IL-HBIEB ISEJHU

-
Mejju 2002 | Harga Nru.429
-

 

-
+L-Iben t'Alla sar Bniedem

+:: L-Editorjal

Roger kien ihobbha hafna lil martu izda aktarx li lill-Partit Komunista, li tieghu kien membru attiv u mlahhaq, kien ihobbu izjed.  Hi sikwit kienet tilmenta ghax ghal granet shah, u kultant ghal gimghat, kien qisu jinsieha minhabba l-impenji tal-partit.  Fehem li ma setax jibqa’ sejjer hekk u ghalhekk iddecieda li jitlaq lil martu halli ma jkollux rabtiet u hekk ikun hieles li jiddedika iktar hin ghall-ideal tieghu.

Anke hbiebu skantaw meta saru jafu bil-firda ghax kulhadd kien jaf kemm kienu jhobbu lil xulxin.  Imma Roger kien jghidilhom:

“Lil marti nhobbha u ma nasal qatt li nibdilha ma’ mara ohra.  Imma l-partit jehtieg hidma sfiqa u din ma nistax naghtiha jekk inkun imxikkel b’rabtiet ohra.”

Ghaddew is-snin li fihom Roger qatt ma rifes f’daru ...qatt ma kellimha ...qatt ma raha.  Firda shiha.

Izda wara sitt snin gara dak li Roger qatt ma basar li ser jigri.  Waqt dibattitu fil-partit hu ssogra jikkritika linja li kien ha l-partit u dlonk gie mwarrab.  Hadd ma ried jaf bih.  Qalulu car li postu ma ghadux maghhom.  Roger hass rasu ddur bih.  Sab ruhu wahdu.  U dlonk ftakar f’martu.  Imma issa kienu ghaddew sitt snin li fihom insieha bhallikieku qatt ma ezistiet.  Ma kellux wicc ikellimha.  Izda xi haga gewwenija haditu lejn dik li qabel kienet ukoll daru u cempel il-qanpiena.  Kien imbezza’ ghax stenna aghjat ..tghajjir u tmaqdir.  U kien haqqu.

Martu fethet u skantat meta ratu.  Ghamlitlu s-sinjal biex jidhol.  Baqa’ miexi warajha bla kliem u bla sliem.  Waqfu fil-kamra ta’ l-ikel.  Imma ha l-qatgha ta’ hajtu ghax il-mejda kienet armata b’kollox tistenna l-mistieden.  Haseb f’qalbu li martu kienet qed tistenna lil dak li ha postu.  U ma setax ilumha.

“Poggi,” qaltlu.  “Illum ghandi l-ikla preferita tieghek lesta ghalik.”

“Imma x’naghmlu x’hin jigi zewgek?”

“Zewgi gà gie.  Ili nistennieh sitt snin u tul dan iz-zmien kollu dejjem hejjejtlu l-ikla preferita tieghu biex meta jigi nifirhu flimkien li rgajna nghaqadna.”

Hekk ikun jistenniena l-Mulej jekk forsi ndumu xi ftit imbeghdin minnu.


+:: PIT STOPS

Tentufiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja

Benjamin Franklin, Senatur Amerikan, xtaq hafna li jdawwal it-toroq ta’ beltu bil-lejl imma hass li jekk johrog xi ligi biex l-abitanti jhallsu ghal dan id-dawl kien isib hafna oppozizzjoni.  Minflok Benjamin ghamel gmiel ta’ fanal u dendlu mal-faccata tad-dar tieghu.  Mieghu kellu lampa mimlija zejt - go bozza tal-hgieg.  Intghogob ferm u n-nies intebhu kemm hu ta’ siwi.  Fi triqtu kien hemm xi tnejn jew tlieta li kkupjawh u maz-zmien it-tlieta saru ghaxra, ghoxrin.  U residenti ta’ toroq ohra ghamlu bhalhom.  U hekk bil-mod il-mod it-toroq ta’ Philadelphia bil-lejl kienu mdawlin mill-istess residenti li hassew li huma ma ghandhom xejn inqas minn Franklin.  Jekk dan kien kapaci jzomm fanal mal-faccata ta’ daru, huma riedu juru li kapaci daqsu.  Bhalma jghidu ...l-ezempju jkaxkar.

