
| + L-Iben
t'Alla sar Bniedem
Ottubru 2000 - Harga Nru 410
Izda jum minnhom wiehed mill-ahwa halla karta ta' $5 fuq il-bank u mar jaqdi lil xi hadd. Meta gie lura ma sabhiex u staqsa lil huh dwarha: "Ma rajtx flus fuq il-bank," qallu l-iehor. "Tghidliex hekk ghax hallejtha hawn zgur." "Kieku hallejtha hemm hemm ghadha ghax jien zgur ma missejthiex." U kelma ggib l-ohra ….bhalma jghid il-proverbju 'meta glieda titwal issir serp'. U serp tassew saret ghax dik il-karta ta' hames dollari rnexxielha ggellidhom. Infirdu ...armaw ghal rashom u minn tewmin hbieb kbar spiccaw ghedewwa. Ghaddew is-snin u darba f'hanut wiehed minnhom gie ragel li qallu: "Snin ilu jien sraqtkom. Hadtilkom $5. Dejjem baqghet fuq il-kuxjenza. Sraqtha ghax kont bil-guh." "Mur u rrepeti l-istorja tal-flus misruqa lil hija," qallu tal-hanut. Ir-ragel ma setax jifhem ghax iz-zewgt ahwa kienu qed jibku! Ghax fid-dinja facli ttawwal tilwima imma jiswa li fejn u sakemm tista' twaqqafha qabel ma titwal tant li ssir serp. DAWN XEGHLU XEMGHA FLOK SEHTU D-DLAMQalb l-omm tehber. Intebhet li sahhet binha sejra lura minkejja l-kura kollha li kienu qed jaghtuh. U fl-ahhar il-Professur kellu jghidilha: "Ibnek ghandu l-leukemia. Ma fadallux hafna izjed hajja. Ma naghtihx iktar minn tlett xhur ohra." L-omm tbellhet. Kienet qed tistenna ahbar kerha imma mhux daqshekk. Sentenza tal-mewt ghal tifel ta' 12-il sena. Bkiet, izda lil binha ma riditx turih b'kollox f'daqqa. Riedet thejjih ftit ftit. U fuq kollox ma riditux jghix dawn il-ftit xhur imdejjaq. "Bobsy, x'bi hsiebek issir meta tikber?" staqsietu darba.
"Dejjem xtaqt insir fireman ...biex nghin lil min ikun qata'
qalbu mill-hajja ...insalva lil L-omm maret fil-Headquarters tad-Dipartiment tat-tifi tan-nar u ma' l-ufficcjal inkarigat stqarret l-istorja kollha. Dan inzerta bniedem ta' qalb kbira li fehem xewqet l-omm u xewqet binha. "Halli f'idejja. Ser naghmel uniformi apposta ghat-tifel tieghek u l-gimgha d-diehla naghzlu gurnata u fiha ibnek isir wiehed minna. Jigi hawn ...jiekol maghna u johrog maghna." "Ma jiflahx ghal hafna kumbatt," qaltlu l-omm. "Int halli f'idejja. Naf kemm jiflah u ma naghtihx iktar milli jista' jgorr. L-importanti li ghal jum, Bobsy tieghek ikun ghex holmietu." U hekk gara. Bobsy sab ruhu hdejn il-firemen l-ohra. Jitkellem maghhom u bhalhom liebes ilbies ta' kontra n-nar u kappell bl-arma tal-kumpanija. U maghhom hareg meta cempel it-telefon u nqala' l-ewwel hruq tal-jum. Jiftah l-ilma, u jghin kif jista'. U f'dak il-jum hareg tliet darbiet u minkejja li sahhtu kienet dghajfa, baqa' jinsisti u hassu importanti. Ommu tghid li qatt ma rat lil binha ferhan daqs dakinhar meta qlub generuzi ppermettew lil binha jsir dak li dejjem xtaq ...fireman. U meta Bobsy wasal fl-ahhar, dawn il-firemen ma nsewhx. Ftehmu ma' l-awtoritajiet ta' l-isptar u ghamlu, ghalih biss, dimostrazzjoni ta' helsien proprju mit-tieqa tal-kamra tieghu. Minnha dahlu shabu l-firemen ghad li kamartu kienet fit-tielet sular. Armati b'kollox. "Gejna nsellmulek habib ckejken taghna," qalulu. U Bobsy tbissem. "Hekk dejjem naghmlu meta xi hadd minn shabna jkun l-isptar. Is-soltu nghaddu mill-bieb. Ghalik ghamilna arrangament specjali ghax nafu li thobb ir-riskju marbut ma' xogholna." Bobsy hares lejn il-firemen li kienu madwaru. "Ghamiltuni ferhan. Issa naf li intom ilkoll tqisuni fireman!" Qlub generuzi li xeghlu xemgha flok sehtu d-dlam. Dr Coronato Grech M.D. ikomplu l-artiklu dwarIl-HUMAN GENOME PROJECT
