Mejju 2006 - Harga Nru 477
+ L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-Editorjal

Ahmed kien sinjur kbir izda ma tantx kien intelligenti. Fejn tidhol xi problema aktarx li kien jigri lejn id-dar ta' Tamur li kien maghruf bhala 'l-gharef tar-rahal'. Darba Ahmed intebah li kienu naqsulu zewg kandilabri mid-dar u dlonk erhielha lejn dar il-gharef biex jara jistax jaghtih xi hjiel dwar il-halliel.

"Min seraq dahal f'darek ghax il-bieb ma qediex dmiru. Infetah meta suppost baqa' maghluq. Haqqu kastig. Nehduh fil-pjazza u nsawtuh biex bibien ohra jitghallmu jaqdu dmirhom. Naghmlu dan ix-xoghol nhar il-Hadd filghodu, f'nofs il-misrah!"

Il-kelma griet u l-misrah kien mizghud bin-nies. Min jidhak bl-innocenza ta' Ahmed u min jitbissem ghax haseb li l-gherf kien gennen lil Tamur.

Wasslu l-bieb f'nofs il-misrah u bdew id-daqqiet ta' frosta. Wara xi ghoxrin daqqa l-gharef ordna lill-bojja biex jieqaf ghax il-bieb ried jghidlu xi haga. Mar u pogga widnejh mat-toqba tal-muftieh u wara li qaghad ghal ftit sekondi jinstema' ghajjat b'lehen gholi biex jisimghuh il-prezenti:

"Il-bieb kixef il-halliel. Ghadu kemm qalli li l-halliel tal-kandilabru qieghed fostna u biex ahna nkunu nafu min hu qalli li fuq it-turbant tieghu ghandu ghanqbuta."

F'hakka t'ghajn wiehed mill-folla li kien jitbissem fir-ringiela ta' quddiem refa' idu biex iwarrab l-ghanqbuta….

Il-hati jghix dejjem fil-biza'.


KUCCARINA GHASEL FI TRIQ IL-HAJJA

Kienu zminijiet ohra meta n-nisa
kienu jmorru hdejn il-bir tar-rahal
jimlew l-ilma ghall-familja
u ghall-bhejjem taghhom.

Tlieta minnhom kienu qed jirrakkontaw
x'kapaci jaghmlu wliedhom
waqt li qribhom b'pipa f'halqu
kien hemm xwejjah jissemma'
ghad li hadd ma kien qed jaghti kas tieghu.

"Tieghi veru intelligenti.
L-ghalliema jghiduli li qatt ma raw intelligenti daqsu.
Jikteb qisu xi kittieb imsemmi.
Rari jmissulu kelma minn kitbietu.
Zguri li meta jikber ghad jirnexxi hafna."

"U tieghi tghidx x'vuci ghandu.
Lehnu meravilja.
Kull fejn ikun ikanta
mijiet jimlew is-swali biex jisimghu
din il-vuci li ghad tidwi mad-dinja kollha."

It-tielet baqghet siekta.
U l-ohrajn baqghu jistennewha tghid taghha.
Imma meta ghadda l-hin u baqghu bla twegiba staqsewha:
"U dwar tieghek x'ser tghidilna?"

"Xejn specjali. Hadd qatt ma qalli li hu eccezzjonali.
Komuni bhal hafna. Hawn mijiet bhalu."

Issa kienu mlewh l-ilma.
U bilgri poggew il-lasta fuq spallejhom
u telqu lejn darhom igorru l-bramel taghhom.
U x-xwejjah telaq ghal warajhom.

Fit-triq iltaqghu ma' wliedhom.
L-intelligenti resaq qrib ommu
u beda jghid kliem sabih dwar id-dehra ta' madwaru…
l-ghelieqi jhaddru… l-ghasafar helwin isaffru ferhana.

Tat-tieni wkoll inhakem mill-muza
u beda jkanta ghanja helwa b'vuci smewwija.

Imma tat-tielet ma kienx kapaci jibbrilla
u ghamel biss dak li kien ilu jaghmel.
Dahal taht il-piz tal-lasta li kienet qed iggorr ommu
u dlonk gennibha ftit biex timxi hielsa.