Ara intix kapaci taghmilha nhar is-Sibt ...flok titkellem dwar il-laqgha tal-guvintur ma’ shabek, ejja ghaliha int.  Forsi min jaf l-accettazzjoni tieghek ghall-istedina sservi qisha l-fanal ta’ Franklin mal-faccata ta’ daru.


F’rokna tal-kamp ta’ koncentrament, xi hadd kiteb:

“Nemmen fl-imhabba ghad li madwari nara biss mibeghda.

Nemmen fix-xemx anke f’jum xitwi ta’ shab folt.

Nemmen f’Alla anke meta dan jidher sieket qisu mhux hemm.”


F’Valladolid fi Spanja, hemm monument sabih f’gieh Kristoferu Kolombu.  Jolqtok fih l-iljun li donnu qed jiekol il-Kelma ‘Ne’.  Ghal hafna snin l-Ispanjoli kienu jemmnu li ma hemmx artijiet ’l hemm minn arthom u holqu l-motto: “Ne plus ultra’ - ‘Xejn izjed ’l hemm.’  Izda Kolombu wera li hemm u allura nehhew il-klema ‘ne’ mill-mottu u hallew biss ‘plus ultra’ - ‘izjed ’l hemm’.  

Kemm drabi nillimitaw il-kapacitajiet taghna bl-iskuza ‘m’iniex kapaci ...ma nasalx, ma nafx ...ejjew innehhu l-ma mill-iskuzi u naraw kemm kapaci naslu iktar milli qatt bsarna u hsibna.  


Tifel qal lil missieru:

“Pa, ghaliex kuljum issellem lill-kunduttur tat-trejn meta hu qatt ma jsellimlek lura?”

“Ibni, jien insellem ghax nisrani mhux ghax hu jsellimli lura.”


Mhux min jghidli Mulej, Mulej jidhol fis-saltna tas-smewwiet imma min jaghmel ir-rieda ta’ Missieri - GESU` KRISTU (Mk 7, 21)


+:: Ponn Hamrija

:: jikteb Dr Coronato Grech

Tidher xi haga komuni, litteralment taht is-saqajn, u minghajr hafna attrazzjoni, anzi monotona u jekk mhux gieli wkoll assoccjata mal-hmieg.  Imma fil-fatt fiha varjazzjoni kbira, dejjem titbiddel u mimlija hajja.  Fuq kollox, tant hija importanti li minghajrha ahna ma nghaddux.  Ghalhekk ta’ min nistudjawha sew halli nifhmuha, napprezzawha u nibzghu ghaliha (u fl-istess hin ghalina stess).  Iva, anke l-hamrija ghandha storja u studju interessanti hafna anzi tant hija mportanti li hemm fergha tax-Xjenza apposta ghaliha, il-pedologija u s’intendi dawk li jispecjalizzaw fiha, il-pedologisti.  

Fiex tikkonsisti l-hamrija?  Peress li hemm hafna tipi differenti ta’ hamrija din mhix xi twegiba facli, imma bazikament tikkonsisti minn minerali, materjal organiku, arja u ilma.  Il-minerali fil-bicca l-kbira ma tantx huma kkumplikati ghax huma kimici bhas-silika; karbonati tal-kalcju u fosfru; sulfat tal-kalcju; fosfat tal-hadid u kalcju; kloridu tal-potassa, kalcju u sodju (li huwa melh tal-mejda); u ossidi tal-hadid (sadid).  Dawn bejniethom jiffurmaw tipi varji ta’ tafal, ramel u franka.  Il-materjal organiku gej mill-fdalijiet ta’ pjanti u annimali li mietu u thassru (jew ahjar il-materjal ikkumplikat taghhom gie mahlul f’dak iktar semplici) u li jaghmlu l-hamrija fertili.  Mal-materja organika jistghu jigu nkluzi l-kreaturi hajjin li hemm fil-hamrija mill-mikrobi mikroskopici bhal dud, insetti ecc.

