Novembru 2006 - Harga Nru 483
+ L-Iben t'Alla sar Bniedem

Rudolf, vjolinista famuz Cekoslovakk, inqabad f’maltempata tal-biza’. Ma kienx jaf fejn ser iqatta’ l-lejl u beza’ li ma jsebbahx. B’xorti tajba lemah quddiemu l-bini ta’ lighthouse u haffef ’l hemm bit-tama li jsib ftit kenn. Habbat u fetahlu ragel xwejjah li laqghu bil-ferh u qsam mieghu l-ikla ta’ filghaxija.

 Waqt li barra l-maltempata kienet fl-aqwa taghha Rudolf u x-xwejjah intasbu hdejn in-nar, jitkellmu. U Rudolf qallu li kien vjolinista famuz li kien dar nofs id-dinja u ta serati fil-bliet ewlenin. Ix-xwejjah deher li ma setax jifhem xi tfisser serata. Donnu qatt ma sema’ bil-muzika klassika...bil-kant Gregorjan… bis-sinfoniji.

           “Allura int qatt ma smajt muzika?”

           “Kuljum… u jekk tiskot tismaghha int ukoll.”

 Rudolf siket u bil-mod il-mod widnejh bdew jisimghu l-krib u t-tinwih tar-rih, it-tahbit tal-mewg mal-hitan zonqrija tal-lighthouse, it-traxxix tax-xita mal-hgieg, it-tkarwit tar-raghad… it-tektik tas-silg… it-thaxwix tal-frieghi tas-sigar ma’ xulxin holqu armonija maestuza.

           “Dik hi l-muzika tieghi llum f’jum ta’ maltemp. Jekk ghada jisbah bnazzi l-muzika tinbidel.”

 Rudolf baqa’ sieket. Fehem kemm kienet sabiha l-muzika tan-natura u xtaq iwassalha lil dawk li qatt ma jsibu hin jisimghuha Ikkompona bcejjec ta’ muzika msejsin fuq din l-esperjenza u meta daqqhom qala’ hafna capcip u tifhir. Imma lil ta’ madwaru kien ihobb jghidilhom:

           “Ma tistghux tifhmu kemm isbah kienu n-noti li semmghetli n-natura!”

 In-natura tippriedka kuljum lil Alla hallieq imma hafna drabi ahna ghomja u torox ghal din il-meravilja ta’ madwarna.  


KUCCARINA GHASEL FI TRIQ IL-HAJJA

 

Kien tfajjel ta’ xi ghaxar snin

jistenna fil-kju ma’ bosta ohrajn.

Jien kont warajh ezatt

u stajt nara l-grajja kollha.

 

Kienu zminijiet ohra

meta ftit centezmi fi New York

kienu jaghmlu differenza.

Ghaddew ghexieren ta’ snin

imma l-grajja baqghet f’mohhi

u tibqa’ mieghi sa qabri.

 

Kien wasal it-tfajjel biex jinqeda

u lil dik li kienet qed tbiegh il-gelati

staqsieha dwar il-prezzijiet.

Gelat mill-kbar jiswa 80 centezmu.

Iz-zghir jiswa 60.

 

It-tfajjel ferra fuq wicc idu,

il-flus kollha li kellu f’butu

u meta ghodd kollox qalilha

“Tini gelat zghir”

Taghtu li talab u hu hallasha.

Imbaghad qalilha:

“U dawn ghalik

talli qed taqdi tant nies

u tferrahhom bil-gelati li taghtihom.”

U hallielha 20 centezmu.

 

It-tfajla tbissmitlu, radditlu hajr

u qaltlu: “You made my day!”

Frazi li mhux facli tittraduciha

izda nafu li tfisser hafna

...ghemil it-tfajjel kien bidlilha l-jum

forsi minn wiehed ta’ tensjoni u nervi

ghal wiehed bi tbissima.

 

U jien tbellaht inhares lejh.

