IL-HBIEB ISEJHU
Mejju 2004 | Harga Nru. 4
53
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-EDITORJAL

Bruno Hapspiel jirrakkonta fil-qosor il-grajja ta’ armla li rabbiet erbat itfal kwazi wehidha ghax zewgha miet meta iz-zghir kien ghadu anqas biss twieled.  Rabbiethom b’ghozza u batiet hafna ghalihom. Kibru u kollha sabu posthom fis-socjeta.

Iz-zmien ghadda u l-mara xjahet u mardet. Meta kienet qieghda fuq is-sodda tal-mewt uliedha kienu kollha madwarha jsabbruha u jghinuha f’dak kollu li kellha bzonn. F’hin minnhom wiehed minn uliedha qalilha:

“Grazzi Ma ta’ dak kollu li ghamilt maghna. Nafu kemm batejt ghalina u napprezzaw hafna l-qalb tajba tieghek.”

L-omm fethet ftit ghajnejha u staqsietu:

“Ghax domtu tant snin ma tghiduli dak li ghadek kemm ghidtli?”

Kultant kemm insibuha difficli nghidu ‘grazzi’ u nuru apprezzament ghal dak kollu li nkunu rcivejna.

Ghal jum l-omm, li dalwaqt jasal x’ser taghtiha lil ommok biex turiha l-apprezzament tieghek ghal dak kollu li ghamlet mieghek? Il-fjuri li naghmlu fuq il-qabar ma jferrhu ebda qalb ghax din tkun mejta. Ejja nferrhuha dment li ghadha hajja.


MID-DJARJU TA’ DR A J CRONIN

Kien ix-xahar ta’ Mejju u mill-gdid kont qed l-Iskozja fid-distrett ta’ Tannachbrae.  Kont inservi mat-tabib Camelon.  Dan kien ragel imdahhal sew fiz-zmien u jien kont l-assistent tieghu.

U proprju hawn, f’dan ir-rahal Skocciz, ergajt gejt wicc imb’wicc ma’ epidemija ohra.  Scarlet fever.  Ridt insib minn fejn kienet originat.  U ntbaht li kull min kien marid biha kien qed jixrob mill-halib ta’

Bob Shawhead.

Bob Shawhead kellu farm kbir u bosta baqar.  Kien bidwi kburi b’xoghlu.  Izomm ir-razzett pinna u jissuplixxi l-halib lil hafna residenti ta’ Tannachbrae.  Jien kont fi dmir li mmur ninfurmah bis-suspett tieghi ghalkemm nistqarr li ma kontx cert minn dak li kont qed nahseb.  Tieghi kien biss hsieb.  U bhalma jghidu l-hsieb hu ragel hazin.

Kien hemm martu meta mort u malli tarraftilha xi haga, din bdiet tghajjat u twerzaq u baghtitni ’l barra.  Qaltli li kwistjoni bhal din kelli niddiskutiha ma’ zewgha meta jigi lura mill-belt.  Stajt irrappurtajt dak il-hin stess imma ridt nistenna lilu biex inkun cert.

Meta ergajt mort, Bob kien hemm.  Dahhalni gewwa biex nara l-ambjent u nkun naf kemm hemm ordni u ndafa.  Izda ma’ l-ordni u l-indafa ntbaht li wiehed mill-haddiema kellu faxxa gilda hamra madwar ghonqu.  Kont cert.  Kien hu li kien beda l-epidemija ghax bla ma ried kien qed jikkontamina l-halib kollu ta’ Shawhead.  Izda Bob ma riedx jisma’ u biex jurini li dan li kont qed nghid kien bla sens qabad tazza halib frisk u xorob nofsha quddiemi.  Martu xorbot il-bqija.

Jien irrappurtajt il-kaz imma billi Bob kien maghruf sew, donnu hadd ma ried imur u jaghlaqlu l-farm tieghu.  Bil-probabilità li jkollhom joqtlulu l-annimali wkoll.  Izda bqajt ninsisti u dak li kellu jsir sar.  Jien sirt l-ikbar ghadu tal-familja Shawhead.

Izda jiem wara mart Bob mardet.  Bob ma riedx juri ghax beza’ li anke hi kellha l-iscarlet fever u hekk jien kont ninghata ragun.  Heba l-marda taghha u meta qalilna biha kien tard wisq.  Martu mietet f’qasir il-ghomor.

