+ L-Iben t'Alla sar Bniedem  

NOVEMBRU 2001 - Nru 423


Spicca fuq gzira wahdu ghax il-maltemp kaxkru ghal bosta jiem u d-dghajsa ckejkna li kellu ma baqghetx tobdi t-tmun.

Ma kienx jaf x’ser jaqbad jaghmel.  Wahdu fuq gzira.  Ma riedx jidhol ‘il gewwa ghax beza’ li jekk ma jibqax hdejn il-bahar ma jintebahx meta jkun ghaddej xi vapur vicin.  Izda anqas seta’ jibqa’ bla saqaf fuq rasu.  Ried xi forma ta’ harsien mill-elementi.  Beda jigbor iz-zkuk u wara jiem ta’ hidma rnexxielu jsawwar gharix imdaqqas.

Izda darba meta ssogra jidhol ftit ‘il gewwa fil-gzira, spicca f’nofs maltempata tal-biza’.  Dahal jistkenn f’ghar waqt li sriep tan-nar imlew is-sema.  Xita mill-inqas imma lehha wahda f’wahda u hsejjes tal-biza’ qisha li kull lehha xtaqet taharqu.

Fl-ahhar bnazza u bilgri telaq lejn l-gharix li kien bena.  Izda malli xiref fuq rih il-bajja ried jiddispra.  L-gharix kien huggiega wahda.  Xi sajjetta minnhom kienet hakmitu.  Sehet xortih ghax ftakar kemm dak l-gharix kien swielu xoghol.

Imma malajr nesa d-dwejjaq kollha meta lemah vapur riesaq lejn il-bajja.  Kienu ntebhu li kien hemm xi hadd li ried l-ghajnuna ghax raw id-duhhan.

Fil-hajja wkoll gie li ngergru u neqirdu u ftit nintebhu li dak li l-Mulej sawwar ghalina hu l-ahjar.


WAQTIET LI JSIRU MUMENTI DEJJIEMA

It-trejn kien ghoddu wasal

u jien u shabi konna mghagglin ferm

ghax malli ninzlu fl-istazzjon

ridna naqbdu trejn iehor

u ghalhekk ilkoll kemm konna

qomna minn postna kmieni

u ntasabna mal-bieba

biex appena tinfetah

naharbu ghal fuq il-platform numru 2

bit-tama li nkunu hemm

qabel jasal l-iehor.

 

U hrigna daqslikieku konna ppressati b’molla,

girja wahda,

grupp wiehed

bl-imhatra min jasal l-ewwel

qisna corma tfal ta’ l-iskola.

 

U fil-hegga biex infittxu naslu fuq il-platform

rassejna u mbuttajna

u bla ma ridna hbatna

ma’ karettun li kien mimli frott

u f’hakka t’ghajn munzelli ta’ laring u tiffieh

spiccaw jitgerrbu fl-art.

Imma hadd ma waqaf

ghax kulhadd kien mghaggel.

Anzi kien hemm min sahansitra tbissem.

 

Hassejtni hati

iktar u iktar ghax sid il-frott deher ghadu zghir

u tant infixel

li bilkemm tharrek minn postu

biex jipprotesta.

 

Waqaft

u dlonk intbaht li t-tifel kien ghama

qieghed hemm

ghax ommu marret qadja zghira

halliet lilu flokha

ghad li xorta setghu jiehdu bla ma jhallsu

imma d-dehra tieghu

setghet forsi twaqqaf lil hafna

milli jmiddu idhom u jahtfu.

 

U meta r-rassa naqset

bdejt nigbor il-frott imwaqqa’

hafna minnu kien tghaffeg.

Zgurajt lit-tifel

li kollox ser ikun sew.

Imbaghad qbadt karta ta’ $20

u poggejthielu f’idu.

 

Hares lejja bla ma rani

u qalli:

“Int min int? ...Nahseb li int Gesù!”

 

Dakinhar

it-trejn ma lhaqtux

imma allahares bqajt sejjer

ghax id-dehra ta’ dak it-tfajjel

u t-tbissima smewwija tieghu

ghadha sal-lum tferrahni.


 

DR CORONATO GRECH M.D. jikteb

NOVEMBRU

Huwa l-hdax-il xahar tas-sena minkejja li ismu gej mil-Latin ‘novem’ ghal disgha; u dan ghaliex fl-istorja kkumplikata tal-Kalendarju (ara Il-Hbieb Isejhu Gunju 1987) meta dan kien ghadu dak Ruman antik, Novembru kien id-disa’ xahar.  Imma meta Lulju ssemma ghal Gulju Cesare (c100 – 44qK) u Awissu ghal Awgustu Cesare (63 – 14 AD) huwa spicca fil-hdax-il post.  U jinghad li anke Novembru riedu jsemmuh ghal imperatur iehor Tiberju (42 – 37AD), imma dan modestament (u mhux karettistikament ghall-imperaturi) irrifjuta.  Sa dak iz-zmien Novembru gieli kellu 29 gurnata u anke 31 gurnata sakemm iddobba t-30 li baqa’ bihom.