Kont naf li xtaq gelat ikbar minn dak li ordna

bhalma kienu qed jiehdu bosta

imma ghazel iz-zghir biex ikun jista’ jhalli tip

lit-tfajla tal-gelati.

 

Inhossni cert li dakinhar

dat-tfajjel twajjeb

kien dewwaq kuccarina ghasel

lil din it-tfajla

fi triq il-hajja.

 

Kemm isbah kienet tkun hajjitna

bi ftit iktar altruwizmu.


DR CORONATO GRECH M.D. ikompli jiktbilna dwar

 

IL-MAGIJA TAL-KULURI

 

Hemm zewg ragunijiet ghax l-affarijiet jidhru kkuluriti – jew ghax jaghtu dawl huma stess bhal per ezempju bozoz jew tubi; jew ferm iktar komuni ghax l-oggett qed jassorbi parti mid-dawl u jirrifletti l-bqija, per ezempju fjura tidher hamra ghax qed tassorbi l-kuluri kollha barra l-ahmar li qed jigi rifless ghal go l-ghajn. Ukoll jekk l-oggett jirrifletti d-dawl kollu li jaqa’ fuqu jidher abjad, waqt li jekk jassorbi l-kuluri kollha u ma jirrifletti xejn allura jidher iswed. Hafna oggetti b’xorti tajba narawhom f’tahlita ta’ kuluri ta’ varjetajiet tremendi.

 

Kif l-ghajnejn jaraw dawn il-kuluri? Il-parti ta’ l-ghajn li hija sensittiva ghad-dawl hija r-retina, rita kkumplikata fuq gewwa u li fuqha jigi ffukat id-dawl mil-lenti ta’ quddiem. Din ir-retina tikkonsisti minn madwar 130 miljun cellola sensittivi ghad-dawl u li huma principalment ta’ zewg tipi li minhabba l-ghamla jissejhu koni u vireg, bil-koni biss sensittivi ghall-kulur. U dan isolvi wkoll il-misteru ghaliex bil-lejl, jew f’dawl baxx ma nibqghux naraw bil-kulur. Ir-raguni hija li f’dawl baxx il-koni ma jibqghux sensittivi u nkunu naraw biss bil-vireg li ma humiex sensittivi ghall-kulur. Xi whud imma ma jarawx bil-kulur lanqas fid-dawl tax-xemx. Hemm diversi tipi ta’ din l-ghama fil-kulur, li lanqas ma huwa rari – madwar 8% ta’ l-irgiel u madwar 0.5% tan-nisa jbatu minn xi forma ta’ dan id-difett, ghalkemm dawk li jaraw biss fl-iswed u l-abjad huma rari. Iktar komuni huma dawk li jfixklu l-ahmar ma’ l-ahdar li ma tantx hija cajta jekk tkun xi sewwieq jew pilota. Ma hemmx kura ghal din il-marda li tintiret u li tissejjah ukoll Daltonizmu1. Iktar rari u stramba hija l-kundizzjoni msejha synthesia jew ‘tisma’ bil-kulur’, fejn il-persuna tara kuluri ma’ certi hsejjes, l-iktar komuni huwa l-kulur ahmar man-nota muzikali C. Xi kittieba bhal Edgar Allan Poe (1809-49) jinghad li kellu minnha. Synthesia tista’ tigi wkoll minn xi drogi bhal LSD; u f’xi mard psikjatriku rari l-pazjent ma jkunx jaf jekk hux qed jisma’ jew jara. Certament li ghadna lura milli nafu hafna affarijiet.

 

Wara kollox lanqas b’ghajnejna ma naraw. Mir-retina ta’ kull ghajn jghaddu l-impulsi ta’ l-immagni (li originarjament huma rashom ’l isfel) man-nervaturi li jduru fir-ras ghan-naha ta’ wara tal-mohh fejn hemm zewg centri vizwali u fejn hemm issir l-interpretazzjoni ta’ dak kollu li l-ghajnejn qed jaraw. Kif ezatt jigri dan ghadna ma nafux sewwa, imma peress li kull mohh ghandu esperjenzi differenti huwa probabli li hadd ma jara preciz l-istess, avolja nkunu qed inharsu lejn l-istess xena mill-istess post.

