|
+L-Iben t'Alla sar
Bniedem
L-EDITORJAL
Kienu grupp ta’
turisti Ewropej. Kienu tat-tajjeb
u ghazlu li joqoghdu f’wahda mill-ahjar lukandi ta’ Nairobi fil-Kenja. Kellhom vaganza ta’ hmistax li matulha kellhom imorru safari biex
jaraw l-annimali fl-abitat naturali taghhom... tigri u ljuni... zebras u
hyienas... iljunfanti u leopardi. Kellha
tkun il-vaganza ta’ hajjithom.
U anke l-ikel
kien mill-aqwa. Ikel Ewropew
ghax hekk xtaqu. Ma ridux
jieklu ikel Afrikan ghax bezghu minn xi kontaminazzjoni. Izda jum minnhom wiehed qalilhom:
“Imqar ghal
darba ghandna nduqu ikla Kenjana. M’ghandniex
immutu b’ikla wahda u tkun esperjenza ghalina lkoll.”
U
qablu. Imma biex ikunu certi riedu li jitlesta platt wiehed siegha qabel
il-platti l-ohra biex jaghtuh lill-kelb li kienu gabu maghhom. Jekk ma jigrilu xejn il-kelb anqas lilhom ma jaghmel hsara.
Il-kelb laqqat
l-ikla sa l-anqas naqra u meta rawh li beda jigri u joghla, huma wkoll
kielu l-platt taghhom. Izda
tard filghaxija gie wiehed mis-sefturi u qalilhom:
“Jiddispjacini
hafna... il-kelb miet.”
Minuti wara
anke huma bdew ihossu ugiegh ta’ kull xorta. Brim u qtugh ta’ nifs. Hafna minnhom ingabru f’kamrithom jistennew
it-tmiem. Baghtu l-ahhar telegrammi...
u min kien jemmen ried iqerr.
Gew it-tobba... u staghgbu ghax ma kienx jidher li hemm food
poisoning.
“Tahom kollha
f’daqqa sinjur,” kien qed jirrakkonta l-wejter. “Ftit wara li
ghidtilhom li l-kelb li kellhom kien miet b’daqqa ta’ karozza!”
“Mela
b’daqqa ta’ karozza miet?” staqsew mibluha t-turisti li bilgri
bilgri qamu minn soddthom ghax l-ugiegh u l-brim kienu ghebu malajr daqs
kemm kienu gew.
Kemm drabi
jigrilna bhat-turisti ta’ l-istorja... inhallu l-immaginazzjoni tigri
bina... u twassalna fejn qatt ma bsarna li ser twassalna.
Pit
stops 2
Tentufiet
li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja
Kien ilu jisma’
b’Lourdes u xtaq hafna li xi darba jmur.
Imma donnu kien jonqoslu l-kuragg sakemm sema’ li l-kappillan qed
jorganizza tours lejn din il-belt Marjana. Ghamel kuragg, inkiteb u
hallas. Kellu kollox lest.
Imma meta wasal l-ajruport
u l-ajruplan ittardja xi saghtejn jew tlieta, kien kwazi dalam meta
ghajtilhom abbord. Salvu dar
lejn il-kappillan:
“Ser nitilqu fid-dlam?”
“Daz-zgur.
Ghaliex?”
“Fid-dlam ma nigix
maghkom.”
“Ma tigix issa!! Ghandna
kollox lest u mhallas!!”
“Fid-dlam ma nigix. Dak kif ser ikun jaf fejn
sejrin! Ihabbatna x’imkien!”
U minkejja dak kollu li
qallu l-kappillan Salvu telaq lura lejn id-dar, perswaz li mhux ser
jarahom iktar lil shabu. Meta
gew lura ddispjacih... imma kien tard wisq.
Kultant l-imgiba taghna
mal-Mulej tixbah lil dik ta’ Salvu mal-pilota.
Ma nafdawhx. Ninsew li
hu Missierna.
Ragel kien tiela’ l-muntanja
meta ltaqa’ ma’ l-gharef tad-dezert.
