+L-Iben t'Alla sar Bniedem - Novembru 2005 | Numru 471

L-EDITORJAL  

Paul kien student ghaqli imma kemm kien ilu l-università beda jsibha difficli jghix ir-religjon tieghu. Kienu jidhku bih jarawh irodd salib ghax kulhadd kien jilghabha li ma jemminx. U dan in-nuqqas ta' twemmin mess ukoll lilu. Hu wkoll beda jiddubita. Hass li ghandu bzonn l-ghajnuna.

Sab okkazjoni u mar fejn ir-ragel ta' Alla li kien jghix f'tarf ir-rahal. Dan laqghu u sema' x'kellu jghidlu Paul. Imbaghad talbu biex jibqa' ftit mieghu sakemm jidlam sew. Meta dalam qabad id iz-zaghzugh u hadu mieghu fuq gholja li kienet fil-qrib. Peress li kienet lejla sajfija r-ragel hajjar lil Paul ihares 'il fuq u dlonk ra eluf ta' kwiekeb idawlu s-sema ta' fuqhom. Imbaghad qallu:

"Issa mur sal-belt u hares 'il fuq. U tintebah li dawn il-kwiekeb ma ghadhomx jidhru. Id-dawl tat-toroq jghatti d-dawl ta' dawn l-imsiebah smewwija. Int qed tghaddi minn din l-esperjenza. L-ambjent ta' madwarek qed inissik il-Hallieq. Qabel kont tarah madwarek, issa ma tilmhu mkien. Imma tarah mill-gdid jekk kapaci ssib ftit hin u toqghod ghall-kwiet… tinqata' ghalik f'xi post fejn thossok wahdek mal-Hallieq. Hekk terga' tikseb dinek u l-fidi li kellek qabel."

Paul mar lura u kkonferma dak li qallu r-ragel ta' Alla. Hares 'il fuq imma ma lemahx kwiekeb. Kienu qishom tfew dawlhom. U f'qalbu ta ragun lir-ragel ta' Alla.

Jien u int ukoll nehtiegu kultant li nieqfu ftit mill-grirja tal-hajja biex nitkellmu ma' Dak li rari tisimghu fl-istorbju tal-hajja mghaggla tal-lum.


ESPERJENZI LI JISTGHU JSERVU TA' LEHHA DAWL GHAL MATUL IT-TRIQ

Sefa wahdu
ragel ta' sittin u iktar
ghax martu kienet mietet.
Kellu biss iben
izda d-destin firidhom
ghax waqt li hu kien California
ibnu kien jahdem boghod
fil-belt li ma torqod qatt...
New York City.

Icemplu lil xulxin
izda qajla jiltaqghu
u ghaddew ix-xhur… is-snin
icemplu iva… jiltaqghu qatt.

U darba x-xih imbikki
cempel lil ibnu
"Ghidli ibni, car u bla tlaqliq -
bi hsiebek tigi ghall-funeral tieghi?"
"Ejja nitkellmu fuq xi haga ohra pa, nitolbok!" qallu ibnu.

Ix-xih baqa' jinsisti.
"Ghidli nitolbok – bi hsiebek tigi ghall-funeral tieghi?"
"Ma tafx li nigi pa, ghandek xi dubju?"
"Anke jekk ikollok hafna xoghol u impennji?"
"Ninsa kollox… kollox inwarrab
u nigi naghtik l-ahhar tislima
ghax bhalek ma kelli l-hadd u anqas ikolli."
Ix-xih instema' jitnihed,
"Jekk inhu hekk ibni, ejja llum.

U mbaghad ftit jimpurtani jekk tigix fil-funeral tieghi
ghax issa nista' narak, nista' nisimghek
u nixtieq ferm li nerga' nhaddnek
bhal meta kont ckejken tarbija f'hogri
tigri ghal fuqi
biex nghollik fuq spallti."

Kellu bukkett sabih… fjuri jitbissmu.
Kien sejjer bih fuq qabar martu.
Kif kien fix-xarabank
lemah tfajla rzina
li ma qalghetx ghajnejha
minn fuq il-fjuri.

Qara f'ghajnejha xewqitha
u meta wasal biex jinzel
hdejn ic-cimiterju
pogga l-fjuri f'hogor it-tfajla u qalilha b'ghagla
"Ghalik ghax naf  li thobbhom."
U nizel bilgri
bla ma halla hin biex issaqsih x'jismu...
biex tghidlu grazzi.
U ghalkemm dakinhar qabar martu baqa' vojt bla fjuri
semaghha tghidlu prosit
ghax f'dak il-jum il-ward
kienu ferrhu qalb li kienet ghadha ghatxana
ghal ftit turija ta' mhabba.