Xhur wara kont ghaddej minn hdejn ic-cimiterju ta’ Tannachbrae u nara gej minn hemm lil Bob.  Kien xjah b’hafna snin fi ftit gimghat.  Ma kont naf x’ser naghmel.  Insellimlu ...ma nsellimlux ...inkellmu jew ma nkellmux.  Meta qrobna rajtu jerfa’ harstu u jhares lejja b’dieqa.  Imbaghad hadli b’idejja, donnu ried jghidli:

‘Parir isimghu dejjem.  Imbaghad iddeciedi jekk tobdihx jew le.’


DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu li beda fil-harga ta’ April

IL-LOKI

Tista’ tghid li l-ewwel pass importanti modern lejn loki kif nafuh illum beda fil-1775 meta l-Ingliz Alexander Cumming, iddisinja sistema effettiva ta’ flaxxing.  (Xi mitejn sena qabel, fil-1589, certu John Harrington, poeta u kortiggjan tar-regina Elizabetta 1, kien ivvinta speci ta’ flaxxing imma din l-idea ma qabditx.  L-istat  ta’ igjene ta’ dak iz-zmien jista’ jidher mill-fatt li din ir-regina kienet meqjusa b’ghageb ghax kienet tiehu zewg banjijiet f’sena!)  Issa l-kontenut tal-vaska seta’ jghaddi ghal barra minn katusi tac-caqquf, ghall-ewwel ghat-triq, iktar tard ghal go fossa li kienet titbattal perjodikament.  Qabel is-sefturi kienu joqoghdu jbattlu l-vazijiet rjali (u mhumiex).  Iktar tard, fil-1870, certu Thomas Twyford ivvinta s-sifjun, semplici imma tant effettiv biex tinqata’ kull riha, kif ukoll ghamel flaxxing tac-ceramika.  Issa bliet kbar bhal Londra u Parigi kellhom sistemi tajbin ta’ drenagg taht l-art li jiehdu ghal xmara jew bahar.  S’intendi l-vazijiet baqghu komuni u fl-Ingilterra wiehed mill-iktar popolari kien tac-ceramika li kellu ghajn kbira mpittra fil-qiegh bil-kliem: Use me well, and keep me clean, And I will not tell what I have seen.

Imbaghad hemm il-bicca xoghol tat-tindif ta’ wara.  Ghal zmien twil dan kien isir fost l-ohrajn, bil-haxix, zkuk, weraq, caghak, gebel, ramel, craret jew ilma.  (Sal-lum f’pajjizi Izlamici, hafna jitnaddfu bl-ilma u bl-id ix-xellugija, l-id il-leminija jhalluha biex jitnaddfu qabel it-talb, bl-ilma wkoll ghalkemm mhux dik il-parti).  F’Ruma wzanza komuni kienet sponza fuq bicca zokk, waqt li n-nisa sinjuri kienu jippreferu rix ta’ naghma.  L-ewwel toilet paper proprja giet mill-Amerika fil-1857 minghand certu Joseph Goyotte u kienet tissejjah grandjozament Goyotte medicated paper.  Imma ghal hafna zmien kienet ikkunsidrata lussu.  (U nghiduha kif inhi, fil-berah tal-Wild West ma tantx kien hemm bzonnha!)  Fl-Amerika wkoll, iktar tard, xi toilet paper kien fihom katalgi u reklamar biex jinqraw qabel jintuzaw (strettament f’din l-ordni!)

Intant, matul hajjitna kollha, irridu u ma rridux, ikollna nirtiraw regolarment ghal loki fejn, ta’ l-inqas suppost ghandna ftit minuti wahedna fil-kwiet biex nikkontemplaw il-misteri profondi tal-hajja, (ghalkemm m’hemmx ghalfejn tiehu il-poza ta’ l-istatwa famuza ‘Il-Hassieb’ ta’ Auguste Rodin)  Xi whud, l-iktar jekk qeghdin f’xi latrina pubblika tigihom it-tentazzjoni kbira li jhazzu xi graffiti mal-hajt, xi whud veri (100% organic produce), ohrajn satirici (patrons are requested to remain seated throughout the performance) u ohrajn ezistenzjali (tutta la scienza del cuoco finisce a questo luogo) u ohrajn socjalment osservanti (saranno grandi papi, saranno grandi re, ma a questo luogo, sono come me).  Ricerki varji wrew li nies ta’ skola jdumu iktar fil-loki, imma r-raguni hija li dawn ihobbi jaqraw (l-iktar gazzetti li juru li wara kollha, ma humiex ta’ skola hafna.)  Jinghad li Gandhi kellu librerija zghira fil-loki.