Intant, ricerka fuq
x’ikunu sewwa sew dawn il-kromosomi baqghet dejjem sejra, per ezempju l Kull wahda mill-10 trilljun cellola fil-gisem (bl-eccezzjoni tac-celloli homor tad-demm li ma fihomx nukleju) fiha fin-nukleju l-materjal genetiku li jikkonsisti bazikament mill-molekola gganteska DNA li fiha madwar biljun atom imma li huma biss ta’ hames tipi: idrogenu, karbon, nitrogenu, ossigenu u fosfru. Dawn huma mibnija fi tlett tipi ta’ molekoli: phosphoric acid, zokkor (ribosa) u erba’ bases. Id-DNA umana fiha madwar sitt biljun bazi (dik tal-pjanta tal-gilju fiha madwar 600 biljun) u huma dwan li huma mqassmin fi gruppi ta’ madwar 1000 u 3000 li jiffurmaw il-genes u li minnhom f’DNA hemm madwar 100,000. U biex tkun kompluta l-istampa, fid-DNA, bejn dawn il-genes, hemm sensiliet twal ta’ bases li ghadna ma nafux x’inhuma sewwa u apparentament ma ghandhom l-ebda uzu kif jidher minn isimhom ta' 'junk'. Ghalkemm kull cellola fiha DNA bl-istruzzjonijiet kollha però kull cellola taghmel ix-xoghol taghha biss, ghax dawk il-partijiet tad-DNA mhux uzati jigu ssuppressati. Intant, din il-kollezzjoni kollha ta’ informazzjoni fid-DNA tissejjah il-genome u l-Human Genome Project ghandhu l-mira li jkun jaf preciz is-sekwenza ta’ dawn l-eluf ta’ konnessjonijiet go l-eluf ta’ genes. Mhux bicca xoghol facli!! (Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-harga ta' Novembru ) FORSI JINTERESSAWK
Mhux kulhadd isib xortih Kien ma' martu u habtu bil-karozza. Meta stenbah staqsa: "Mitt?" "Iva ...mitna t-tnejn," sema' lil martu tghidlu. "U fejn qeghdin?" rega' staqsa. "Il-genna!" "Le, ghaziz zewgi ...m'ahniex il-genna." "Mela ...l-purgatorju?" "Anqas ...Imma tinkwetax. Ser inkun hdejk ghal dejjem." "Issa naf ghax jghidulu nfern!" karab ir-ragel.
Darba guvnott mar fejn Socrates biex jghallmu s-sengha ta' l-oratorija ...kif titkellem pubblikament. U dan il-guvnott beda jghid u jghid dwar kemm studja, kemm irrifletta, kemm analizza. Tant li Socrates waqqfu u qallu: "Habib, ser ikolli ngaghlek thallas hlas doppju. Hlas biex titghallem tiskot u hlas iehor biex titkellem biss meta jkun hemm il-htiega."
Patta b'ohra Mark Twain mar fejn gâr u qallu li xtaq jissellef ktieb: "Bil-qalb kollha. Basta tuzah fil-librerija tieghi." Xi jiem wara l-gâr ried jissellef il-mohriet ta' Twain. U dan wiegbu: "Bil-qalb kollha. Basta tuzah fil-gnien tieghi!" Uqija esperjenza vs ratal taghrif
"X'ghandha t-tarbija?" "Ma nafx. Ghalhekk gejt hawn biex nara x'jghid il-ktieb!" "Isma' minni. Halli l-ktieb f'postu u erfa' t-tarbija." Kultant l-esperjenza tal-hajja tghallmek iktar mill-kotba u ghalhekk parir tal-genituri jghodd anke jekk mhumiex ta' skola kbira.