Ghal xi whud (inkluz l-awtur) Novembru meditteranju huwa fost l-isbah xhur tas-sena (fil-fatt kull xahar fih is-sabih tieghu) – is-shana, il-hedla u l-ghomma tas-Sajf ikunu telqu.  Fil-fatt f’Novembru nkunu f’nofs il-Harifa bil-granet dejjem jiqsaru, bit-temperatura bil-mod niezla (f’Novembru medja ta’ 18°C) – minkejja s-Sajf ta’ San Martin – u ajrijiet mimlija shab cumulonimbus guz, xi halbiet tax-xita (medja ta’ madwar 80mm) u spiss bil-beraq, bit-tkarwit tar-raghad jew anke sajjetti fil-qrib (ara Il-Hbieb Isejhu  Sett. – Nov. 1991).  Huma cirkustanzi li partikularment igibu gost l-iktar jekk tinsab x’imkien komdu bi ktieb interessanti.  U jekk imur id-dawl elettriku tant l-ahjar – ghax id-dawl (u r-riha) ta’ lampa tal-pitrolju, joholqu iktar gost u iktar varjetà (sakemm ma jcempilx dak l-imbierek telefon – ara Il-Hbieb Isejhu Gunju 1991).

Intant, Novembru ma setax ma jolqotx l-immaginazzjoni kreattiva tal-poeti lokali u barranin.  Il-poeta Malti Carmel Attard (1943 – 94) li f’‘Xita Novembrina’ jisthajjel li qed jistednuh is-shab sewdieni, hitan tas-sejjiegh imxarrba u l-inwiezeb tar-rahal waqt li huwa jitwennes taht hajt ta’ ghorfa; u l-poeta Ghawdxi Gorg Pisani (1904 – 98) f’‘Ghodwa ta’ Novembru’ jiddeskriviha bhala wahda b’xita bla hlewwa u bekkejja u ta’ dwejjaq u li tant tfakkru f’mejtin, funerali, oqbra u cimiterji.  Meta l-Ingliz Robert Browning (1812 – 89) jsemmi:

            “Autumns wins you best by this, its mute

            Appeal to sympathy for its decay.”

Waqt li l-Iskocciz Walter Scott (1771 – 1832) jiddeskrivi:

            “November’s sky is chill and drear

            November’s leaf is red and sear.”

U iktar forsi car u tond Ingliz iehor Thomas Hood (1799 – 1845):

            ‘No warmth, no cheerfulness, no healthful ease,

            No comfortable feel in any member –

            No shade, no shine, no butterflies, no bees,

            No fruits, no flowers, no leaves, no birds –

            November!”

Donnu ghal hafna Novembru jgib dawn is-sentimenti (u Novembru ta’ pajjizi ’l fuq certament huma differenti minn dak Meditteranju).  Forsi minhabba t-temp ‘ikrah’ l-iljieli twal, is-sigar gherja, is-shab jhedded u l-kampanja ghadha niexfa qabel ma tibda thaddar sewwa.  Novembru huwa assocjat mal-mewt, fil-fatt huwa maghruf bhala ‘x-xahar tal-mejtin’ (bhallikieku l-mewt, l-iktar ghal min jahdem qribha, mhix maghna matul ix-xhur kollha kemm huma).  Intant, f’dan ix-xahar, forsi iktar minn xhur ohra, il-pubbliku jiftakar fil-mejtin u c-cimiterju.

U ghal min ma joghgbux Novembru dan ix-xahar, bhall-ohrajn, malajr jghaddi, fil-fatt xahar biss iehor u jkun il-Milied!  U gimgha ohra wara tkun sena gdida.


FORSI JINTERESSAWK

Ara kif 

L-awtur Samuel Parr kien maghruf hafna fost shabu ghall-kapacità li jikkomponi epitaffi (il-kliem li jinkiteb fuq qabar) bil-Latin.  Darba lil wiehed minn shabu qallu:

            “Jekk tmut qabli, jien niktibulek il-kliem ta’ fuq il-qabar.”

           “Tghidlix hekk!” qataghlu kliemu l-iehor.  “Ghax iggaghalni naghmel suwicidju!!”


