
| + L-Iben
t'Alla sar Bniedem
Novembru 2000 - Harga Nru 411 Lou Little, coach tat-tim ta' l-Università ta' Georgetown jirrakkonta: "Kien guvnott gustuz ...hawtiel u jistinka. Jittrenja bi shih u ma jaqta' qatt qalbu. Izda ma kienx wiehed mill-ahjar players u hafna drabi kont nilaghbu biss ghal ftit minuti ghax kelli min hu ahjar minnu. Imma kont niggostah specjalment meta kont narah ma' missieru ...ghaddejjin id f'id, jaqsmu l-ground qabel il-loghba. U waqt il-loghba l-missier kien jintasab fost is-supporters u jifrah u jghajjat bil-qalb appena ibnu jidhol jilghab. "Darba, ftit granet qabel loghba importanti kontra t-tim ta' Fordham, ircivejt telefonata li fiha qaluli li missier il-guvnott kien miet b'attakk tal-qalb. Kelli nwassal l-ahbar. Il-guvnott beka izda l-ghada gie u qalli:
"Weghidtu li nibda l-loghba bih imma kont nibdlu malli narah jghejja jew inaqqas. Imma fil-fatt ma bdiltux u hallejtu jilghab il-loghba kollha ghax qatt ma rajtu jilghab tant tajjeb. Wara l-loghba frahtlu u l-guvnott qalli: 'Coach ...ftit kienu jafu li missieri kien ghama. Ghalhekk kont inzommlu idu. U ghalhekk lghabt tant tajjeb ghax nemmen li llum l-ewwel darba li missieri rani nilghab.'" Sabiha l-fidi. Ghal min jemmen il-firda li ggib il-mewt mhix firda dejjiema. DAWN XEGHLU XEMGHA FLOK SEHTU D-DLAM
Lil Cheryl Arlowe l-hajja tatha fuq wiccha
minn età zghira. Incident tat-traffiku hallieha bla Darba kienet hdejn nannitha jharsu lejn it-television. Cheryl kienet iffissata thares u tisma' lil certu Jerry Benson jitkellem dwar il-pjanijiet tieghu li jigri l-maratona ta' New York. Kien qed jghid li l-korsa ta' 26 mil ma taqtaghlux qalbu ghad li Jerry kellu riglu artificjali. "Nanna jien ukoll irrid nigri bhal Jerry. Hudni fejnu halli jghidli kif. Hudni fejnu." In-nanna, li lin-neputija kienet thobbha b'imhabba tal-genn ...u donnha iktar saret thobbha wara l-incident li kellha, xtaqet li tista' tghinha imma x'setghet taghmel? "Ruhi qalbi ...dak qieghed hafna mili 'il boghod. Imma forsi xi darba nkellmuh!" Izda Cheryl baqghet tinsisti. "Hudni hdejh. Jien ukoll irrid nigri. Dak jghidli kif." Biex tehles minnha n-nanna qaltilha li ser taghmel li tista' biex tlaqqaghha mieghu. Hasbet li sa l-ghada Cheryl tkun insiet. Izda gharralha ghax it-tifla baqghet tinsisti li trid tiltaqa' ma' dan l-eroj li ghad li bhalha kien qed isofri, ma riedx iqatta' hajtu fuq siggu tar-roti. In-nanna qalet b'kollox lil omm it-tifla u din rat kif ghamlet u kkuntattjat lil Jerry li malli sema' l-istorja xtaq li jiltaqa' ma' Cheryl. Iltaqghu qabel il-maratona u Cheryl qaltlu li minn quddiem it-television kienet ser iccapcaplu biex jaghmel kuragg u jasal sa l-ahhar. U rnexxielu minkejja li bata' hafna. Il-gazzetti kollha tawh prominenza kbira. Din il-prominenza dahhlet fl-istorja lill-Professur Stokose, espert fuq ir-riglejn artificjali, li ntebah li r-rigel li kien inghata lil Jerry ma kienx l-ahjar possibli. Stiednu biex imur fl-isptar tieghu. U Jerry dlonk ftakar fil-habiba ckejkna tieghu Cheryl u talab li Dr Stokose jekk kienx possibli jgib lilha wkoll. Dan accetta bil-qalb u Jerry u Cheryl sabu ruhhom f'dan l-isptar armat bl-iktar oggetti sofistikati biex jghin lil dawk li bhalhom kienu tilfu l-uzu ta' xi rigel. Dr Stokose dahal ghall-isfida b'ruhu u b'gismu. Ha interess personali. U wara hafna tentattivi ta lit-tnejn riglejn artificjali li kienu jippermettulhom mhux biss li jimxu imma li jigru wkoll. Anke Cheryl, minkejja li kienet tilfet riglejha t-tnejn, kienet kapaci tigri wkoll. Jerry jzommilha idha u hi tlebbet mieghu. Ferhana ser ittir. U maghha ferhanin daqsha kien hemm ommha, nannitha u min kien jafha. Imma forsi hadd ma kien ferhan daqs Jerry u Dr Stokose li kien irnexxielhom jixeghlu x-xemgha tat-tama f'ghar ta' dieqa li kien mimli dlam sfiq. Dr Coronato Grech M.D. itemm l-artiklu dwar IL-HUMAN GENOME PROJECT