L-ommijiet harsu madwarhom
u lemhu lix-xwejjah.
Talbuh jghidilhom x'jidhirlu minn uliedhom
riedu jkunu jafu kif jahsibha dwar l-intelligenti
u l-kantant ta' hila.
Imma x-xwejjah deher imhasseb.

"Jiddispjacini izda f'din ix-xena kollha
rajt biss wild wiehed.
Wiehed biss mexa ta' iben lejn ommu
ghad li ma qal xejn specjali u anqas kanta."

Ghax mit-talenti kollha li jista' jkollna
ma jizboq xejn it-talent nobbli ta' qalb hanina.
Ghax hi kapaci troxx u titfa' fit-tazza ta' meraq il-hajja
kuccarina ghasel ghal matul mixjietna.

U jekk dan jghodd ghax-xhur kollha jghodd zgur ftit izjed
ghal dan ix-xahar ta' Mejju li fih niftakru f'jum ommijietna.
Dik li tant habbitna.


Fix-xahar iddedikat lill-ommijiet Dr Coronato Grech M.D. jiktbilna…

L-OMM

L-omm hija l-ewwel ambjent, l-ewwel kenn u l-ewwel dar. U dan meta ghadna ta' daqs mikroskopiku, ta' ftit sighat u ferm ferm qabel ma nafu x'qed jigri madwarna. B'xi mod is-sistema immunologika materna ma tirrifjutax din id-daqsxejn ta' bocca cellulari, imma direttament tmantniha ghal madwar 40 gimgha sakemm din tohrog fid-dinja, iffurmata u lesta, bhala tarbija gdida.

U dan minghajr ma' l-omm hemm bzonn tkun taf x'inhi DNA, divizjoni cellulari, differenzazzjoni jew it-tant irqaqat ikkumplikati ta' l-embrijologija. Kif wara kollox jaghmlu l-annimali (u l-pjanti) kollha.

Ir-rabta bejn l-omm u t-tarbija hija naturali u dejjiema. Dan jassigura li t-tarbija, li issa li harget fid-dinja, li trid kollox, li mhix kapaci tfendi ghaliha nnifisha, li wahedha tmut fi ftit sighat, issa, jkollha cans tajjeb li tghix u tikber.

U fost l-annimali kollha din ir-rabta umana bejn l-omm u wliedha hija fost l-itwal (xi whud mill-annimali kapaci jfendu ghal rashom malli jitwieldu).

U waqt li t-tarbija qed tikber, l-omm tahdem, tghin, tithabat, tahseb, tippjana, tipprovdi, titmashan, tipprotegi, tinkwieta u titkabbar. Kemm tiehu gost tara lil uliedha jitfarfru u jikbru, jew jirnexxu, fl-iskola, f'xi sengha jew karriera!

F'ghajnejn ta' omm, uliedha dejjem jibqghu dawk it-tfal li rabbiet. Forsi ghad-dinja inti tidher xi adult konfidenti li lhaqt il-quccata tal-karriera, imma ghal ommok dejjem tibqa' tifel (jew tifla) li ghadha trid titemghek, tipprotegik u tiehu hsiebek. Ma tistax tahsibha mod iehor. Ghamlet zmien twil wisq fir-rwol ta' kenn, ta' meta kont tmur tigri ghandha ghax braxt irkobbtok, infgart, laqqatt daqqa ta' ponn, bzajt mir-raghad, jew semplicement fjakkajt, ridt naqra helu jew ridt torqod.

Imma z-zmien jghaddi u mieghu igib it-tibdil inevitabbli tax–xjuhija. Issa l-affarijiet tbiddlu hafna. Issa l-omm hija dghajfa u li trid l-ghajnuna. Ikun ferm u ferm jisthoqqilha kulma jsir maghha. Ftit iehor u nitilfuha. Imma dment li qeghdin f'din il-hajja, ikun tajjeb hafna li napprezzawha.

(Jghin l-omm f'dan kollu hemm kreatura ohra, il-missier, li ghalkemm bijologikament wara l-koncepiment ma hemmx bzonnu, imma socjalment ghandu wkol rwol importanti kif naraw fl-artiklu ghal Jum il-Missier.)