 

Lanqas ma nafu ezatt kif l-ghajn tiddistingwi l-kuluri. L-iktar teorija popolari, li lanqas ma hija moderna, hija dik imsejha Young-Helmholtz, ghax kien bdieha l-Ingliz Thomas Young (1773-1829) u kompla zviluppaha l-Germaniz Herman Helmholtz (1823-94). Skond din it-teorija fir-retina hemm tlett tipi ta’ koni li huma sensittivi specifikament ghat-tliet kuluri primarji – ahmar, isfar u blù, u minn dawn imbaghad tifforma l-istampa kkulurita fil-mohh2. Imma ghad baqa’ hafna x’inkunu nafu. Ta’ l-inqas nafu iktar mill-Grieg Empedokoli (hames seklu qabel Kristu) li haseb li l-affarijiet ikkuluriti jitfghu particelli kkuluriti f’ghajnejna3; jew Platun (428-348qK) li haseb l-kontra – li l-ghajnejn jitfghu raggi tal-kulur ’il barra. Incidentalment kien Newton li rrealizza li d-dawl mhux ikkulurit imma li l-kulur huwa interpretat fil-mohh4.

 

1 John Dalton (1766-1844) dak tat-teorija atomika moderna, kien ibati u ddeskriva din il-marda. Meta sar famuz u riedu jonorawh fl-Università ta’ Oxford quddiem ir-re, ta’ Quaker li kien ma setax jilbes l-ahmar ta’ l-Unviersità, imma solva l-bicca billi qal li ladarba huwa ma huwiex jara l-ahmar allura kollox sew!

2 Dan incidentalment huwa wkoll il-process tat-televizjoni tal-kulur fejn l-iskrin fih tikek zghar sensittivi ghat-tliet kuluri primarji tad-dawl.

3 U jekk il-particelli tghidilhom photons ta’ certi frekwenzi lanqas ma tkun zbaljat hafna.

4 Newton kien ghamel ukoll esperimenti kutrjuzi u perikoluzi fuq ghajnejh stess.

 

(Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-harga ta’ Dicembru)


FORSI JINTERESSAWK

 

Ir-risposta fil-loghob

 

Meta Branch Rickey irregistra lil Jackie Robinson kien jaf li qed jilghab karta perikoluza hafna. Ghax Jackie kien ta’ gilda sewda u sa dak iz-zmien (1945) ma kien hemm l-ebda player iswed fil-league tal-football Amerikan. Izda la kien tajjeb Branch hass li l-gilda ma ghandhiex isservi ta’ ostaklu. Izda qabel nizlu ghal-loghob baghat ghal Jackie u qallu:

           “Ibqa’ cert li l-players avversarji u n-nies ser jippruvaw jaghmlulek hajtek infern. Inti rrispondihom permezz tal-loghob tieghek.”

U hekk gara tabilhaqq ghax ghall-ewwel gimghat tghidx minn xiex kellu jghaddi Jackie. Jghajruh, jobzqulu, jhedduh. Izda hu baqa’ jilghab il-loghba tieghu sakemm sar il-benjamin tas-sapporters u kiseb isem ghalih fl-istorja tal-football.

Fetah ukoll il-bieb biex atleti suwed jidhlu fi branka ohra ta’ sports li sa dakinhar kienet ghadha maghluqa ghalihom.


Ihobbni aktar minn ommi

 

San Frangisk Sales darba qal:

           “Nippreferi li l-gudizzju tieghi jaghmilhuli Alla milli ommi.”