F’pajjizna hawn tliet tipi principali ta’ hamrija: dik hamranija, dik kannella u tal-bajjad.  Il-hamrija hamra fiha hafna ossidi tal-hadid li jaghtuha dan il-kulur.  Din tinsab fl-iktar stat naturali fil-gzira ta’ Kemmuna u l-formazzjoni taghha hija interessanti.  L-ilma tax-xita dejjem huwa xi ftit aciduz minhabba li xi ftit karbon dijassiku milli hemm fl-arja jinhall fit-taqtir li meta mbaghad jaqa’ fuq blat li fih karbonat, dan l-acidu jhollu ftit ftit.  Però dawk il-kimici li ma jinhallux, bhal dawk li fihom il-hadid, bil-mod izidu fil-proporzjon u meta jingabru fi xqaq fil-blat jithalltu ma’ materjal organiku u jiffurmaw il-hamrija hamra.  Naturalment dan jiehu zmien twil hafna, mijiet ta’ eluf ta’ snin.  Ukoll peress li dan il-process irid hafna xita illum kwazi xejn ma ghandha tifforma din it-tip ta’ hamrija u dik li ghandna hija miz-zminijiet Plejstocenici, (minn bejn 1.6 miljun sena u 10,000 sena ilu).  Imbaghad hemm il-hamrija kannella u tal-bajjad li jixbhu lil xulxin ghax huma tahlita ta’ frak u trab tal-blat tal-franka, rina jew tafal, b’ammonti varji ta’ materjal organiku però dak tal-bajjad fih proporzjonalment iktar karbonat tal-kalcju li jaghtih kulur iktar bajdani.  Dawn il-hamriji jiffurmaw bil-mod il-mod, kemm meta l-blat jigi fizikament imfarrak f’particelli zghar minn elementi fl-ambjent bhalma huma xita, shana, kesha, rih ecc; jew kimikament bhal meta l-ilma jholl certi minerali li mbaghad jinghaqdu ma’ ohrajn godda u allura jistghu jifformaw hamrija differenti mill-blat originali.  Il-pjanti u l-annimali wkoll ikomplu l-izvilupp tal-hamrija kemm meta hajjin bhall-gheruq tal-pjanti u d-dud li bil-mod ifarrkuha u kif ukoll meta jmutu billi jhallu l-fdalijiet taghhom.  U madwar id-dinja f’ambjenti differenti, mill-gungli tropikali ghas-savanna, foresti temperati, tundri u dezerti ghandek issib hamriji differenti, tant li fil-fatt il-pedologisti ghandhom klassifikazzjonijiet shah ta’ hamriji.

  (Dr Coronato Grech M.D. ikompli dan l-artiklu fil-harga ta’ Gunju)


+:: Forsi Jinteressawk  

Stedinha

Biex jinki lir-Rabbi, guvnott Lhudi mar hdejh u qallu:

“Ha nirrakontalek hajti.  Jien nahseb li ksirt il-kmandamenti kollha.  Ara hallejtx xi wiehed barra.”

U bid-dahka beda jirrakkonta.  X’hin spicca, ir-Rabbi qallu bil-kalma:

“Fadallek tikser wiehed biss ...Mur u tghallaq!”


Sentenza ta’ magistrat

Ragel imdahhal fiz-zmien deher quddiem il-magistrat Kenesaw Landis mixli b’hafna reati.  Il-magistrat ikkundannah ghal hames snin habs.

“Jien jahasra xih.  M’iniex ser nghix hames snin ohra.”