“Kont tiela’ l-muntanja
ghax nemmen li hemm fuq inkun eqreb lejn il-Mulej.”
“Isma’ minni inzel
isfel… iltaqa’ mal-bnedmin u fejn tara l-htiega, ghinhom. Ibqa’ cert li tkun hafna eqreb lejn Alla milli jekk titla’
hemm fuq!”
Dr Spence tela’ fuq
il-pulptu tal-knisja tieghu (kien pastor Protestant) u ntebah li ma kellux
ghajr tuzzana parruccani. Staqsa
x’kien gara u xi hadd qallu:
“Hafna marru jisimghu
l-predikatur il-gdid li gie fil-knisja tal-qrib ghax mistaghgbin kemm
jitkellem tajjeb.”
“Mela mmorru ahna
wkoll!”
U telaq mal-parruccani
jisimghu l-predikatur l-gdid.
Min ihobb lil Alla ma
jafx jghir.
Fil-gholi biex jidhru
Fuq it-tliet bibien
tal-Katidral ta’ Milan hemm tliet sentenzi qosra:
Fuq dak
tal-lemin:
“Dak li joghgob jiehu biss mument.”
Fuq dak
tax-xellug:
“Dak li jnikket jiehu biss mument.”
Fuq
tan-nofs:
“Dak li hu etern biss hu importanti.”
Warrbu minn nofskom
kull imrar,
sahna ghadab, ghajjat,
taghjir
u kull hazen.
Kunu twajbin ma’ xulxin,
hennu ghal xulxin u
ahfru lil xulxin,
bhalma Alla wkoll
hafrilkom fi Kristu.
SAN PAWL (Efesin 4,
31-32)
DR
CORONATO GRECH M.D. jiktbilna dwar ix-xahar li ninsabu fih:
NOVEMBRU
Forsi ghal xi whud, ix-xahar
ta’ Novembru ma tantx huwa attraenti – granet dejjem jiqsaru; temp
aktarx imsahhab u xitwi; sigar minghajr weraq; vizti ghac-cimiterju; ebda
festa parrokkjali (fin-Nadur ghandna l-festa sekondarja ta’ San Koronatu
fit-tieni Hadd tax-xahar). Madanakollu
Novembru (mil-Latin ‘nove’ ghal disgha ghax kien id-disa’ xahar
fil-Kalendarju Rumana) huwa parti mic-ciklu ta’ xhur matul is-sena u
biex jigu s-sbieh l-ohra jrid jghaddi dan ukoll.
Barra minn hekk dan ix-xahar fih is-sabih tieghu.
Ghal min huwa dilettant
ta’ l-astronomija, Novembru huwa fost l-aqwa xhur. Fis-sema mudlam; bla qamar, boghod mid-dwal u wara xi bexxa
xita jidhru fost l-isbah kostellazzjonijiet – Orion, bin-nebula
interessanti u bil-kewkba b’isem Gharbi/Malti – Rigel (sieq); Taurus,
bil-Plaeiades, grupp ta’ kwiekeb tant prominenti li huma msemmija
fil-Bibbja Gob 38, 31 u fil-kitba ta’ Seneca u Milton fost l-ohrajn;
Andromeda, bil-galassija li f’distanza ta’ 2.2 miljun light years hija
l-iktar oggett imbieghed li jidher bl-ghajnejn biss; Perseus, bil-kewkba
interessanti Algol; Gemini bil-kwiekeb taghha Castor u Pollux imsemmija
wkoll fil-Bibbja Atti 28, 11; u t-Triq ta’ Sant’Anna li tghaddi
sserrep bajdanija bejniethom. F’Novembru
wkoll hemm zewg bexxiet ta’ kwiekeb feggejja fit-8 u t-18 tax-xahar
ghalkemm dawn id-dati huma varjabbli. Illum forsi l-ahjar li jistghu jaraw dawn il-fenomeni huma s-sajjieda
’l barra fuq il-bahar.