Li tghidilha li thobbha u kemm tapprezza dak kollu li ghamlet u taghmel mieghek jiswa aktar minn kull rigal li tista' tixtrilha.


FORSI JINTERESSAWK

Ikel u kuluri

Sinjura Amerikana kienet taghmel ikliet lill-persunaggi msemmija imma biex tattendi ghal dawn l-ikliet ridt tilbes libsa bil-kulur li tghidlek fl-istedina. Kienet taghmel hekk biex is-sala tkun ikkulurita bizzejjed u tohloq atmosfera laqqiena. Peress li l-ikel kien abbundanti u genwin u tieghu l-mistiedna ma kinux ihallsu, rari kien ikun hemm assenti u allura l-bilanc mixtieq kien jinzamm.

U trijunfalment il-mara tghid: "Ara mhux facli li tiddetta lin-nisa x'kulur jilbsu imma quddiem ikla tajba u b'xejn mhux facli tghid le."

Tghid ghalhekk hafna mil-laqghat tal-kbarat isiru waqt working lunch?

Fil-fatt anke l-Mulej gie li nqeda b'ikla biex iwassal il-messagg tieghu. Kien waqt ikla ma' Gesù li Zakkew ikkonverta u waqt ikla wkoll li Mattew, li wara sar appostlu, habbar pubblikament li ser jitlaq ix-xoghol ta' pubblikan biex jimxi wara n-Nazzarenu.


Missjunarju wasal f'villagg u wara li dam hafna jghallimhom heggighom biex jersqu jitghammdu. Hafna hekk ghamlu imma wiehed minnhom assolutament ma riedx jitghammed ghax qal:

"Ha nhallihom jitghammdu. Jekk wara li jitghammdu s-serq jonqos u l-ghajnuna ta' bejnietna tizdied jien ukoll nitghammed."

Kieku konna fost dawn in-nies il-hajja taghna kienet thajru jitghammed jew le?"


Ma setax jifhem

Ir-ragel kien ghejja jsuq ghax it-triq kienet twila. Talab lil martu biex issuq ftit hi halli jistrieh imqar siegha. Accettat ghad li ma kinitx taf issuq hafna u malajr kienet tinfixel. Bdiet issuq u r-ragel intelaq ftit u beda jonghos. Izda xi kwarta wara kellha tieqaf ghax quddiemha tara trailer maqlub. Resqet bil-mod biex tara tistax tibqa' ghaddejja. Infixlet. Malajr qajmet lil zewgha.

Dan skanta jhares lejn it-trailer maqlub u qalilha:

"Dak kif qlibtu, le?"


Ihallas il-Mulej

Kien professur imsemmi u ried li jqatta' xi snin fil-missjoni. Darba minnhom inzerta hdejh Louis Evans, kappillan li kien qed izur xi missjunarji u ra lill-professur jaghmel xi operazzjonijiet. Qallu l-kappillan:

"Kieku qed taghmel dawn l-operazzjonijiet fl-Amerika nahseb li llum qlajt eluf ta' dollari!"

"Eluf imma mal-flus ma kienx ikun hemm it-tbissima ta' hajr tal-pazjenti u tbissima ikbar tal-Mulej. U dawn iz-zewg tbissimiet jimlewli qalbi ferm iktar mill-flus."


San Piju tal-pjagi kien jghid: "Kemm nixtieq li ghandi vuci gholja bizzejjed biex jisimghuha u jifhmuha n-nies tad-dinja kollha halli kont nghidilhom li l-Madonna hi ommna u thobbna b'imhabba tal-genn anke jekk ahna midinbin."

Int li qrajt din is-sentenza kont ixxurtjat li l-vuci ta' Patri Piju waslet ghandek. Thallihiex tmut go fik bla ma tlissen talba lil din ommok hanina.


AHBARIJIET TA' INTERESS

IZZEWGU

Stephanie Grech ta' Triq Bingemma lil David Azzopardi (Xewkija).

Filwaqt li nixtiqulhom futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb. Il-familja li titlob flimkien, tibqa' flimkien.