“Ghix kemm tista’ minnhom,” qallu l-magistrat li kien intebah li x-xwejjah kien qed jinqeda bl-età biex ikompli jikser il-ligi sfaccatament.


Bl-istess kejl

Zewg pellegrini kienu qed jalloggjaw fl-istess kamra f’lukanda zghira.  Wiehed minnhom dahal fejn is-sid tal-lukanda u qallu:

“Hawn xi affarijiet personali.  Zommhom int ghax, bejnietna, ma tantx nafdah lil dak li mieghu qed norqod.”

“Poggihom hawn hdejn ta’ siehbek ghax ftit ilu gie u qalli l-istess haga ghalik.”


Fuq il-bullettin tal-parrocca

Meta Joseph Pierre Belloc ghamel l-ewwel meeting qal lis-semmiegha:

“Jien kattoliku.  Kull meta nista’ nisma’ l-Quddiesa u nipprova nghid ir-Ruzarju (u hawn uriehom il-kuruna).  Jekk ghax jien kattoliku ma tridux ittellghuni fil-Parlament nirringrazzja lil Alla li helisni minn sitwazzjoni fejn ikolli nirraprezenta nies li ghadhom ma accettawx it-tolleranza religjuza.”

B’ghageb ta’ bosta Belloc gie elett b’maggoranza sostanzjali ghad li l-votanti kienu predominantament Protestanti.

In-nies taccettak meta int taccetta lilek innifsek!


Harrgh Hershfield kien maghruf bhala manager iebes hafna ma’ l-impjegati tieghu.  Darba ntebah li wiehed mill-haddiema kien diehel xi nofs siegha tard.  Mar fuqu u talbu spjegazzjoni.

“Ghax dalghodu waqajt it-tarag!”

“Mela kien messek gejt qabel!”


+:: Simetriji + Bejn grajja, riflessjoni u kwotazzjoni

 

Li tkun fidil ma tantx hi kelma sabiha

fil-lingwa Maltija.

‘Fidil’ tilfet kull rabta’ ma’ fedeltà

u ntrabtet mal-bluha u bla mohh.

Izda li jkollok fedeltà

hija kwalità ta’ min jammiraha.

U kaz genwin ta’ fedeltà hu dak ta’ Zhao Wenjin.

Il-konsulat Amerikan kien qabbdu jahdem mieghu

fl-1926 f’Xiamen ic-Cina.

U hallewh jiehu hsieb il-proprjetà

meta fl-1945 ghalaq.

Kuljum ghal 30 sena ghal Zhao dak kien xoghlu

ghad li f’qalbu kien jahseb

li qatt ma hu ser jara Amerikan f’pajjizu.

Fil-gwerra tal-Korea,

ir-relazzjonijien bejn l-Amerika u c-Cina

kienu fl-aghar taghhom.

Izda ghad li kull timbru tal-Punent kien perikoluz

Zhao baqa’ jwettaq dmiru.

Anke meta l-proprjetà Amerikana

giet okkupata u wzata mill-Komunisti

baqa’ jmur u jekk ma jidholx gewwa almenu jiknes il-bitha.

F’Mejju 1980 wara ghexieren ta’ snin

Ufficcjal tad-Dipartiment Statali Amerikan

mar izuru u hadd ma ried jemmen x’kien ghamel.

 

“Mela jekk fi qligh il-ghawg ma kontux fidili,

qligh il-haqq min jferhihulkom f’idejkom?

(Lq. 16, 11)


+:: Palindromi & Skerzi Matematici Ohra

‘Palindroma’ hija kelma gejja mill-Grieg li tfisser ‘tmur lura’.  Tirreferi kemm ghal kliem li jinqara l-istess minn quddiem u minn wara bhal ‘Alla’ inkella sentenza bhal fl-Ingliz ‘Able was I ere I saw Elba’ (Jirreferu ghal Napuljun li sab tmiemu meta kien eziljat fuq il-gzira ta’ Elba). Tirreferi wkoll ghal numri.  U peress li s-sena li qeghdin fiha hija palindroma 2002 din il-kelma ltqajna maghha hafna drabi fil-gazzetti, televizjoni u internet.