Kwistjoni filosofika Kien sinjur u kien ihobb jilghab il-billiards imma ma kienx jilghab tajjeb. Bosta kienu jmorru jilaghbu mieghu. Imma l-bicca l-kbira ma kinux imorru ta' spiss ghax kienu jiddejqu peress li s-sinjur kien jilghab bil-mod wisq. Xi hadd darba staqsieh: "Imma ghax tilghab tant bil-mod, x'wahda din?" "Ghax iktar ma nilghab bil-mod, inqas nitlef!"
Qatt ma kien rifes ir-Russja. Imma mar izur habib tieghu. Jum wiehed f'kesha kbira, hareg minn dar habibu biex jaghmel mixja fil-kampanja. Imma ha l-qatgha ta' hajtu meta quddiemu lemah ors daqs dinja. Hares madwaru, ra zokk ta' sigra u mar bilgri biex jiehdu f'idejh imma dan kien imwahhal ma' l-art ...kollox iffrizat. Ir-ragel, imdorri dejjem f'artijiet shan qal: "Imma dan x'pajjiz hu? L-annimali feroci jhalluhom hielsa u jorbtu z-zkuk li tista' tiddefendi ruhek bihom!" JIEN IL-BIBBJAJien il-Bibbja, il-librerija t'Alla.
Fuq
kollox jien il-Verità. Ghal pellegrin ghajjien, jien l- ghaslug li fuqu jistrieh. Ghal min jghix fid-dlam, jien id-dawl. Ghal min tilef it-triq, jien il- gwida. Ghal min hu marid bid-dnub, jien il-fejqan. Ghal min jaqta' qalbu, jien it- tama. Ghal min hu ghaddej mill-maltemp tal-hajja, jien l-ankra soda. Ghal min qed ifittex is-salvazzjoni, jien nurih l-awtur taghha. Jien il-Bibbja, il-kelma t'Alla. INKWADRI TA’ ISPIRAZZJONI GHALL-HAJJA TA’ KULJUMKienet l-eqqel tax-Xitwa f'Chicago s-soqfa kienu mburgati bis-silg Robert McGrath ra lil martu diehla fil-garage ggib xi kaxxi. Sekondi wara s-saqaf tal-garage sfronda.
Robert hareg jigri qabad pala u f'hakka t'ghajn qabad jimpala s-silg u jarmi l-bcejjec tal-bini. Jghajjat bla ma jieqaf sekonda bl-gharaq jghaqqad ma' wiccu. Wara li nehha xi njam sema' lehinha u ra idha! Fi ftit minuti rnexxielu jhaddan mieghu lil martu filwaqt li beda jolfoq bhal tarbija. Li ma kienx jaf Robert kien li martu kienet digà barra meta waqa' s-saqaf. Kienet harget mill-bieb ta' wara. Meta ndunat li zewgha qed ihaffer minhabba fiha regghet dahlet mnejn harget biex l-att erojku ta' zewgha jkun shih. Riditu jkun l-eroj taghha. Ma kinitx lesta li tiksru. Ghaliha s-sodisfazzjon li jhoss meta f'qalbu jghid li kellu jkun hu li salvaha, hu ikbar mill-qatgha bikrija tat-tragedja li kienet se ssehh. L-imhabba kultant trid taqbez il-limiti tar-realtà. IS-SITT SENSTkun f'belt barranija, qed thuf f'toroq li ghadek qatt ma ghaddejt minnhom. Thares lejn wicc in-nies u ma tarahom xejn laqqghiena. Mhux biss. Tibda thoss 'il min ihares lejk. Xi haga fik tghidlek biex timxi ghan-naha tal-lemin fejn hemm il-qalba tal-belt. Tista' tafda s-sens ta' orjentament tieghek? Imma veru li hemm xi hadd li qed ihares lejk b'mod stramb? Kemm nistghu nibbazaw il-gudizzji taghna fuq dawn il-hsus ta' mohhna? Dan l-ahhar, in-newroxjentisti tad-dinja kollha qed jaghtu importanza misthoqqa lil dawn l-aspetti xejn maghrufa ta' mohhna. Huma aspetti mudlama izda li ma jsirux bi hsieb konkret. Dan huwa ftit minn dak li sabu.