F’Novembru l-kampanja
Ghawdxija, wara dik in-nixfa monotona u kannella tas-Sajf, tkun digà
thaddar sew; u anke twarrad bl-abjad tal-gargir u l-isfar tal-lellux.
Fost il-frott lokali jispikka r-rummien, gheneb tal-kannizzata,
bajtar tax-xewk u bettieh, filwaqt li fost il-haxix tal-borma nsibu
pastard, kabocci, qargha baghli u gidra.
Dawn iktar ikunu sbieh u mmerqa jekk tkun ghamlet xita bikrija:
‘Xita f’Settembru merq tajjeb f’Novembru’.
U dari iktar mil-lum kien ikun haw qtigh u l-ghasir taz-zebbug:
‘F’Novembru jaqtghu, ikissru u jzamblu’.
Forsi ghax in-natura
hija pjuttost mudlama u dezolata, Novembru huwa assocjat ma’ dwejjaq u
mewt, l-iktar f’pajjizi tan-Nord fejn jaraw inqas xemx.
Ta’ min ifakkar li f’pajjizi tan-naha ta’ isfel tad-dinja,
f’Novembru jkunu f’nofs ir-Rebbiegha. Ghall-Iskocciz Walter Scott
(1771 – 1832):
‘November Sky is
chill and drear
November’s leaf is
red and sear’.
waqt li ghall-Ingliz
Robert Browning (1812-89):
‘Autumn wins you best
by this; its mute
Appeal to sympathy for
its decay’.
Il-poeta Ghawdxi Gorg
Pisani (1909-99) fil-poezija ‘Ghodwa ta’ Novembru’ jisthajlu wara l-hgieg
ta’ tieqa ckejkna jara x-xita niezla b’hoss bla hlewwa u bekkej, bhal
dak ta’ funeral ghaddej, li ggiblu hsibijiet ta’ dwejjaq ghax ma jara
ebda hdura ta’ xi werqa jew rimja.
U jkompli jisthajjel jara nies qishom mejtin jigru lejn l-oqbra u
cimiterju d-dinja.
Forsi iktar minn xhur
ohra Novembru jgibna wicc imb’wicc mal-misteru tal-mewt u l-ezistenza.
U ghalkemm forsi ma tantx huma hsibijiet sbieh imma huma parti
mill-kundizzjoni umana li hekk jew hekk issa ninsabu fiha.
Intant, anki Novembru
malajr jghaddi. Tliet gimghat
ohra u l-gurnata terga’ tibda bil-mod il-mod titwal ...u jerga’
jkompli c-ciklu tax-xhur u staguni.
Forsi
Jinteressawk
Kemm jiswew
il-qaddisin!
It-Taljani jirrakkontaw
storja ta’ referee li zmien ilu kien jirrefja l-loghbiet fl-ewwel
divizjoni u darba kien ta penalty li ma kienx u qala’ hafna nkwiet bejn
il-partitarji tal-Juventus u ta’ l-Inter f’San Siro.
L-Inter kienu rebhu 1–0.
Meta deher quddiem bieb
il-Genna, l-imsejken referee kien imwerwer ghax ftakar f’dik il-loghba
meta halla s-sentiment li hu dejjem hass favur l-Inter jikkondizzjonah.
Quddiemu dlonk lemah ragel xwejjah bil-lehja li hu mill-ewwel basar
li hu San Pietru.
“Ahfirli San Pietru...
naf li nqast imma jien dejjem zammejt ma’ l-Inter meta kont zghir u
kieku l-Inter ma rebhux kienu jitilfu l-kampjonat.”
“Tinkwetax fuq hekk
habib… u tghidlux lil San Pietru ghax jien fil-fatt m’iniex San
Pietru.”
“Mela min int?”
“Jien San Siro!”
Tajjeb li meta ahna
nidhru quddiem il-bieb is-sabih ikollna xi habib li nkunu hloqna
relazzjoni mieghu permezz tat-talb matul z-zmien ta’ hawn.