Issa omm Frangisk Sales kienet thobbu b’imhabba tal-genn imma xorta l-qaddis kien jippreferi li jiggudikah il-Mulej ghax kien jaf li dan hu Missier li kapaci jhobb, ihenn, jaghder u jinsa d-dnubiet u d-difetti taghna kull meta ahna nitolbuh mahfra.

X’qed tistenna qabel tghidlu ‘sorry’ jekk forsi thoss li m’intix habib tieghu?


Bikja fuq qabar

 

Ragel kien qed jibki hdejn qabar u nstema’ jolfoq:

           “Imma ghax kellek tmut… ghax kellek tmut?”

 

Rah ragel iehor u mqanqal mill-hniena… u forsi minn ftit kurzità qallu:

           “Lil min ghandek midfun hawn habib… forsi huk… martek… ibnek… ommok… missierek?”

           “Le, hawn jinsab midfun ragel li kieku ma mietx hu jien l-iktar bniedem kuntent tad-dinja.”

           “Iva mela min jista’ jkun?”

           “L-ewwel ragel ta’ marti!”


L-ezempju 

Meta Greg Louganis – champion olimpiku tad-diving – kien hiereg minn fejn il-pool ta’ tahrig, jara tfajjel ta’ xi 10 snin ipejjep. Greg hass li ghandu jkellmu:

           “Tfajjel ta’ l-età tieghek zgur li mhux suppost ipejjep.”

           “Jien biex inkun bhalek. Rajtek tpejjep u din hi l-marka li toghgbok.”

U dlonk urih kaxxa tas-sigaretti bhal dawk li kien ipejjep hu.

Greg stqarr li minn dakinhar ma pejjipx izjed biex ma jkunx hemm min jaghzlu bhala role model u jikkupjah f’haga li hu ma xtaqx li haddiehor jimitah fiha.

U ghalhekk ir-role model taghna ghandu jkun Gesù li ma jwasslilna qatt messaggi negattivi.  


Bniedem kbir juri l-kobor tieghu fil-mod kif igib ruhu maz-zghir meta ma jkun qed jarah hadd.

Thomas Carlyle


Kelma ta’ kuragg

L-awtur John Galsworthy kien fuq vapur jivjagga minn pajjiz ghall-iehor fil-kosta ta’ l-Afrika. Jum minnhom gie hdejh zaghzugh misthi u qallu:

           “Jien m’iniex Ingliz u l-Ingliz mhux il-lingwa tieghi. Imma kemm ili nahdem fuq il-vapuri tghallimt nitkellmu mhux hazin. Inhobb nikteb u gie li nharbex xi haga. Forsi x’hin ikollok ftit hin hieles tkun tista’ taqra dak li ktibt u ghidli x’tahseb… jekk ghandix inkompli jew nieqaf minn din il-kitba.”

Galsworthy qara l-manuskritt u staghgeb tassew bil-kitba u tghidx kemm inkoraggih biex ikompli. Dak il-bahri Pollakk kien Joseph Conrad u l-ktieb li pprezenta lil Galsworthy kien Almayer’s Folly.

 Ara x’gawhra kienet tintilef kieku Galsworthy ma ghamillux hafna kuragg biex ikompli.


AHBARIJIET TA’ INTERESS

 IZZEWGU

 

Shaun Meilak ta’ Triq Guzè Ellul Mercer lil Maria Deguara (Mosta);

Christopher Camilleri ta’ Triq San Gakbu lil Charlene Azzopardi (Ghajnsielem);

Maria Meilak ta’ Triq il-Knisja lil Ian Xuereb (Xewkija);

Sandra Grech ta’ Triq il-Madonna ta’ Lourdes lil George Sciberras (Victoria);

Geswalda Carmen Portelli ta’ Triq it-Tigrija lil John Paul Zerafa (Kanada);

Amy Falzon ta’ Triq Guzè Ellul Mercer lil Josef Hili (Xewkija).

Filwaqt li nawgurawlhom futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb. Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.