Film ta' Alfred Hitchcock bizzejjed biex ireghdilna x-xewka ta' daharna. Inkunu komdi fuq is-sufan quddiem it-television u safrattant, il-hsejjes, id-dalma, il-muzika, ucuh makabri donnhom kollha ghalenija biex ibezzghuna. Hitchcock huwa mghallem ta' din is-sengha. Nafu li ma ghandniex ghalfejn nibzghu u safrattant nitwerwru. Imma ghalfejn? Dan is-sens huwa importanti biex nghixu. Kien aktar importanti ghall-bniedem ta' eluf u eluf ta' snin ilu. Huwa importanti sakemm ma jihux proporzjonijiet ta' fobija - biza' esagerat minn xi haga. Intuwizzjoni Imma ghala tista' tibza' meta kulma hemm dalma sfiqa u muzika makabra? Il-periklu ma jidher imkien. Il-verità hi li parti mill-hajja mentali taghna tghix 'il barra minn dak li ahna konxji tieghu. Hi maghmula minn intuwizzjonijiet li ghandhom gheruq fondi f'mohhna. Il-lingwa tehdilna hafna minn dak li ahna konxji tieghu. Mijiet ta' eluf u miljuni ta' snin ilu meta l-bniedem kien ghadu ma zviluppax il-lingwa dan is-sens ta' intuwizzjoni kien importanti hafna ghalih biex seta' jghix. Il-hsieb rieqed Tista' tafdahom l-intuwizzjonijiet? F'kazijiet ta' emergenza, iva. Il-haddiem tat-tifi tan-nar jghid lil shabu biex jersqu lura u appena jsibu ruhhom fis-sod, is-saqaf li warrbu minn fuqu jcedi. Inkella t-tabib li jordna kors ta' antibijotici u wara jinstab li t-tarbija tkun helset minn bidu ta' infezzjoni. Huma kazijiet li apparentament jidhru bla ebda spjegazzjoni. Izda bizzejjed li inkonxjament il-haddiem tat-tifi tan-nar sema' zaqziqa li ma tantx ghogbitu nkella t-tabib ra nifs it-tarbija kemmxejn batut biex tinduna mnejn nibtu dawn il-hsibijiet li salvaw hajjiet. Linus Pauling u Jonas Salf, zewg rebbieha tal-Premju Nobel, isostnu li x-xoghol rispettiv taghhom beda minn hsibijiet li huma ma kellhom l-ebda kontroll fuqu izda li hadilhom snin biex ippruvaw dak li kienu hasbu.
Is-sens ta' orjentament ta' certi annimali huwa leggendarju. Ghasafar migratorji jsegwu l-gibda manjetika tad-dinja u kapaci jsibu triqathom eluf ta' mili boghod. Ix-xjentisti jahsbu li anke l-bniedem, fil-profond tal-mohh ghandu celloli li jaghmluha ta' boxxla. Eleanor Maguire li tahdem fl-Istitut ta' Newrologija ta' Londra sabet li t-taxi drivers Londonizi ghandhom dan is-sens qawwi hafna iktar minn min jaghmel xoghol iehor. Izda biex niskopru l-mod ezatt ta' kif jahdem dan is-sens ghadna kemmxejn lura. Is-sens tal-hin Jezistu nies li kapaci jqumu minuta qabel ma jdoqq l-izveljarin. Martha Gilette, li tahdem fl-Università ta' Illinois tghid li sa issa hadd ma jaf liema parti tal-mohh taghmel din l-azzjoni però jidher li go fina ghandna arlogg bijologiku li kapaci jzommilna r-ritmu ghal 24 siegha kuljum. Dan jirregola l-varjazzjonijiet tat-temperatura, il-pressjoni, l-ormoni u c-ciklu ta' rqad u qawmien. It-telepatija Huwa qawwa ohra li ghadha ma gietx ippruvata. Il-mohh taghna ghandu habta li jibqa' jiftakar koincidenza u jinsa kemm-il darba tkun zbaljajt. Hija kaz tipiku ta' kif jahdem il-mohh. |