'Ir-rispett fil-hajja,'
kienu jghidu l-antiki
ghax il-biki u t-tnehid ta' wara
ftit li xejn jistghu jfejqu
qlub li gew feruti.


DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu dwar ...

IZ-ZMIEN

Meta particelli subatomici jaghmlu interazzjoni ma' xulxin, dawn jistghu jaghmluhom lejn naha jew ohra minghajr ebda distinzjoni. X'direzzjoni jiehu z-zmien bil-bini tal-kumplessità mill-mikroskopiku ghal makroskopiku ghadha xi haga misterjuza.

Hi x'inhi din id-direzzjoni taz-zmien tidher mill-fatt li t-tendenza ta' l-affarijiet ta' madwarna, inkluzi ahna, hija ghal dizordni – hajt jaqa', magni jieqfu, il-gisem jixjieh – u jrid ikun influss ta' energija li jzomm sistema fi stat ikkumplikat. Ix-xjentisti juzaw, b'hafna matematika, il-kuncett ta' l-entropija, li huwa l-ammont ta' dizordni. Issa f'sistema maghluqa l-entropija maz-zmien dejjem tizdied. Id-dinja mhix sistema maghluqa ghax iggib l-energija mix-xemx, imma l-univers huwa. Li jfisser li l-ammont ta' energija utli qed tonqos ghax titbiddel (l-energija ma tistax tispicca) f'dik inqas utli – shana. Din hija l-hekk imsejha il-heat death ta' l-univers. Finalment meta l-kwiekeb kollha jintfew li jifdal huwa univers mudlam u kiesah hafna u li kif rajna, jew jibqa' dejjem hekk jew forsi jerga' jikkollassa u forsi anke jibda xi univers iehor anke univers totalment differenti. Imma tantx titlef irqad fuq dan ix-xenarju li huwa ferm u ferm fil-futur remot.

Din id-direzzjoni unilaterali taz-zmien, l-hekk imsejha 'vlegga taz-zmien' tidher li hija assoluta. Sa fejn nafu ma hemmx metodu kif tmur lura gol-passat. Ta' l-inqas mhux possibli l-paradoss ta' x'jigri jekk tmur lura fil-passat u toqtol lil xi antenati!

Min-naha l-ohra ahna dejjem naraw il-passat. Dan ghaliex id-dawl li bih naraw jiehu ammont ta' zmien biex jasal f'ghajnejna. Fil-hajja ta' kuljum dan mhux importanti. Per ezempju din il-pagna li int qed taqra qed taraha frazzjoni zghira immens ta' sekonda1 mill-prezent imma jekk thares lejn il-qamar qed tarah kif kien ftit iktar minn sekonda ilu, ix-xemx kif kienet tmien minuti ilu, il-kwiekeb kollha kif kienu snin ilu, waqt li l-galassiji kif kienu miljuni ta' snin ilu.

Ivvjagar fil-futur huwa sa certu punt possibli. Dan johrog mit-tielet skoperta kbira fix-xjenza fuq iz-zmien, dik li huwa relattiv.

L-idea li z-zmien u l-ispazju huma relattivi, fis-sens li kull punt ta' referenza ghandu z-zmien u l-ispazju tieghu, kien hareg biha Albert Einstein (1879 – 1955) madwar mitt sena ilu. Minn hemm hareg ukoll, b'hafna matematika ikkumplikata, li z-zmien u l-ispazju tant huma marbutin ma' xulxin li ma jistax ikun hemm wiehed u mhux l-iehor. Fi kliem iehor mat-tliet dimensjonijiet ta' l-ispazju jrid ikun hemm bilfors dak taz-zmien.