U b’attività daqshekk komuni mhux rari li xi nies, anke famuzi, hallew din id-dinja go din il-kamra zghira, inkluz ir-Re Gakbu I (1437), Evelyn Waugh (1966), Judy Garland (1969) u Elvis Presley (1977).  Hija osservazzjoni komuni fost l-infermiera li pazjenti li jkunu qorbu sew biex imutu tigihom ix-xewqa li jippurgaw.

Intant, ma’ l-izviluppi kollha li ghad naghmlu, anke meta fil-futur imbieghed, nohorgu mis-sistema solari u nzuru kwiekeb, haga wahda zgur tibqa’ maghna – il-loki.  U anke fuq din il-pjaneta, kull fejn tmur, tfitxu daqs l-aqwa ristorant, katidral, jew muzew ta’ l-arti (anzi dawn l-istrutturi kollha fihom din id-daqsxejn ta’ kamra maghhom).  U meta tkun ghadek kif battalt u strihajt, ftakar daqsxejn f’dawk l-imsejkna li jbatu bil-paruresis, (jew bashful bladder), l-inabilità li jghaddu l-awrina f’lattrina pubblika b’nies qribhom (jew iktar aghar fuq ajruplan, f’loki mqammad u b’xi ringiela nies bla pacenzja wara l-bieb).  Ftakar ukoll li dan il-process ta’ eliminazzjoni huwa normali daqs l-ikel u x-xorb.  U fuq kollox tinsiex tiflaxxja!


FORSI JINTERESSAWK

Ried ir-ragun

Pulizija waqqaf ragel minn Brentford ghax kien qed isuq bicycle filwaqt li jaqra l-gazzetta.

Ittella’ l-Qorti u gab din l-iskuza:

“Jien ragel tal-familja.  Mid-dar ghax-xoghol u mix-xoghol ghad-dar.  La hemm kazini ghalija ...la clubs ...xejn.  Fuq ix-xoghol l-imghallem ma jhallinix naqra gazzetta ghax nitlef il-hin.  Id-dar uliedi u marti ma jhallunix naqraha ghax il-hin kollu jghajtu u jparlaw.  Inhoss li jien ukoll ghandi dritt inkun naf x’qed jigri fid-dinja …  U proprju waqt li nkun sejjer lejn id-dar bir-rota nista’ naqraha.”

"20 lira multa u darba ohra ….” qallu l-Magistrat.  


Konverzjoni

Ragel li ghal bosta snin ghex imbieghed minn Alla kkonverta.  Meta staqsewh x’differenza hemm bejn il-hajja ta’ qabel u dik li kien qed jghix issa wiegeb:

“Qabel kont nigri wara d-dnub u issa d-dnub jigri warajja.  U sibt li meta d-dnub ikun quddiemek facli tilhqu imma jekk ikun warajk ma jilhqek qatt, sakemm int stess ma taghzilx li tieqaf.”


Qattx hsibt li dulliegha kapaci tikber u ggib 200,000 il-piz taz-zerriegha ..u tispicca b’xi erba’ kuluri ...ahmar nar, ahmar dghajjef, abjad u ahdar. U f’kull dulliegha jkun hemm mijiet ta’ zrieragh li kull wahda kapaci taghmel l-istess haga.

Ieqaf u pprova ara l-kobor ta’ Alla anke f’dulliegha.


Mhux ghageb li llum hafna…

L-gharusa marret ghand l-istampatur u staqsietu jekk ghadhiex fil-hin ghax xtaqet taghmel xi tibdil zghir fl-inviti.  L-istampatur kellu kwazi kollox lest imma ma riedx jiksrilha qalbha:

“Xi tridni nibdel qabel nibda nistampa?”

“Nixtieq nibdel isem l-gharus, il-knisja fejn konna ser nizzewgu u d-data.”

L-istampatur qal biss:

“Jimporta tghidli kif ikun it-tibdil kbir!”


Zminijiet ilu ...imma Alla ghadu l-istess

Fi zmien il-Kardinal Gousset ta’ Rheims, kien hemm sid ta’ hanut tal-frott li ghad li kien kattoliku kien jiftah il-hanut anke nhar ta’ Hadd u aktarx li ma kienx ikollu hin ghall-Quddies.  Il-Kardinal baghat ghalih u qallu:

“Tradeu, bhala Kattoliku ghandek taghti ezempju u ma tiftahx hanutek nhar ta’ Hadd.”