Data palindroma interessanti hafna kienet l-20 ta’ Frar 2002.  Jekk tiktibha numerikament tigi 20/02/2002.  Tibda mnejn tibda taghtik dejjem l-istess rizultat.  Barra minn hekk in-numri huma kollha biz-zewg (even) peress li z-zero hu meqjus bhala zewg.  L-ahhar data palindroma kienet it-30 ta’ Novembru 1103 – 30/11/1103.  Li tmiss hi t-30 ta’ Dicembru 2103 – 30/12/2103.  Allura nistghu nserrhu rasna li daqshekk rajna dati bhal dawn kemm indumu hajjin!!

Snin palindromi jahbtu darba kull mija u ghaxar snin.  Hekk 1001, 1111, 1221, 1331, 1441, 1551, 1661, 1771, 1881, 1991 izda mbaghad 2002 u tkompli 2112, 2222 u l-bqija.  Fil-qabza millenarja d-differenza kienet biss ta’ hdax-il sena.

L-ahhar data li fiha kull numru kien farrad (odd) kien id-19 ta’ Novembru 1999 – 19/11/1999.  Id-data bhal din li tmiss hi l-ewwel ta’ Jannar tas-sena 3111 – 1/1/3111.  Zgur li hadd minnha ma hu ser ikun hawn biex jikteb din id-data.  Matul din is-sena fix-xhur li huma zewg Frar (2), April (4), Gunju (6) ecc insibu bosta ezempji meta d-data tkun kollha b’figuri zewg.  Izda meta tqis ftit issib li qabel is-sena 2000, l-ahhar data li kienet kollha hekk kienet it-28 ta’ Awissu tas-sena 888 – 28/08/888.  Ghaliex biex inkunu ghidna kollox jekk is-sena 1988 konna nqassruha ghal 88 trid tqis li d-data fiha 19 qabel – zewg figuri farradin.

Jekk ikollok ftit hin u toqghod tilghab bil-figuri ssib hafna dati u figuri interessanti.  Kulma ghandek bzonn huma karta, lapes u hafna hin x’tahli.


+:: It-Talba tat-Tellief

Tlabt lil Alla jnehhili s-suppervja

U qalli, ‘Le’.

Qalli li dik mhix xi haga li jehodha hu

imma jien irrid innehhiha.

Tlabtu jsahhahli ‘l ibni bi bzonnijiet specjali

U tenna, ‘Le’.

Spjegali kif l-ispirtu tieghu hu shih

gismu hu xi haga ta’ din id-dinja biss.  Jghaddi.

Tlabtu jaghtini pacenzja bla limiti

U smajtu jlissen, ‘Le’.

Qalli li l-pacenzja hi rizultat tal-kuntrarji tal-hajja,

mhijiex maqlugha izda miksuba bil-prattika.

Tlabtu jaghtini l-ferh

U wegibni, ‘Le’.

Qalli li hu jaghti l-grazzji.  Il-ferh qieghed f’idejja.

Xtaqtu jiffrankali t-tbatija

U anqas din ma accetta.

Qalli li t-tbatija ma thallinix nintrabat mad-dinja

Izda tressaqni aktar lejH.

Ghidtlu biex nibda nhossni sewwa mieghi nnifsi

U sostna, ‘Le’.

Qalli li din suppost li digà ghandi

ghax hu jghammar fija. Baqa’ mistaghgeb u staqsieni

kif kont ghadni ma ndunajtx kemm ihobbni?

Tlabtu jghinni nhobb lill-ohrajn kif habbni Hu.

Wegibni bi tbissima:

‘Fl-ahhar qed tinduna xi tfisser titlob.’