Issa z-zmien u l-ispazju ma jibqghux dawk familjari, almenu f'cirkustanzi mhux tas-soltu. Jekk arlogg huwa miexi relattivament ghal ma' iehor, dak miexi jimmarka hin inqas. Bil-velocitajiet tal-hajja ta' kuljum l-effett huwa negligibbli (ghalkemm gie vverifikat fuq titjiriet supersonici) imma b'velocità ta' 261,000km fis-sekonda, ghal kull sekonda ta' l-arlogg miexi, l-arlogg stazzjonarju jimmarka zewg sekondi, waqt li bil-veolicità tad-dawl 3,000,000km fis-sekonda z-zmien jieqaf ghal kollox. Id-dawl innifsu jivjagga l-univers minghajr ma jghaddi zmien fuqu! Imma d-dawl mhux materja. Il-materja qatt ma tista' tilhaq il-velocità tad-dawl (li hija l-ikbar velocità possibli) ghax biex taghmel hekk trid tickien infinitament u titqal infinitament li huma zewg impossibiltajiet.

Però suppost, u hawn gej l-ivjaggar fil-futur, li astronawta jitlaq mid-dinja fuq vettura li kapaci ttella' velocità qrib tad-dawl u dan imur jaghmel dawra ta' gimaghtejn. Meta jerga' lura dan isib li minn fuq id-dinja ghaddew sekli shah. L-astronawta jkun qisu vvjagga fil-futur. Dawk l-astronawti li fil-futur remot ghad forsi jaghmlu dawn it-tip ta' vjaggi jridu jsellu darba ghal dejjem id-dinja li jafu ghax meta jirritornaw isibu dinja futura ferm differenti!

U b'dawn il-hsibijiet kollha fuq iz-zmien u l-ispazju lanqas indunajt li donnu sar daqshekk hin. Taf x'hin hu?

1 L-izghar bicca ta' hin li ghandha isem hija 'attosekonda' u hija wiehed minn biljun ta' wiehed minn biljun ta' sekonda! Il-movimenti subatomici jiehdu ftit attosekondi. Ma jidhirx li z-zmien, ghal kuntrarju tal-materja u energija, ghandu xi l-izghar parti li ma tistax tickien aktar.


FORSI JINTERESSAWK

Epitaffa

Fuq il-qabar ta' Charles Gordon f'Londra hemm il-kliem:

'Ta sahhtu lid-dghajfa, gidu lill-foqra, widnejh lill-imnikkta u qalbu lil Alla.'

X'seta' jinkiteb isbah minn hekk?


Taht kurcifiss

Victor Hugo hu maghruf mad-dinja bhala wiehed mill-ahjar kittieba Francizi ta' kull zmien. Taht kurcifiss li kellu f'daru kiteb dan il-kliem:

'Intom li bhalissa qed tibku ftakru li jien bkejt ukoll... Ejjew ghandi – nikkonslakom.

Intom li qed issofru ftakru li jien sofrejt ukoll... Ejjew ghandi – nifhimkom.

Intom li qed tibzghu ftakru li jien ukoll ghaddejt minn mumenti ta' biza'…Ejjew ghandi – inwenniskom.

Intom li se tmutu ftakru li jien ghaddejt minn mewt harxa wkoll…  Ejjew ghandi – jien nghix ghal dejjem.'


Waqt funeral ta' miljunarju deher zaghzugh jibki.

"X'tigi minnu habib?" staqsa ragel li kien qrib.

"Ma nigix minnu."

"Mela ghala qed tibki?"

"Nibki lili nnifsi. Kieku kont nigi minnu sinjur ghal ghomri."


Kwistjoni ta' fidi

Xi hadd mar fejn Dun Gorg u qallu:

"Dun Gorg, xi kultant jigini dubju jekk Alla jezistix jew le."

U Dun Gorg wiegbu:

"Habib, jekk thalli xemgha mitfija f'kamra li fiha ma dahal hadd tiskanta tassew jekk l-ghada ssibha tixghel. Ghax wehidha ma tixghelx. Allura min xeghel ix-xemgha l-kbira li kuljum naraw fi smewwiet? Wehidha ma kinitx tixghel."


Provi

Il-politikant Ingliz Charles Fox darba staqsa lil siehbu George Selwyn jekk marx ghall-ezekuzzjoni tal-brigand li bhalu kien jismu Charles Fox.

"Le," wiegbu. "Lili jdejquni r-rehearsals!"


Epitaffa ohra

Fuq qabar ta' xi hadd hemm miktub:

"Kont naf li ser nghaddi minn dan il-pass imma hasadni ghax gie meta ma kontx nistennieh."

Jalla nghixu b'tali mod li meta jigi lilna, anke jekk jahsadna, jsibna lesti ghalih.


U fuq certifikat tal-mewt…

It-tabib kien mghaggel u meta mela c-certifikat tal-mewt nizzel ismu hdejn il-kliem: 'Kawza tal-mewt.'