Intant, meta nkunu nafu s-sekwenza strutturali kollha tad-DNA u allura kif jista’ jinbena u kif jadhem il-gisem x’inkunu dahhalna b’daqshekk? Xi whud ma toghgobhomx din it-tip ta’ ricerka ghax donnu huwa ndhil zejjed fin-natura, imma l-istess kien intqal rigward it-tilqim, il-loppju u l-riga tas-sejjetti. U dan jista’ jinghad ghall-medicina kollha, minn nuccali ghall-kalmanti ghal snien foloz, kollha huma ndhil fin-natura. Però taghrif xjentifiku qatt ma ghandu jigi mrazzan (wara kollox li tkun taf kif tahdem in-natura, l-univers u fuqna stess suppost li huma l-iktar interess u gost) u meta gie mrazzan bhal fiz-Zminijiet tan-Nofs, ic-Civiltà marret lura. Li jrid ikun hemm zgur huwa etika u morali umanitarja li tirrispetta l-hajja. Intant il-Human Genome Project ghandu jhalli frott li llum difficli tbassru. Fost l-ohrajn nifhmu l-iktar fuq l-origini tal-mard, inkluz infezzjonijiet, tal-qalb u tal-kancer u xjuhija u mezzi godda biex niggildulu. Inkunu nistghu niddisinjaw pilloli iktar specifici u iktar adattati ghall-individwu. Fil-forensika il-krininali iktar jistghu jigu identifikati precizament. Kull haga hajja ghandha DNA assulutament unika ghaliha. Forsi nkunu nafu kif originat il-hajja, x’inhi l-hajja, x’inhu l-konxju, l-evoluzzjoni u tant affarijiet ohra. Almenu sa issa digà nafu li 99% tad-DNA umana hija l-istess bhal dik tax-xadini. Din biss fiha ukoll bizzejjed x’tahseb! Effetti ohra socjali li jista’ jkollha din il-Human Genome Project huwa iktar ta’ min jahseb fuqhom. Ghad jigi zmien li kull individwu jkollu l-genoma personali tieghu fuq xi CD flimkien mal-karti l-ohra ta’ l-identità jew fir-records tat-tabib jew jigu mitluba ghall-applikazzjonijiet ta’ polza tas-sigurtà jew qabel ix-xoghol jew iz-zwieg. U min isibu difettuz (u kulhadd ghandu xi difetti kbar jew zghar) u dawk ta’ difetti kbar x’jaghmlu? Illum nafu b’madwar 4000 marda li hija determinata minn gene wahda u f’dawn hemm hafna lok biex il-medicina u t-tobba jaghmlu hafna biex titnaqqas tant mizerja. Però kull procedura umana jista’ jkun fiha wkoll effetti mhux mixtieqa jew anke zbalji barra mill-bizà li xi mignun jista’ jimmanipula l-genes biex johrog monstri. U anke mill-intenzjonijiet tajba jistghu johorgu effetti dizastruzi. B’kura effettiva hafna, il-popolazzjoni tibqa’ dejjem tizdied u tixjieh, fatturi li jgibu l-problei mhux zghar maghhom. U jekk, kif inhu mahsub tezisti id-‘death gene’ li tiddetermina meta c-cellola tmut tista’ din tigi manipulata biex titwal indefinitament il-hajja? U kerha kemm hi kerha u nibzghu kemm nizghu mill-mewt l-ideja ta’ mmortalità hija daqstant inkonfondibbli. Intant, ricerka li taghti taghrif xjentifiku qatt ma hija hazina, anzi wzata tajjeb tatna t-teknologija moderna tal-lum. Minkejja dawk li kkondannaw innovazzjonijiet bhal per ezempju virja tas-sejjetti, it-tilqim jew il-loppju dawn spiccaw fost l-iktar applikazzjoni utli ta’ ricerka xjentifika. U l-istess ghall-Human Genome. Peress li hija xi haga tant gdida, tehtieg konsiderazzjonijiet serji mill-aspetti ta’ etika u morali umanitarja biex tigi applikata biss ghall-gid ta’ l-umanità. FORSI JINTERESSAWK
Trid tifhem ghaliex Ragel sinjur kien qed imut fi New York b'marda qerrieda. Gabulu hafna tobba u hadd donnu ma seta' jsib tarf il-marda li kellu. Ragel fqir mar ikellmu ghax qal li seta' joffrilu tama gdida. Dahhluh fejnu u dan qallu: "Isma' minni ejja oqghod Harlem. Veru li d-djar huma mahmugin u mimlijin grieden imma cert li hemm ma tmutx!" "U x'jaghmlek cert li hemm ma mmutx?" "Ghax nismaghhom jghidu li qatt ma kien hemm sinjur li miet Harlem!" Mafkar lil sindku mibki Marco Benedetto kien mahbub ferm f'beltu. Kien ilu snin twal sindku tal-belt ta' Ronciglione. U ddispjacihom ferm meta Marco marad u ttiehed Ruma. Dam hemm bosta xhur diehel u hiereg mill-isptar. U meta miet indifen f'din il-belt. Imma n-nies ta' Ronciglione ma nsewhx u ghamlulu mafkar fic-cimiterju taghhom bil-kliem: 'Hawn jinsab jistrieh ghal dejjem il-mahbub sindku taghna Marco Benedetto li miet f'Ruma u ndifen hemm.'