L-ghira toqtol
L-atleta Grieg
Theogenes ghamlulu statwa f’giehu.
Atleta iehor tant gher ghalih li mar biex ikissirha imma meta
ttenta iwaqqaghha giet fuqu u ghaffgitu.
Dan inqatel
bl-istatwa. L-ghajjur hafna drabi jinqatel fl-intern.
Anke fil-mewt issib min…
Ragel ftakar
fil-birthday tal-mara u ordna bukkett fjuri minghand habib tieghu armat
ghal dan ix-xoghol. Dik
il-lejla ghadda ghal fjuri u sab bukkett tassew sabih jistennieh.
Hallas u telaq ferhan lejn id-dar.
Il-mara tghidx kemm tbissmet meta ratu diehel bil-fjuri imma
t-tbissim tbiddel f’ghajjat meta qrat il-messagg: ‘Ghaziza tieghi,
strieh fis-sliem.’
Ir-ragel indiehex u dak
il-hin stess cempel lil tal-fjuri biex ilumu ghall-izball izda dan
tnieghed u qal:
“X’ghamilt,
x’ghamilt! Lilek bghattlek
‘Ghaziza tieghi, strieh fis-sliem’ u lil min gie biex jiehu bukkett
ghal martu mietet wahhaltlu t-tikketta ‘Nifrahlek – ferhan bik illum u
dejjem!”
Ghal min jemmen
Meta kien qed imut
is-sultan Dwardu ta’ l-Ingilterra, kien hemm hafna familjari u
korteggjani jibku. Is-sultan
deher lejhom u bit-tbissima – ghad li kien fuq is-sodda tal-mewt –
qalilhom:
“Tibkux...
ser
inhalli art il-mejtin biex immur f’art il-hajjin.”
Ghal min jemmen
il-hajja vera tibda wara l-mewt.
FIL-HAJJA
tmur f’postijiet li jiddispjacik li mort
fihom.
tiltaqa’ ma’ nies li jiddispjacik li ltqajt
maghhom.
tghid kliem li jiddispjacik li tkun ghidtu.
IZDA ma taghmel QATT
karita li jiddispjacik li tkun ghamiltha!
Ahbarijiet
ta’ interess
IZZEWGU
Frank Theuma ta’ Triq
San Gakbu lil Valerie Blow (Rahal Gdid).
Filwaqt li nawgurawlhom
futur sabih flimkien infakkruhom fit-talb.
Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.
IL-LAQGHA TA’ OTTUBRU
Kellemna Dun Michael
Galea li ghadu gej minn snin l-Amerika minn fejn irnexxielu jigradwa
b’Dottorat fil-Counselling. Qalilna
li fis-snin li dam hemm, l-Amerika ghaddiet minn zewg esperjenzi kbar li
hezzu l-fundamenti tal-pajjiz. L-ewwel
wiehed kien l-attentati tal-11 ta’ Settembru fejn donnhom irnexxielhom
jifqghu l-buzzieqa tal-holma Amerikana.
Dak li kien jittiehed for granted beda jfisser hafna u hareg
bic-car kemm hi socjetà vulnerabbli.
L-esperjenza l-ohra kienet ta’ l-abbuz sesswali fuq it-tfal minn
membri tal-Kleru. Ghamel
accenn fuq din ta’ l-ahhar peress li fl-ahhar jiem issemmew, fuq
stazzjon televiziv, xi abbuzi li saru f’pajjizna stess.
Stejjer bhal dawn ghal bidu jixxukkjaw izda rridu nzommu f’mohhna
li studju Amerikan sab li madwar 1% biss tal-Kleru Amerikan abbuza u mhux
l-istampa li tat il-media u li poggiet lil kulhadd f’keffa wahda.
L-istess persentagg hu kostanti f’setturi ohra tas-socjetà.
Dan ma jfissirx li min ghamel hazin ma haqqux kastig.
Kulhadd ghandu jkun responsabbli ta’ dak li wettaq u l-Qrati huma
l-post ideali fejn tista’ ssir gustizzja.