“Eccellenza jien ghandi l-familja.  Min ser jaghmel tajjeb ghat-telf ta’ qliegh?”

“Naghmel tajjeb jien,” qallu l-Kardinal.  “Zomm il-kontijiet ghal sena u fi tmiemha naghtik dak li tkun tlift meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.”

Fi tmiem is-sena Tradeu mar fejn il-Kardinal u tah somma flus ...sehem mill-qligh zejjed li kien ghamel meta paragunat mas-snin ta’ qabel.

Ix-xoghol tal-Hadd ma staghna lil hadd.

Il-waqfien mix-xoghol nhar ta’ Hadd ma faqqar lil hadd.


Kappillan kien qed jghid lill-parruccani …

“Intom tassew ingrati u hadd ma jridkom …

… lili ma thobbunix ghax fis-sasla qatt ma titfghu centezmu.  Iz-zejjed taghkom tippreferu tarmuh milli thalluh wara l-bieb tad-dar parrokkjali;

… lil xulxin anqas thobbu ghax kemm ili hawn hadd ghadu ma zzewweg.  U milli qed nara anqas tnidijiet ma hemm fil-qrib.

… u la l-Mulej u anqas ix-xitan ma jridkom ghax kemm ili hawn ghadu hadd ma miet. ”

“Jekk trid li hadd ma jikkritikak, tghid xejn, taghmel xejn, kun xejn,”

kien jghid l-gharef Aristotile.

Prezz gholi hafna biex tevita li tkun ikkritikat.


AHBARIJIET TA’ INTERESS

IZZEWGU

John Paul Falzon ta’ Triq it-Tigrija lil Maureen Falzon ta’ Triq San Blas;

Cora Rita Vella ta’ Pjazza San Pietru u San Pawl lil Karl Calleja (Ta’ l-Ibragg, Malta).

Filwaqt li nawgurawlhom futur sabih flimkien infakkruhom fit-talb.  Il-familja li titlob flimkien, tibqa’ flimkien.


IL-LAQGHA TA’ APRIL

L-ewwel Sibt inzerta lejlet Hadd il-Palm u ghalhekk kien xieraq li din il-laqgha tiehu forma ta’ meditazzjoni fuq l-ahhar sighat tal-Mulej.  Hloqna ambjent fuq in-naha ta’ l-artal tas-sala u dawk kollha prezenti kellhom materjal tal-qari fuqhiex imexxu.  Kienu meditazzjonijiet ta’ taghlim fuq dak li ghadda minnu Gesù fil-passjoni u dawk ta’ madwaru bhall-Madonna u personaggi ohrajn bhal Guda u c-Cirinew.  Il-hsibijiet ma kinux marbuta biss ma’ dak li gara izda mqieghda attwali ghal hajjitna.  B’dan il-mod stajna mhux biss nidhlu fl-ambjent tal-Gimgha Mqaddsa izda wkoll niehdu taghlimiet prattici.  Facli tikkundanna lil Pilatu u lil Guda izda rridu noqoghdu attenti biex ma naqghux fl-istess zbalji.  Minn naha l-ohra l-ammirazzjoni li ghandna lejn il-Madonna u l-personaggi pozitivi tal-passjoni rridu narawhom bhala mudelli u nippruvaw nimitaw il-qalb tajba taghhom.  B’dan il-mod il-passjoni ma tkunx il-grajja tal-fidwa li grat fil-passat u tieqaf hemm izda ssir esperjenza ta’ kuljum ...esperjenza li tqarribna lejn Alla u lejn xulxin.  Kull Randan li jigi fuqna ma ghandux semplicement isibna sena ikbar imma iktar maturi u dejjem naghrfu l-bzonn ta’ tigdid spiritwali li l-Knisja tpoggilna quddiemna f’dan iz-zmien qaddis.

Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.  Fredu Attard ta’ Triq San Gwann tela’ fl-inkwadru tal-Madonna li tellajna fi tmiem il-laqgha.


IL-LAQGHA TA’ MEJJU

Ser issir nhar is-Sibt 1 ta’ Mejju fit-8.15p.m.  Mejju hu maghruf bhala x-xahar tal-Madonna u ghalhekk ser nuru l-video ‘Imhabba ta’ zewg ommijiet’ ...b’messagg li jghodd hafna ghal dawn iz-zminijiet.

Mela habib narawk nhar is-Sibt fit-8.15p.m., wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca.

Hajjar lil shabek jigu wkoll.  Nistennewkom.


EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA

[Gesù qal lid-dixxipli li meta jinzel fuqhom l-Ispirtu s-Santu:]
“...Hu jixhed ghalija,
u intom tixhdu ghalija,
ghax intom mieghi mill-bidu.”
{Gw 15:27}

L-istill tal-Penn State Football
D J Dozier nizel gharkobbtejh u talab
meta skorja fil-Fiesta Bowl.
Din l-azzjoni gibdet hafna kritika.
Biex jiddefendih R D Lashar
- player famuz iehor -
‘Qabel u wara kull loghba
jien ninzel gharkobbtejja u nitlob.
Fil-jum li fih xi hadd jghidli li ma nistax nitlob
ma nilghabx izjed.  Dan hu pajjiz hieles.’
Kummentatur sportiv – Mark Roberts – kiteb
‘Naraha xi haga sabiha
li minflok zifna bla sens
...biex wiehed jonfoh lilu nnifsu...
insib lil xi hadd jirringrazzja lil Alla.’

Li jien imsejjah biex inkun
xhud ta’ Kristu hi haga -
imma l-mod ta’ kif nghix hi ohra.

Fejn l-aktar li qed nghix ta’ xhud ta’ Kristu?
Kull min jemmen
ghandu jkun dawl li jdawwal lill-ohrajn.

Papa Gwanni XXIII  


IL-MISSIERNA

- F’linja diretta ma’ Alla l-Missier -
Kemm-il darba nitolbu bla ma nahsbu
fuq dak li nkunu qed nghidu?
"Missierna li inti fis-smewwiet …”
“Iva!”
“Ittellifnix.  Qieghed nitlob.”
“Imma int sejjahtli.”
“Sejjahtlek?  Ma ghajjatlekx.  Qed nitlob.  Missierna li inti fis-smewwiet …”
“Qed tara ...ergajt!”
“Xiex?”
“Sejjahtli.  Ghidt: ‘Missierna li inti fis-smewwiet.  Jien hawn.  X’ghandek f’mohhok?”
“Imma ma ridt infisser xejn b’daqshekk.  Kont qed nghid it-talb tas-soltu.  Dejjem nghidha ‘Il-Missierna’.  Inhossni sewwa.  Qisni qed naghmel bicca xoghol tajba.”
“Sewwa ...kompli.”
“Jitqaddes ismek."
“Zomm, zomm.  Xi trid tfisser b’dak?”
“B’xiex?”
“B’‘...jitqaddes ismek’?”
“Ifisser ...ifisser ...u issa jien naf.  Mhux bicca mit-talba?  Allura xi tfisser?”
“Tfisser ..tkun onorat ...qaddis ...imsebbah.”
“Dejjem ghidtha bi drawwa.  Tigi saltnatek.  Ikun li trid int kif fis-sema hekkda fl-art.”
“Temmen dak li qed titlob?”
“Iva ...ghaliex le?”
“X’qed taghmel biex issehh?”
“X’isehh?”
“Ir-rieda tieghi.”
“X’naghmel?  Xejn nahseb!  Nahseb li nkunu sew jekk tiehu hsieb kollox hawn isfel kif tiehu hsieb hemm fuq.”
“Ghandi kontroll tieghek jien?”
“Insomma ...immur il-Knisja!”
“Mhux dak li staqsejtek.  X’tghidli fuq il-burdati tieghek?  Taf li hemmhekk ghandek problema.  Imbaghad flusek!  Tonfoqhom kollha fuqek innifsek.  U l-kotba li taqra?”
“Tibqax twahhal fija.  Jien tajjeb daqs in-nies l-ohra kollha li jkunu hemm il-Knisja.”
“Skuzani tafx.  Jien hsibt li kont qed titlob biex ir-rieda tieghi ssehh.  Jekk dak ghandu jsehh irridu nibdew minn dawk li jitolbuhuli ...bhalek ...biex niehdu ezempju.”
“Ok.  Nahseb li ghandi difetti.  Imma dan fl-ahhar mill-ahhar min hu perfett hliefek?”
“Ma jfissirx li ma tippruvax titjieb.”
“Dejjem xtaqt innaqqas xi difetti.  Imma qatt ma hsibt bis-serjetà dwarhom.  Nixtieq li nkun ...taf int ...hieles.”
“Sewwa ...hekk qed nersqu lejn x’imkien.  Nahdmu flimkien, int u jien.  Certi rebhiet taghmilhom zgur.  Jien kburi bik!”  

(Fil-harga li tmiss inkomplu b’‘Il-Hobzna’.)