Minn palk ghall-parlament

Xi nobbli ppruvaw jikkonvincu lill-attur David Garrick biex johrog ghall-elezzjoni tal-Parlament.  Izda Garrick li ma kienx ihobb il-pozizzjonijiet pubblici qatghalhom l-ghatx bil-perzut:

            “Nippreferi nahdem il-parti ta’ ragel kbir fuq il-palk milli ta’ iblah fil-Parlament!”


Quando non posso piu’ ….

George Bernard Shaw hu bla dubju wiehed mill-ahjar kittieba tas-seklu l-iehor.  Kien jghid li hu inkredulu ...ma jemmen b’xejn.  IZda lejn tmiem hajtu kellu dan xi jghid:

            “Emmint fix-Xjenza u hsibt li ser taghtina success u kwiet.  Tatna gwerer u inkwiet.  Illum jiddispjacini li kitbieti aktarx hajret hafna jitilfu l-fidi taghha biex jibdew jemmnu bhali.  Issa jharsu lejja u jaraw ateu mitluf ghax ma ghandux ma xiex jigranfa.”


Bejn konflitt ...jew tnejn

Kien qieghed f’Belfast ...il-belt li fiha hemm glied qalil bejn il-Kattolici u l-Protestanti.  Kellu bilfors johrog bil-lejl u kien imwerwer li jisfa vittma ta’ xi fanatiku.  U donnu qalbu hebritu ghax meta kien fi triq dizabitata hass kanna ta’ revolver taghfas ma’ dahru.

            “X’int Kattoliku jew Protestant?”

Ir-ragel twerwer.  Ma ssograx iwiegeb ghax kellu hamsin fil-mija cans li jirrispondi hazin u addio x-xemx ta’ l-ghada.  Izda dlonk gie hsieb f’mohhu u qallu b’kunfidenza:

            “Jien Lhudi, habib!”

            “Jien l-iktar Gharbi terrorista xortih tajba f’Belfast.”

Cajta imma turina car li jizbalja bi shih min joqghod jilghab mal-principji.


Aghmel sehmek

Kardinal kien marid u talab lill-Papa jibghatlu l-barka tieghu.  Il-Papa qallu:

            “Il-barka nibghathielek bil-qalb izda tinsiex tiehu wkoll il-medicina!”


Risposta f’waqtha

Harold Wilson, il-Prim Ministru Ingliz fis-sittinijiet, kien qed jaghmel meeting u xi hadd mill-udjenza biex ifixklu ghajjat:

            “Rubbish ...rubbish!”

Wilson waqaf mid-diskors li kien qed jaghmel u qal lil dan:

            “Habib ma kelli l-ebda hsieb li nitkellem fuq ir-rubbish imma jekk dan hu s-suggett favorit tieghek lest li noqghod nisimghek malli nispicca nkellem lil din l-udjenza.”


AMULETI

-         jew dak li l-bniedem holom li seta’ jehilsu mill-hazen

 

IL-PERLI

 Sbuhithom paxxiet lill-bnidem

u hasibhom wild ix-xemx

inkella l-qamar.

Min sahansitra immagina

li jiffurmaw meta sajjetta

tolqot arzella

u ghalhekk, il-perli saru

l-ghaqda ta’ bejn in-nar u l-ilma.

 

U maz-zmien hasbuha li thares

kontra l-mard mentali,

Issaffilek demmek,

tbieghdek minn mewta bikrija,

turik il-periklu,

twasslek b’sahhtek fid-destinazzjoni,

tharislek sbuhitek,

ma jista’ ghalik l-ebda annimal, ecc ecc.

 

Drawwiet antiki difficli jmutu.

 

Flok ihares lejn il-perla

u jivvintalha

xoghol li ma ghandhiex

ahjar kieku l-bniedem

 ihares lejn l-arzella

– omm il-perla -

u jitghallem minnha.

 

Kieku kien jaf li l-perli

jiffurmaw meta ftit ramel

jidhol f’arzella

u din tipprova tibni qoxra

madwaru

biex ma jdejjaqhiex!!

Din il-qoxra l-bniedem isejhilha

u japprezzaha bhala ‘perla’ - prezzjuza.

 

Kieku l-bniedem jaghmel bhalha

u fejn jara l-hazin diehel fuqu jiqaflu

u ma jhallihx idakkru

zgur li jahsad aktar frott

milli joqghod jistenna

li l-perla ser tahdem ghalih.

 

Tiskanta meta tahseb ftit

kemm tivvinta modi biex

ma thallix il-hazin idakkrek.