Minn naha l-ohra z-zghar ghandhom jinghataw kull opportunità li
fejn gew abbuzati jikxfu lill-aggressur anke jekk ikun xi hadd li jigi
minnhom. Izda rridu noqoghdu
attenti hafna minn dawk li joholqu xnighat foloz bi hsieb ahhari ta’
gwadann finanzjarju. Mhux
facli li tnaddaf isem li intortament gie mhammeg u ghalhekk importanti li
nkunu nafu x’qed nghidu.
Hajr lil Robert Borg
– barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li qassamna wara
l-laqgha. Tellajna kartiera
(hajr lil Raymond Muscat) u kuruna li messew bix-xorti li Stefan Sultana
ta’ Triq Guzè Ellul Mercer. Wara
l-laqgha sar tournament tal-football u hadna pjacir bin-numru ta’
zghazagh li ppartecipaw.
IL-LAQGHA
TA’ NOVEMBRU
Ser issir nhar is-Sibt 1 ta’ Novembru fis-7.15p.m. wara l-ahhar quddiesa
fil-parrocca. Habib, dan
il-fuljett hu stedina ghalik biex tattendi.
Ibqa’ cert li xi haga interessanti tiehu mieghek.
Ghalhekk ejja int u heggeg lil shabek jigu wkoll.
Sat-8.00p.m. inkunu lesti.
Wara l-laqgha ser naghmlu Knock Out fil-gamesroom: billiards, table
soccer u table tennis. Ir-rebbieha
jinghataw tifkira sabiha. Mela
nistennewkom!
SNAPSHOPTS
Stejjer
u fatti mill-hajja biex tahseb ftit fuqhom
It-tielet
att tal-play ‘Our Town’
jibda
bin-narratur jimxi fic-cimiterju tar-rahal,
Grover’s
Corner, New Hampshire.
F’hin
minnhom jieqaf u lill-udjenza jghidilha:
‘Hafna
nkwiet indifen hawnhekk.’
Imbaghad
jieqaf ftit u jghid:
‘Ahna
lkoll nafu li xi haga hija eterna.
Mhux
id-djar, inkella d-dinja …
u
anqas il-kwiekeb …
Kulhadd
jaf xi haga li ghandha
x’taqsam
mal-bnedmin fih innifsu.
Qeghdin
jistennew xi haga li ghad trid tigi!
Xi
haga li hi kbira u importanti.
Qeghdin
jistennew li l-parti eterna taghhom
tohrog
fil-berah u taghtihom serhan!’
Matul
dan ix-xahar ta’ Novembru
bosta
mmorru naghtu r-rispett taghna
lill-familjari
u konoxxenti li hallewna.
Sinjal
li lkoll nemmnu li wara din il-hajja
hemm
hajja ohra.
Izda
x’hin toqghod tqis,
kemm
qeghdin nghixu b’mod
li
nuru l-fidi taghna f’din il-hajja?
Kemm
qed naghzlu li ninvestu
f’dak
li hemm lil hinn mill-qabar?
Jew
ghaddejjin hajja bhallikieku qatt ma ser immutu?
Jiddependi
minna x’ser insibu.
Jaqbel
li nahsbu llum qabel ghada.
X’ghandek
bzonn biex tghix ahjar il-hajja ta’ kuljum
Oggetti:
Toothpick, Lastkuwa, Stikka, Lapes,
Gomma, Chewing Gum, Tea Bag
Toothpick – biex tfakkrek li ghandek tigbor il-kwalitajiet
is-sbieh ta’ dawk ta’ madwarek – Matt 7:1
Lastkuwa – biex tfakkrek li ghandek tkun flessibli.