IL-LAQGHA TA' APRIL

Kellemna l-Psikologu Dr Michael Galea PhD. Tana ftit punti ta' Psikologija li jistghu jghinuna nghixu hajja ahjar. Minn twelidna ahna nigu kkundizzjonati biex f'dak kollu li naghmlu noghgbu lil ta' madwarna. Izda min il-hin kollu jfittex appogg minn dawk ta' madwaru jkun qed isir skjav taghhom. Irridu naghmlu dak li nhossu li hu tajjeb jghidu x'jghidu ta' madwarna. Tul hajjitna hemm bzonn li noqoghdu attenti li nimxu 'l quddiem u mhux nibku bhal tarbija li ghadha kemm twieldet ghax qed thoss in-nuqqas tal-kumdità ta' guf ommha. Li tikber tfisser tbati u trid tahseb ghalik innifsek. Jispicca z-zmien li ssib kollox lest. Hemmhekk tibda tghix tassew int. Importanti li nuzaw il-talenti li ghandna – use them or loose them – u ma narmux lilna nfusna b'low self esteem. Uhud jiskantawk kif kapaci jipprezentaw lilhom infushom. Fl-ahhar hemm bzonn li ma nehdux il-hajja b'serjetà zejda. Saying ingliz jghid 'Don't take life too seriously – it is not permanent'. Fil-gurnata taghna ghandna hin ghal kollox u sfortunatament niehdu hajjitna for granted. Sikwit nisimghu b'individwi li, f'età zaghzugha, hallewna f'tebqa t'ghajn. Ninsew li l-istess xorti tista' tmiss lilna u mbaghad addio dak kollu li nkunu nkwetajna fuqu. Izda bi ftit waqfien kapaci nirrangaw u niddrittaw hajjitna.

Hajr lil Robert Borg – barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li qassamna wara l-laqgha. Martin Buttigieg ta' Triq Duru tela' fir-raba' volum ta' Il-Hbieb Isejhu bl-Istejjer.


STEDINA

GHAL-LAQGHA TA' MEJJU

Nhar is-Sibt 6 ta' Mejju fit-8.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca.

Ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll ghal din il-laqgha li din is-sena taghlaq erbghin sena. Il-prezenza tieghek tkun qed taghtiha nifs gdid.

Wara l-lezzjoni jkun hemm partita football fuq il-pitch ta' l-artificial turf bejn dawk li jattendu.

Mela habib tinsiex… nhar is-Sibt 6 ta' Mejju fit-8.15p.m. Nistennewk. Gib lil shabek mieghek.


Irqadt u hlomt li l-hajja hi ferh.
Stenbaht u rajt li l-hajja hi qadi.
Qdejt lill-haddiehor u fhimt li l-qadi hu ferh.
Rabindranath Tagore
poeta u filosofu Indjan
rebbieh tal-Premju Nobel 

Tkun ferhan mhux meta jkollok kulma tixtieq
imma meta ma tixtieqx iktar minn dak li ghandek.


EKU BIBBLIKU FI ZMIENNA

[Alla qal:]
'Jien sa ndahhal fikom ruh
u jkollkom il-hajja…
...u tagharfu li Jiena l-Mulej."

{Ezekjel 37:5-6} 

Fil-ktieb tieghu 'A gift of Hope'
Robert Veninga jiddeskrivi
grupp ta' sapport ta'
l-Alcoholics Anonymous.
Hu jikteb:

'Il-hbiberija ta' bejn seba' rgiel
hi l-ikbar rabta li qatt rajt…
Anke meta jehtigilhom isiefru b'xoghol
iridu jkunu certi li ser ikunu lura
ghal-laqgha tas-Sibt filghaxija.
Hija importanti hafna ghalihom.
Xejn ma jhallu jtellifhom. 

Nista' niftakar episodju
li fih jien ghamilt minn kollox
biex ma nitlifx laqgha ma' shabi?
Jew mal-Mulej?
X'inhoss specjali f'dawn il-laqghat? 

Is-sabih ta' hbiberija
mhux l-id li tehodlok tieghek
inkella l-wicc imbissem;
izda l-ispirazzjoni spiritwali
li tigi meta wiehed jiskopri
li xi hadd jemmen fih.
U jafdah.