 

IR-RE U L-ERBA’ NISA TIEGHU

Darba kien hemm re setghan li kellu erba’ nisa.  Izda l-aktar li kien ihobb kien lir-raba’ wahda.  Kien ifissidha, ilibbisha l-ifjen harir u jitmaghha l-ahjar ikel.  Xejn ma kien jaghtiha hlief l-isbah u l-ahjar.  Anke lit-tielet mara kien ihobbha hafna.  Kien mara sabiha u tghidx kemm kien jiddandan maghha u juriha lil dinjitarji ta’ pajjizi ta’ girien!  Madanakollu kien jibza’ li xi darba ghad thallih biex tmur ma’ xi haddiehor.  Lit-tieni mara kien ihobbha hafna ukoll.  Kien jafdaha hafna u hi kellha qalbha tajba u l-pacenzja taghha lejh kienet bla limiti.  Kull meta xi problema gholliet rasha, lilha l-ewwel li kien jghid u minnha jistenna ghajnuna f’waqtiet difficli.

L-ewwel mara kienet thobbu hafna u kienet ghamlet sehemha fit-tiswir tal-gid u l-prosperità li kellu fis-saltna.  Izda r-Re ma tantx kien jaghti kasha ghad li kienet thobbu daqs dawl ghajnejha.

Izda darba faqqghet sajjetta fil-bnazzi.  Ir-Re marad u l-marda kienet gravi ...ftit gimghat ohra u r-Re jingabar ma’ niesu.  Beda jhewden fuq il-hajja lussuza li kellu u ghad li qattaghha ma’ erba’ nisa issa ser ikun wahdu.  Ghalhekk staqsa lir-raba’ mara:

            “L-aktar li kont inhobb lilek.  Zejjintek bl-ifjen hwejjeg u l-attenzjoni lejk ma qsamtha ma’ hadd.  Issa li wasalt biex immut nitolbok tigi mieghi biex izzommli kumpanija?”

            “Zgur li le!” qaltlu mfantsa filwaqt li telqet b’imnehirha mxammar bla kliem u bla sliem.  Ir-risposta u l-attitudni taghha hasshom bhal xabla b’zewgt ixfar fil-vixxri ta’ qalbu.

Ir-Re, kollu mdejjaq, dar fuq it-tielet mara u lissnilha:

            “Habbejtek hajti kollha.  Issa li ser immut, tigi mieghi biex ikolli lil xi hadd jakkompanjani?”

            “Le,” qaltlu deciza.  “Daqskemm hi sabiha l-hajja!  Meta tmut int jien nerga’ nizzewweg!”

Telghet ghoqla fi grizmejh u hassu jiksah u jistordi.

Imbaghad dar fuq it-tieni mara.  “Dejjem ghandek kont nigi f’xi waqt difficli u f’kull okkazjoni sibtek ta’ riffied ghalija.  Tigi mieghi issa la sejjer fil-vjagg ta’ bla ritorn?”

            “Jiddispjacini.  Din id-darba ma nistax nghinek,” wegbitu t-tieni siehba.  “L-iktar li nista’ naghmel hu li nigi sa fuq il-qabar tieghek!”

Ir-risposta taghha hassha tolqtu daqslikieku sajjetta.

Izda mbaghad instema’ lehen irqiq.  “Jien nigi mieghek u nibqa’ qribek tmur fejn tmur.”  Ir-Re hares ’il fuq ghal hdejn friexu u ra lill-ewwel mara tieghu.

Kienet tidher imdejqa u rqiqa ferm – qisha qed tmut bil-guh.  Ir-Re hassu jistejqer fi hsibijiet.  “Kien messni hadt hsiebek kif suppost meta kelli s-sahha naghmel hekk!” qal b’karba ta’ tnehida.

Fil-verità, ahna lkoll ghandna erba’ nisa f’hajjitna.  Ir-raba’ mara hi gisimna.  Ma ghandux x’jaqsam kemm naghtu kasu u nfissduh f’hajjitna, meta mmutu mhux ser jigi maghna.  It-tielet mara hija l-gid, il-pozizzjoni u l-proprjeta’ taghna.  Meta mmutu jispiccaw ta’ haddiehor.  It-tieni mara hija l-familjari u l-hbieb taghna.  Ma ghandux x’jaqsam kemm sibniehom qrib taghna, l-aktar li jistghu jaghmlu hu li jaslu b’xi bukkett ward sa fuq qabarna.

Izda l-ewwel mara taghna hi ruhna, bosta drabi minsija fil-girja sfrenata ghall-gid, setgha u pjaciri.  Madankollu r-ruh hi l-unika li tigi maghna, immorru fejn immorru.  Ghalhekk hu hsiebha, issa la ghadek tista’!