibu numru kbir ukoll.  Uhud huma wisghin zewg mili u jitharrku xi hames centimetri kull gurnata.  Glacier minn dawn f'Yukon rawha titharrek xi zewg piedi fis-siegha.  Tant hemm ammont kbir ta' ilma f'dawn il-glaciers li jekk ikollhom jinhallu, il-livell ta' l-ocejani jizdied b'61 metru u ghalhekk jgharraq hafna mill-ibliet li jinsabu mal-kosta fosthom New York u ohrajn bhal Londra u Parigi.


AMULETI

-         jew dak li l-bniedem holom li seta’ jehilsu mill-hazen

 

IT-TOPAZJU

Minerali li jisejjah ukoll

'l-Abbundanti'.

Kien jinghad li tant ghandu sahha

li jaghti d-dawl lill-ghomja u jwaqqaf l-imxiegha tal-pesta.

It-topazju jinsab f'diversi kuluri u barra l-mard

jghidu li jaghti kuragg lill-bezziegha u jhallik bniedem integru. 

Kienet il-hagra favorita ta' l-Imperatur Adrijanu

li jinghad li kien ixidd curkett b'fossa tat-topazju

li fuqha kellu miktub li Alla jirbah lin-natura.

L-awturi Rumani

kienu jsibuha wkoll

l-hagra tas-sahha

ghaliex emmnu li

tharishom mill-periklu

u l-hazen meta jkunu jivjaggaw.

Poeti Vittorjani wkoll

ghannew il-kwalitajiet sbieh tat-topazju!

 

Il-bniedem dejjem beza' ghal sahhtu.

Kien jaf li jekk jitlifha

Mhux la kemm jerga' jakkwistaha.

U sa mill-qedem ipprova

hxejjex u elf tip ta' kura

biex jipprova jsib soluzzjoni

ghal kull weggha li kien ihoss.

Xi drabi irnexxielu.

Sab dak li kien jistenna.

U ghadda dehen mohhu

minn generazzjoni ghall-ohra.

Izda drabi ohra l-mard

kien kiefer.

U ghamel minn kollox

biex jirbhu.

Izda ma rnexxielux.

U dar fuq hwejjeg li

ma ghandhomx x'jaqsmu.

Gebel u oggetti li ma fihom

l-ebda relazzjoni ma' gismu

jew il-mard li jista' jkollu.

Izda donnu ried il-punt

tas-salvazzjoni.

Nesa jdur lejn Alla

sid il-hajja u l-mewt

u jitolbu ghajnunietu.

Dak li ghandu bzonn,

Alla jaghtihulu

...anke jekk forsi ma jifhmux.


 

GHAZIZA OMMI 

L-eqdem festi marbuta ma' Jum l-Omm jehduna lura lejn Grecja l-Antika meta kienu jifirhu ad unur ta' Rhea, omm l-allat.  Matul is-seklu sbatax, fl-Ingilterra kienu jiccelebraw jum imsejjah 'Mothering Sunday'.  Fir-raba' Hadd tar-Randan kienu jonoraw l-ommijiet kollha ta' l-Ingilterra.  Peress li f'dawk iz-zminijiet hafna kienu jahdmu ta' sefturi f'dar is-sinjuri, 'il boghod mill-familji taghhom, kienu jkunu mhajra li ma jahdmux matul dik il-gurnata biex jinghaqdu ma' ommijiethom.  Welldu sahansitra t-tradizzjoni tal-'mothering cake'.  Il-Kristjanità tat tifsira aktar wiesa' lil din it-tradizzjoni u flimkien ma' l-ommijiet beda jinghata unur lill-Knisja bhala Omm - il-qawwa spiritwali li kienet tipprotegihom u tharishom.  Minn hemm il-hsieb ghatta lill-ommijiet ta' kullimkien.  Fl-Amerika, fl-1907, Ana Jarvis bdiet kampanja biex taghmlu jum nazzjonali.  Il-President Amerikan Woodrow Wilson habbarha bhala jum nazzjonali fl-1914.  Mhux fid-dinja kollha tigi ccelebrata fl-istess jum.

Kien is-sitt jum tal-kreazzjoni, meta l-Missier Etern wasal biex johloq l-omm.  Anglu ckejken mar hdejh u qallu:

            "Donnok qed tirfinaha hafna lil din!"

U Alla wiegbu:

            "Int qrajthom l-istruzzjonijiet ta' din?  Trid tkun ta' materjal li jinhasel izda mhux tal-plastik.  Ikollha 180 parti li jiccaqilqu ...kollha jinbidlu.  Tghaddi bil-kafè u li jifdal mill-ikel.  Ikollha hogor li jdub malli tqum bilwieqfa.  Fuq fommha jkun hemm bewsa li tfejjaq kollox, minn sieq miksura sa qalb imtertqa bl-imhabba.  U sitt pari idejn."

            "Sitt pari idejn!  Kif jista' jkun?" qal l-anglu.

            "Mhux dak li qed johloqli l-inkwiet," wiegbu Alla, "izda t-tliet pari ghajnejn li kull omm irid ikollha ...Par ghajnejn li jaraw minn go bieb maghluq, biex meta tghajjat lil uliedha, hi tkun taf x'inhu jigri f'kamrithom qabel tidhol fejnhom.  Par iehor fin-naha ta' wara ta' rasha biex tara dak li ma ghandhiex tilmah imma suppost tkun taf, u par quddiem biex meta thares lejn uliedha jkunu jafu li thobbhom qabel ma tlissen kelma."

            "Missier ..." qallu l-anglu filwaqt li gebbidlu ftit il-komma, "Mhux ahjar tistrieh ftit issa ..."

            "Ma nistax," wiegbu Alla, "Qieghed daqstant qrib li nohloq lil xi hadd jixbahni.  Digà wasalt f'xi hadd li kapaci tfejjaq lilha nnifisha meta timrad ...taf taghmel ikla li thajrek bi ftit ingredjenti ...u thajjar tfajjel jixxennaq ghal waqt il-hasil."

L-anglu qaghad idur ma' l-omm, jifli kull dettall.  "Kemm hi ratba!" qal.

            "Imma soda!  Tista' timmagina x'gilda ghandha bzonn l-omm biex tissapport l-kumbattimenti tal-hajja!"

            "Taf tahseb?"

            "Mhux biss tahseb imma tirraguna u taghmel kompromessi." 

Fl-ahhar l-anglu mess haddejha b'sebghu.

            "Minn hawn qed titlef, hiereg it-taqtir minn ghajnejha.  Ghidtlek li qed tirfina z-zejjed," kompla l-anglu.

            "Dik mhux qed titlef ...dik demgha!"

            "Ghalfejn?"

            "Dik ghall-ferh, niket, dizappunti, ugigh, solitudni u qawwa."

            "Int genju!" temm l-anglu.

B'wicc serju Alla wiegbu:

            "Dik id-demgha mhux jien hloqtha!"


Fost l-akbar unuri tal-mara, li tkun omm hu l-ohla.                    

Lin Yutang


Dak li jien jew li qatt nista' nohlom li nkun, hu frott l-imhabba ta' ommi.

Abraham Lincoln (1809 - 1865)