AHBARIJIET TA' INTERESS

IZZEWGU

Sharon Magro ta' Triq Dun Anton Tabone lil Fulvio Avola (Augusta, Sqallija);
Michael Camilleri ta' Triq Hida lil Karen Grima ta' Triq Grunju;
Godwin Attard ta' Triq l-Isqof Buttigieg lil Simone Schembri (Victoria).

Filwaqt li nawgurawlhom futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb. Il-familja li titlob flimkien, tibqa' flimkien.


IL-LAQGHA TA' OTTUBRU

Kellemna Peter Paul Portelli li jahdem bhala social worker u ahna nafuh attiv hafna fl-ghaqdiet tan-Nadur. Zewwaq il-lezzjoni interessanti tieghu fuq sensiela ta' pariri ibbazati fuq esperjenzi ricenti. L-attenzjoni ta' dawk prezenti uriet kemm hadu interess u gost bil-laqgha. Meta nkunu zghar nahsbu li l-flus huma c-cavetta tal-kuntentizza. Imma l-hajja turik li l-altruwizmu jimlielek qalbek u mhux il-gid. Tammirah dak il-missjunarju li halla lil pajjizu biex jaqdni n-nies tan-naha l-ohra tad-dinja. Jistmahom daqslikieku hutu u sahansitra jissogra hajtu biex ipoggi tbissima fuq fommhom. Anke ahna minn rahalna nistghu naghmlu xi haga simili. Meta zzur lil xi hadd anzjan jew marid mhux biss turih li mhux minsi izda int stess thoss sodisfazzjoni li ghamilt xi haga ta' gid. Importanti li f'hajjitna jkollna f'min nafdaw u nifthu qalbna. Hafna problemi nkabbruhom meta nhalluhom go fina u ma nafdaw f'hadd. Sewwa li nitolbu parir u meta nhossuna fi problemi nfittxu l-ghajnuna minghand min ghandu l-esperjenza u jista' jerga' jurina d-dawl. Inkunu qed insalvaw hajjitna. U temm il-lezzjoni interessanti tieghu billi fakkar liz-zghazagh prezenti biex iharsu lejn it-tfaljliet bhala persuni umani bhalhom u mhux bhala oggetti ta' uzu. Irridu nkunu responsabbli ta' l-ghemejjel taghna.

Wara l-laqgha tellajna r-raba' volum ta' Il-Hbieb Isejhu bl-Istejjer li l-qasam taghna ghadu kemm ippubblika li mess bix-xorti lil Lino Curmi ta' Triq il-Knisja. Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.


STEDINA

Ghal-laqgha tal-guvintur nhar is-Sibt 5 ta' Novembru fis-7.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca.

Ser jaghmlilna lezzjoni Dun Michael Said.  Ma ndumux – nofs siegha kollox – izda tiehu taghlim li jiswielek.

Mela habib tinsiex tigi… u gib lil shabek ukoll biex tisimghu messagg ta' gid.


Min ghax kiber ma jridx jitghallem

Jixbah lil min jinza' z-zarbun

Ghax ser jimxi fuq ix-xewk.


EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA

[Ix-xitan] hadu [lil Gesù] fil-gholi u wrieh is-saltniet kollha tad-dinja ...u qallu: Naghtik din is-setgha kollha u l-kobor taghhom …" Wiegeb Gesù: "Hu miktub: 'Il-Mulej, Alla tieghek, ghandek tqim u lilu wahdu taqdi'." {Lq 4:5-8}

Joan Mills qatt ma saret taf lil missierha.
Miet meta kienet ghadha zghira.
Kellha biss kaxxa ta' affarijiet tieghu ...imwarrba fuq raff.
Darba hassitha li kellha tiftahha.
Kien hemm id-djarju tieghu.
Ta' sbatax telaq mid-dar.
Mar l-Università ta' Boston.
Sa nofs ix-xitwa kien qatta' l-uniku par zarbun li kellu.
Kien jixrob l-ilma biex jifga l-guh.
Kien jixtri l-kotba flok hwejjeg u ikel.
Meta skopra l-benna tal-poeti temm il-pagna:
'Illum ma kiltx.'

Kemm jien lest li ncahhad lil gismi
biex igawdi l-ispirtu tieghi -
u ntemm il-pjan ta' Alla ghalija?

Il-gisem hu trab;
ir-ruh hija l-blanzun ta' l-eternita.