L-artisti Thomas Girtin u Joseph Turner kienu jahdmu fl-istess zmien. U anke l-arti taghhom kienet tixxiebah hafna. Meta Girtin miet zghir fl-1802, Turner qal ghalih: "Kieku Girtin baqa' haj, jien kont inbati l-guh." Knisja f'minjatura Cecil Northcott jirrakkonta li darba kien prezenti fi grupp ta' diskussjoni dwar kif nistghu nxandru iktar lil Gesù fost il-popli Afrikani. U xbejba Afrikana qamet u qalet: "F'pajjizi ahna naghmlu hekk. Nibaghtu familja kattolika tghix man-nies ta' tribù li nkunu rridu nikkonvertu u l-mod kif igibu ruhhom ikun bizzejjed biex meta jasal il-missjunarju dlonk ikunu jridu jitghammdu biex isiru bhal dik il-familja." L-ezempju jibqa' dejjem l-ahjar priedka.
Sir Christopher Wren jirrakkonta li meta kien qed idur fost il-bini mwaqqa' tal-knisja li minflokha kellu jitla' l-katidral il-gdid ta' San Pawl, Londra ried isib gebla mdaqqsa biex jimmarka n-nofs tal-koppla l-gdida u talab haddiem igiblu gebla minn dawk li kien hemm mitfugha 'l hawn u 'l hemm. U l-haddiem mar u gablu gebla kbira u fuqha kien hemm il-kelma 'Resurgam' li tfisser 'nerga' nqum'. U proprju hekk ghamel il-katidral ...rega' qam sabih ferm iktar minn qabel. Xebh ukoll ghalina ...li wkoll ghad nergghu nqumu f'sura isbah u ahjar. Fl-antik kien hemm ligi fic-Cina li kienet tghid: "Meta tnejn jibdew argument jitlef min jerfa' idejh l-ewwel. Tkun xhieda cara li ma fadallux argumenti."
Dik
irgulija Lord Norfolk kien joqghod f'Arundel Castle - kastell fuq gholja. Jum wiehed tfajla dehret tiela' bil-bagalji lejn il-kastell. Kienet seftura gdida ghall-familja. Dehret tbati iggorr il-bagalji u ghalhekk ferhet meta rat ragel imdahhal fiz-zmien li offra li jghinha ghax kumbinazzjoni kien tiela' wkoll l-gholja. Waslet, irringrazzjat lix-xwejjah u habtet il-bieb. Ix-xwejjah baqa' sejjer, dahal min-naha ta' gewwa u qaghad jistenna fl-istudju tieghu biex jilqa' s-seftura l-gdida. INKWADRI TA’ ISPIRAZZJONI GHALL-HAJJA TA’ KULJUMKien l-imghallem il-gdid fuq binja gholja li tobrox is-smewwiet. Il-haddiema rrispettawh ghax rawh biezel u jaf imexxi. Izda s-saram kien mohbi. Ghodwa wahda
wiehed mill-haddiema, Murphy, waqa' u baqa' tal-post. L-imghallem kellu jaghmel rapport ta' dak kollu li gara. Inkwieta ...hass ghalih. Missier ta' tlett itfalihalli hajtu tragikament hi ahbar kerha. Meta tkun tafu ssir ftit aktar. U nizzel id-dettalji kollha. Mela l-formula bl-akbar reqqa. Il-hin, il-post, l-gholi, is-sengha, mezzi ta' salvatagg, ghajnuna li nghata fuq il-post u elf vojt iehor f'formola li dehret ma hi ser tintemm qatt. U kien fadal l-ahhar kaxxa. Kellu jnizzel 'RIMARKI'. Vojt imholli apposta biex jekk xi haga ma tnizzlitx aktar 'il fuq issib postha hemm. Filwaqt li bniedem iehor biex jghaggel jew jehles kien ihalliha vojta, dan ma ghamilx hekk. B'ittri cari kiteb: "Murphy qatt ma rrimarka xejn. Dejjem hadem u stinka mill-ahjar li seta'." Certifikat stupend lill-haddiem biezel. Jalla jghidu hekk fuqna meta hajjin. Jalla nistinkaw u nahdmu u l-paroli zejda nhalluhom ghal min m'ghandux x'jaghmel. Dak biss jikkritika u ma ssiblux zball.
FIC-CIMITERJU TAN-NADUR
|