RALPH WALDO EMERSON


IL-KANT TA' RUZINJOL

Kien hemm darba ruzinjol ckejken li ntilef fil-bosk. Dam hafna jfittex lill-genituri tieghu, izda ma setax isibhom. Ghalhekk kiber bla qatt ra ruzinjol iehor.

Meta kiber intebah li ma kienx jaf ikanta. Hadd ma kien ghallmu. Ried jitghallem akkost ta' kollox. Erhielha jfittex ghalliem. Iltaqa' ma' serduk u qallu:

"Tista' tghallimni nkanta bhal ruzinjol?" Izda s-serduk, kollu kburija, wiegbu:

"Jekk taghmel bhali nassigurak li tghanni ahjar minn ruzinjol." U beda jhanxar il-kukku rukku. Ir-ruzinjol beda jaghmel bhalu u fl-ahhar... ahjar minnu. Kompla jittajjar gol-bosk ikanta l-kukku rukku.

Izda jum minnhom iltaqa' ma' papra li, kollha skandalizzata, staqsietu min kien ghallmu din il-hnizrija ta' storbju.         

"Int taf tghallimni nkanta bhal ruzinjol?" Din, mzatta mzatta, qaltlu:

"Tahlix hin biex titghallem tkanta bhal ruzinjol. Jien inkanta hafna ahjar minnhom ilkoll. Aghmel kif naghmel jien u tkanta bhall-angli!" U bdiet tghallmu l-kwak kwak taghha. Ir-ruzinjol telaq it-tkarwit ta' qabel u beda din il-kantalieni gdida u ta' ghasfur intelligenti li kien, fi ftit hin, issupera lil min kien qed jghallmu. U kollu ferhan telaq minn hdejn il-papra ikarkar il-kwak kwak.

Kokka, li kienet imperrca fuq l-oghla fergha ta' sigra, malli semghet ruzinjol itaqtaq bhal papra staqsietu:

"Mela ma tafx tkanta bhal ruzinjol?"
"Papra qaltli li dan il-kant hu sabih."
"Imma trid tistaqsi lil ruzinjol bhalek biex jghallmek tkanta skond razztek!"
"Iva, imma f'dan il-bosk ma hawn hadd bhali," wegibha kollu mdejjaq.

"Ghalhekk hemm bzonn li thalli johrog minn munqarek il-kant li hemm go fik. Igbed nifs 'il gewwa, intelaq ma' qalbek u kanta l-ewwel hsieb li jigik. Hekk biss tista' tintebah x'hemm maqful go fik."

U hekk ghamel. Tela' sal-quccata ta' l-oghla sigra u merhi ma' hsus qalbu beda jkanta bhal ruzinjol ta' veru. U l-kant melodjuz tieghu mela l-bosk bil-ferh. Qatt ma nstema' kant daqstant sabih.

Minn dak il-hin ir-ruzinjol ma htieglu jikkopja lil hadd biex ikanta sabih. Intebah li biex ikun hu stess ma kellux bzonn ikun mera ta' hadd izjed. Kulma kellu bzonn kien li jintebah x'hemm ihabbat f'sidru u jhallih hiereg fis-safa kollu tieghu.

U jekk dan jghodd ghal ghasfur kemm iktar ghal bniedem.


Xi xhur ilu, il-Gnus Maghquda ghamlet survey fil-pajjizi kollha tad-dinja. Il-mistoqsija kienet wahda:

"Tista', jekk joghgbok, taghtina l-opinjoni onesta tieghek dwar soluzzjonijiet biex insolvu n-nuqqas ta' ikel fil-bqija tad-dinja?"

Is-survey ma rnexxiex ghaliex…

Fl-Afrika ma kinux jafu ikel x'ikun
Fl-Ewropa tal-Lvant ma kinux jafu kif tkun onest.
Fl-Ewropa tal-Punent ma kinux jafu kif ikun in-nuqqas.
Fic-Cina ma kinitx tezisti opinjoni.
Fil-Lvant Qrib ma kinux jafu xi tkun soluzzjoni.
Fl-Amerika ta' isfel ma kinux jafu xi tfisser jekk joghgbok.
Fl-Istati Uniti ta' l-Amerika, ic-cittadini ma setghux jifhmu li hemm il-bqija tad-dinja.