L-affarijiet mhux dejjem jiguk kif tkun tixtieq, izda ibqa’ cert
li kollox jigri ghall-gid tieghek... anke jekk ma tifhmux mill-ewwel —
Rumani 8:28
Stikka – biex tfakkrek li ghandek tfejjaq il-wegghat, kemm fizici
kif ukoll emozzjonali, tieghek u ta’ dawk ta’ madwarek — Kol 3:
12-14
Lapes – biex ifakkrek li kuljum ghandek izzomm lista tal-barkiet
li tircievi — Efesin 1:3
Gomma – biex tfakkrek li kulhadd jizbalja, u b’daqshekk ma jkun
gara xejn — Gen 50: 15-21
Chewing Gum – biex tfakkrek li ghandek tehel mat-tajjeb li tkun
qed taghmel u kollox ittemm b’wicc il-gid meta tkun fuq in-naha ta’
Gesù — Filippin 4:13
Tea Bag – biex tfakkrek li kuljum ghandek issib hin ta’
mistrieh u tkun grat tal-barkiet li qed jibghatlek Alla l-Missier — 1
Tess 5:18
IL-LEHHA
FIL-GHAJN
Kienet lejla ta’
kesha fina, fin-naha ta’ fuq ta’ Virginia, l-Amerika, hafna u hafna
snin ilu. Ix-xwejjah kien qed
jistenna lil xi hadd biex jiehdu n-naha l-ohra tax-xmara iffrizata. Fid-daqna tieghu kienu
ga qed jiffurmaw kristalli zghar bil-kesha. L-istennija dehret twila
wisq. Kien qed iterter bil-bard u gismu beda jitlef kull sensazzjoni
bit-tramuntana kiesha li kienet qed tonfoh.
Sema’ l-hoss ta’
ziemel jersaq. Qaghad jifli
l-irgiel biz-zwiemel taghhom li kienu qed iduru mal-kisra. Halla lill-ewwel wiehed jghaddi bla ma ghamillu sinjal.
Imbaghad iehor u warajh iehor. Hekk kif ir-rikkieb ahhari kien qed qorob lejn il-post fejn kien
minsub ir-ragel dan gibed l-attenzjoni tieghu, “Sinjur, taghmilli pjacir
u twassalni san-naha l-ohra? M’iniex
nara passagg fejn nista’ nimxiha!”
Filwaqt li waqqaf
iz-ziemel, ir-ragel wiegbu: “Ma tafx. Itla’!” Izda x-xih
kien ga beda jibbies. Ir-ragel
kellu jinzel biex jghinu jitla’. Wahdu
ma kienx jirnexxilu zgur. Mhux
biss wasslu san-naha l-ohra tax-xmara izda hadu sad-destinazzjoni tieghu,
ftit mili aktar ’il gewwa. Hekk
kif qorbu lejn id-dwejra tax-xwejjah, ir-ragel kollu kurjuz staqsieh:
“Sieheb, innotajt li hallejt rikkieba ohra jghaddu minghajr ma tlabthom
pjacir. Izda malli ersaqt
jien lejk mill-ewwel ghamiltli sinjal.
Jien kont l-ahhar wiehed. Ma giekx f’mohhok li jien stajt ma
accettajtekx?”
Ix-xwejjah nizel
bil-mod minn fuq iz-ziemel, hares fiss f’ghajnejn ir-ragel, u wiegeb:
“Ilni bosta ghexieren ta’ snin hawnhekk. Nahseb li lin-nies naghrafhom sew!” U
kompla, “Harist f’ghajnejn l-irgiel l-ohra u ntbaht li ma
jimpurtahomx minni. Kien ikun
hela ta’ hin nitkarbilhom. Izda
f’ghajnejk ilmaht il-hniena u l-imhabba.
Fik rajt dispozizzjoni li tghinni fil-hin tal-bzonn.”
Ir-ragel ma sabx
x’jghidlu hlief: “Grazzi tal-kummenti sbieh tieghek.
Jalla qatt ma nkun tant imhabbat li ma naghrafx il-bzonn ta’ huti
l-bnedmin.”
Ma’
dan il-kliem, Thomas Jefferson, gibed ir-riedni taz-ziemel u qabad triqtu
lura lejn il-White House.
|