IL-LAQGHA TA’ OTTUBRU

Kellemna Dun Giovanni Curmi l-Assistant Ekklezjastiku tal-Pastorali ghal Ghawdex. Ha spunt mill-qamar kwinta biex ikompli fuq is-suggett interessanti tas-sbuhija. Hi kullimkien madwarna jekk nidraw narawha… fin-nies ta’ madwarna, in-natura, l-esperjenzi tal-hajja, il-hsibijiet interni. Sfortunatament certi nies ghadhom ma skoprewhiex is-sbuhija ta’ Gesù u ghalhekk il-figuri dejjem nezlin ta’ l-attendenza ghall-quddies tal-Hadd. Il-Bibbja turina s-sbuhija interna u esterna ta’ bosta persunaggi. Matul din is-sena d-djocesi taghna ser tibbaza l-pastorali taghha fuq l-Ispirtu s-Santu. Kif nahla kapaci ddakkar u ssebbah warda ara x’jista’ jaghmel l-Ispirtu s-Santu jekk inhalluh jahdem fina. Zgur li jinqeda bina biex ikun hemm aktar sbuhija madwarna.

 Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha. Brian Muscat ta’ Triq Dun Karlu Zimech tela’ fil-ktieb u l-kuruna.  


STEDINA GHAL-LAQGHA TA’ NOVEMBRU

Mons Isqof Mario Grech jistiednek ghal-laqgha ta’ nhar is-Sibt 4 ta’ Novembru fis-7.15p.m. Ser tkun okkazjoni unika meta r-raghaj spiritwali taghna jiltaqa’ mal-guvintur tal-parrocca.

 Mons Isqof ser iwarrab impenji importanti ohra biex jigi jiltaqa’ maghna. Xieraq li ahna, min-naha taghna, inhallu hargiet u appuntamenti ohra u nigu ghal din il-laqgha. Tkun merhba denja lill-Isqof taghna miz-zghazagh tal-parrocca.

 Mela habib tinsiex… nhar is-Sibt 4 ta’ Novembru fis-7.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca.  


 

EKU BIBBLIKU FI ZMIENNA

 

U talab Mosè l-Mulej, Alla tieghu u qal:

“...Ehda minn xghil qilltek,

u biddel hsiebek fuq id-deni

li trid taghmel lill-poplu tieghek…”

U soghob bih il-Mulej ghad-deni

li ried jaghmel lill-poplu tieghu.

{Ezodu 32: 11-12, 14}

 

Fin-novella Malachi’s Miracle

hemm xena kommoventi.

Qassis qed jaghmel l-almu kollu tieghu

biex jerga’ jhabbeb bahhar ma’ Alla.

Il-problema hi li l-bahhar

ma jistax jghid sincerament

li jiddispjacih ghal dak li ghamel

f’diversi portijiet fejn kien.

Fl-ahhar, f’disperazzjoni, il-qassis qallu:

“Almenu ghid li jiddispjacik

tal-fatt li ma jistax jiddispjacik!”

U b’hekk irnexxielu jasal

sa qalb il-bahhar.

 

It-talba ta’ Mosè ghall-poplu

tixbah lil tal-qassis li ried isalva bahhar.

Nista’ niftakar episodju fejn ghamilt li stajt

biex nghin spiritwalment

lil xi hadd?

 

Mhix bizzejjed ghalija li nhobb lil Alla

jekk lill-gar tieghi ma nhobbux.