Nathaniel Culverwel


Rev Dr Michael Galea jaghtina r-raba' artiklu minn sensiela ta' psikologija applikata:

4. L-Arti tat-Tbatija.

Int min int, xi darba jew ohra, f'gismek, f'mohhok jew f'ruhek, ghad tbati. Hi parti integrali tal-fatt li ahna lkoll persuni umani. Ghalhekk, ta' min jirrifletti ftit dwar kif tista' tiffaccjaha u twiegeb ghat-tbatija f'hajtek.

Qabel kollox, qis li meta jigi l-mument, accettah u ilqghu ta' ragel jew mara li int. Ftakar li t-tbatija, meta milqugha tajjeb, tiswa biex tibni l-aqwa karattri. Meta toqghod tahseb ftit, tinduna wkoll li tbatija mentali hi aghar minn dik fizika. Hu spiss iktar difficli tistenna fil-waiting room tad-dentist milli bilqieghda fil-klinika tieghu waqt il-vizta tieghek. Qabel il-battalja, suldat kapaci jigi mtertaq minn gewwa fuq x'jista' jigrilu waqt il-glied.

Tbatija mentali tista' tigi minn biza' ta' tbatija fizika ikbar u futura, minn biza' ta' kull tip ta' falliment, jew anke minn indiema ta' dnub. Ovvjament, jezisti wkoll mard mentali li jikkawza tbatija mentali li spiss titlob attenzjoni medika u ghajnuna professjonali.

Ghalkemm hafna mit-tbatija fizika hi inevitabbli, u mhux la kemm nehilsu minnha, hafna mit-tbatija mentali tista' u ghandha tigi evitata. Izda biex naghmlu dan, tajjeb naraw il-kawzi ta' din it-tbatija li spiss tidhol f'hajjitna qisha halliel li mhux biss jisirqilna l-ferh interjuri, imma kapaci jharbtilna kull rokna ta' hajjitna.

Il-biza' u l-inkwiet qatt ma jistghu jnaqqsulna t-tbatijiet u sofferenzi tal-hajja, jekk jigu fuqna. U l-kelma 'jekk' ta' min jenfasizzaha. Kemm drabi ninfaxxaw rasna qabel naqsmuha! Li toqghod tinkwieta fuq haddiehor, fuq grajjiet li jistghu jigru, fuq finanzi, etc., huma telf ta' zmien, jekk thares sew lejn il-kawzi taghhom. Tista' zzid hajtek b'pulzier wiehed billi toqghod tinkwieta? Tista' zzid is-sbuhija tieghek bi ftit iktar bl-inkwiet tieghek? Kuntrarjament ghal dan, l-inkwiet iktar jista' jmarrdek, jghajjik, jistressjak, ixejhek, u jkemmixlek wiccek... u mbaghad addiju s-sbuhija u kif tidher!

Indiema minhabba hajja midinba taghmel sens biss jekk twasslek li tikkonverti, tinbidel, u tibda hajja tajba. Indiema li twassal ghal disperazzjoni jew li tibqa' ma tinbidilx, mhi indiema xejn, imma mod iehor kif tithassar lilek innifsek. U lkoll nafu li thassir lilna nfusna jiswa f'iktar deni milli gid.

Tajjeb li nippruvaw nevitaw jew innaqqsu t-tbatija mill-hajja. Wara kollox, biex nikbru nghaddu bizzejjed minn inkwiet u sagrificcji. Pero' dak li ma jistax jigi kkurat jew evitat, ikollna niffaccjawh, tajjeb jew hazin! Niffaccjaw ahjar it-tbatija inevitabbli f'hajjitna jekk niftakru li jekk:

a)  Alla jippermettilna li nbatu, hu ghal gid taghna b'xi mod, anke jekk dak il-hin jidher bla sens. Missier li jhobb lil uliedu xorta jinsisti li jigu moghtija l-vaccines, minkejja t-tbatija li dawn joholqulhom.

b)  Ftakar ukoll li spiss mit-tbatija trawmu u mmaturaw hafna nies. Il-kobor ta' bniedem ma jigix mix-xejn.

c)  Nistghu niehdu xi tbatija bhala tip ta' kumpens ghan-nuqqasijiet taghna, u ghat-tajjeb li m'ghamilniex.


Mohh il-bniedem ghalqa

Jekk ma jaghmilx wicc tajjeb

Jinkesa b'haxix hazin.

________________________________________