SAN VINCENZ TA’ PAOLA  


 Dr Michael Galea PhD jaghtina l-ewwel parti tad-disa’ artiklu minn sensiela ta’ psikologija applikata:

 

9.       Id-Dipressjoni.

               (l-ewwel parti)

            Kundizzjoni tas-sahha mentali mferrxa sew hi dik tad-dipressjoni. L-affett uman, jew il-mod kif inhossuna, jista’ jew ikun normali, jew dipressiv jew elevat. Fid-dipressjoni, kif jindika l-isem stess, wiehed jinnota dipressjoni jew nizla fl-affett u f’kif ihossu l-bniedem. Ghalhekk, per ezempju, persuna dipressata tkun imdejqa, bla interess fil-hajja iktar mis-soltu, tara kollox mudlam, bla aptit, bla entuzjazmu jew eccitament, b’sens kbir ta’ htija, bla tama, ideat suwicidali, ... Id-dipressjoni hi anke rekordjata fl-Antik Testment, fejn ir-re Sawl hu maghruf li kellu episodju dipressiv. Id-dipressjoni hi l-iktar komuni fost in-nisa, ghalkemm hi wkoll mifruxa fost l-irgiel, anke jekk bosta drabi din tkun mohbija tajjeb!

Fl-affett elevat, jew manija, wiehed ihoss l-oppost ta’ dak li jhoss fl-episodju dipressat. Ezempji ta’ manija huma dawk ta’ persuna li thossha grandjuza, ikollha problema torqod jew toqghod bi kwieta, tparla l-hin kollu, distratta, eccitament u energija kontinwa, ecc.

Irridu niftakru li kulhadd ghandu l-limitu tieghu. Ghaldaqstant, kull persuna hija vulnerabli ghad-dipressjoni. Id-dipressjoni ma taghrafx razza, sess, jew status socjo-ekonomiku. Jidher però li nuqqas ta’ hbiberiji serji jew intimi, divorzju u/jew separazzjoni, u xi single life inattiva, ghandhom iktar cans ta’ dipressjoni.

X’inhi l-kawza tad-dipressjoni? Hemm bosta teoriji, u bhal spiss f’dawn is-sitwazzjonijiet, m’hemmx twegiba semplici. Però, l-iktar teorija accettata hi dik li tindika tlett kawzi possibli: fatturi biologici (zbilanc kemikali fil-mohh), fatturi genetici (eredità), u fatturi psiko-socjali (bhal stress, trawma, mewt, qaghad, rebha ta’ lotterija, inkwiet, ecc.). Bhala mizuri ghal fejqan, jezistu kemm dawk biologici (medicinali anti-dipressanti, ecc.), psiko-terapija (counseling, ecc.), u sistemi ta’ sapport minn familjari, hbieb, ecc.

Jezistu kundizzjonijiet ta’ dipressjoni partikolari f’certi kategoriji tal-popolazzjoni, li spiss ma tantx jinghataw l-attenzjoni li jixirqilhom. Se nsemmi dipressjoni fost tlett kategoriji li nhoss huma xi ftit jew wisq injorati fis-socjetà taghna. Hemm id-dipressjoni f’ommijiet li ghadhom kif welldu, jew ahjar post-partum depression. Studji juru li bejn ghoxrin u erbghin fil-mija tal-ommijiet li jwelldu jghaddu minn din il-kundizzjoni, f’livelli li jvarjaw. Dan hu ovvjament persentagg kbir hafna. Qed nghidu li omm wahda minn kull tlieta ssofri u tbati minn dat-tip ta’ dipressjoni. Sintomi ta’ dan ikunu dwejjaq kbar, biki spiss (u bla skop), bzonn tal-omm li ma tinhallx u ma titlaqx lit-tarbija gdida taghha, ecc. Forsi ta’ min isemmi li anke l-missirijiet jghaddu minn din il-kundizzjoni, probabli minhabba r-responsabbiltà gdida li ggib maghha tarbija fil-familja, u tal-attenzjoni inqas li tinghatalhom minn marthom b’din l-addizzjoni. Kazijiet rari huma dawk ta’ psikozi ma’ din id-dipressjoni, fejn sahansitra jista’ jwassal ghall-infanticidju.

(Dr Galea itemm dan l-artiklu fil-harga ta’ Dicembru)  

Dak li jsahhnek jikkontrollak