
| + L-Iben t'Alla sar Bniedem
OTTUBRU 2001 - Nru 422 Kellu ftit taz-zmien u spicca bla xoghol. Ipprova kemm-il darba jsib xoghol gdid imma kull bieb kien jinghalaq meta kien jghidilhom bl-età. Spicca d-dar, b’idejh fuq zaqqu jistenna c-cheque ta’ l-insurance u bih kien jghix hazin hazin.
Hass li ma ghandux jibqa’
sejjer hekk. Beda jahseb x’jista’ jaghmel u ftakar li meta kien zaghzugh kien
joqghod hdejn nanntu jaraha ssajjar. U missieru dejjem kien jghid li hadd ma
kien jaf isajjar it-tigieg daqsha.
U bellec bellec dawn l-imberkin tigieg u sriedak tghidx kemm kienu jigu tajbin. Il-klijenti kienu jizdiedu. Kellu jkabbar. Hekk bdiet l-istorja tal-Kentucky Fried Chicken. Illum industrija li ddawwar mijiet ta’ miljuni ta’ dollari fis-sena f’iktar minn 100 pajjiz. Quddiem fjask jew falliment jezistu zewg toroq ...jew attitudni negattiva ta’ ‘xi trid taghmel’ jew attitudni pozitiva ta’ ‘nistinka biex darb’ohra ma nfellaqx’. WAQTIET LI JSIRU MUMENTI DEJJIEMA Ghal hafna minna Marian Anderson ma tfisser xejn imma ghall-generazzjoni ta’ qabilna il-vuci ta’ din il-mara kienet tfisser hafna. Ghaliha, il-Kompozitur famuz Toscanini qal: “L-isbah vuci ta’ dan is-seklu”.
Marian ghaddiet minn bosta esperjenzi sbieh bhal meta sebbhet il-gonna rjali Brittanici u quddiem il-membri rjali, u hbiebhom, interpretat l-isbah arji. Jew meta quddiem il-mafkar ta’ Lincoln b’udjenza ta’ 75,000 ghaxxqet lill-bosta mistiedna distinti b’kant li jidhol f’qalbek. Jew meta l-udjenzi ferhana bil-kant li jkunu semghu kienu jwaddbu bosta fjuri fuq il-palk tat-teatru.
U xi hadd darba staqsieha biex tirrakkonta l-isbah mument ta’ hajjitha. Min jaf liema minn dawn il-mumenti kienet ser taghzel.
U Marian qaltilhom: “L-isbah mument meta ffirmajt kuntratt li gabli kemxa gmielha mhux minhabba l-flus izda ghax kont naf li issa ommi ma kellhiex ghalfejn tohrog tahdem. Ma kienx aktar jehtieg li kuljum iggib id-dar xkejjer ta’ hwejjeg biex tahsilhom. Issa stajna nghixu b’dak li kont ser naqla’.
“U ghadni niftakar it-tbissima u t-tghanniqa ta’ ommi meta ghidtilha u niftakarha tghidli ‘Mhux ghax ser niffranka x-xoghol u t-tbatija izda ghax ftakart fija.’”
Turija ta’ ftit sentiment sincier jibqa’ f’qalb min jircevih ghal dejjem.
X’inhu jzommok li int ukoll twassal dan is-sentiment lill-gheziez ta’ madwarek?
DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu dwar... IX-XJENTISTI GHANDHOM TAGHHOM UKOLL Kaz iehor kien tal-bijologista Awstrijakk Paul Kammer (1880 – 1926) li kien cert li karatteristici miksuba matul il-hajja jistghu jintirtu mill-generazzjonijiet ta’ wara. U ricerka li ghamel fuq tbajja’ tas-saqajn ta’ certi zringijiet kienet apparentament turi dan, imma wara nstab li huwa kien zebagh dawn it-tbajja’ biex jikkonferma l-idejat tieghu. Wara li nkixef spicca b’suwicidju. Qabel dan, il-Franciz Henri Moisson (1852 – 1907) kien qal li f’esperiment li ghamel, fejn sahhan bicca faham taht pressjoni kbira, irnexxielu jipproduci bicciet zghar tad-djamant - li wriehom lil kulhadd. Illum nafu li bit-temperaturi u pressa li Moisson uza kien impossibli li jifforma djamanti u bhal xi alkemisti taz-Zminijiet tan-Nofs, irrikorra ghal frodi jew huwa stess jew (forsi wkoll b’cajta) l-assistenti tieghu. Kultant issib esperimenti li tant jidhru ideali u perfetti li jinqala’ suspett li xi rizultati gew irrangati xi ftit. Per ezempju, ir-rizultat tal-Bijologista Awstrijakk Gregor Mendel (1822 – 84) minn esperimenti fuq l-eredità fil-pjanti tant huma tajbin li jew Mendel ghamel hafna ricerka qabel ma beda dik rapportata jew li rranga xi ftit ir-rizultati. Intant din id-darba l-ligijiet ta’ l-eredità li skopra Mendel kienu genwini ghax gew mill-gdid skoperti minn ohrajn u saru l-bazi tal-genetika moderna. Kultant, barra mill-herqa ghal xi skoperta li ggib prestigju personali jkun hemm ukoll certi patrijottizmu. Ftit wara li l-Germaniz Wilhelm Rongten (1845 – 1923) sab ir-raggi eletromanjetici li modestament semmiehom raggi X, il-Franciz Rene Blondlot (1849 – 1930) habbar li sab raggi ohra li sejhilhom raggi N (ghal Nancy, il-post fejn kien jahdem). Imma ripetizzjoni ta’ l-esperimenti tieghu ma rrizultawx f’dawn ir-raggi. Anzi meta osservatur nehha baxx baxx bicca apparat, Blondlot kompla jghid li qed jara dawn ir-raggi u meta sar jaf x’kien ghamillu tghidx kemm sahan. Mid-dehra Blondlot xtaq hafna jgib prestigju xjentifiku lil pajjizu li dak iz-zmien kien rival kbir tal-Germanja.
Dawn l-ezempji, u hemm iktar, juru l-element uman fix-Xjenza, element li ovvjament huwa parti inevitabbli. Imma proprju huwa minhabba dan ir-riskju li meta fix-Xjenza tithabbar xi haga gdida hemm bzonn ta’ tant xhieda rigoruza u verifikabbli. U iktar ma tkun xi haga straordinarja u mbieghda minn dak li b’tant esperimenti nafu li huwa veru, iktar dawn il-verifikazzjonijiet iridu jkunu intensivi u metikoluzi. Ix-Xjenza hija miftuha ghal kull skoperta sakemm tkun fil-linja tal-metodu xjentifiku bl-induzzjoni (tibda mill-ideat) imma l-iktar bid-deduzzjoni (tibda mill-gbir ta’ osservazzjonijiet). U fix-Xjenza nstabu affarijiet ferm strambi – mid-dinja tant inkonfondibbli subatomika tal-quantum ghall-quasars u l-black holes ta’ l-ibghad spazju. Gieli dawk li huma kontra x-Xjenza jaraw dawn l-ezempji ta’ zbalji, tbaghbis, frodi u reati ohra bhala difett fix-Xjenza. Imma l-fatt li nqabdu u li huma pjuttost rari juru li huwa kwazi impossibli li tiskappa mix-xibka fina ta’ l-esperimentazzjoni, provi u verifikazzjonijiet oggettivi. Jekk hemm xi nuqqas ta’ integrità huwa fix-xjentisti (li wara kollox juru l-firxa tal-karattri umani). Intant, dment li l-metodu xjentifiku jibqa’ kif inhu jibqghalna arma tajba hafna biex insiru nafu kif l-affarijiet li sibna lilna nfusna nistaghgbu f’nofshom – minkejja x’jistghu jippruvaw iqarrqu xi xjentisti li wara kollox ghandhom taghhom ukoll.
FORSI JINTERESSAWK Risposta ta’ awtur
Fl-ewwel serata tal-play ‘Arms and the Man’
l-udjenza qamet bil-wieqfa “L-anqas lili ma tant toghgobni din il-play imma x’nistghu naghmlu jien u int kontra folla bhal din?!” L-udjenza dahket bil-qalb u min kien jibbuwja waqaf hesrem. Ghad li s-sigaretti jaghmlu l-hsara …
“Jekk Clark Gable joffrilek sigarett, x’tahseb li jkun jismu s-sigarett?” U wiehed wara l-iehor – u n-nisa wkoll – ferhana jiddikjaraw: “Bla dubju ta’ xejn ikun De Reszke.” Izda darba wiehed minn dawn in-nies wiegeb: “Ikun miraklu ghax Clark Gable lili ma jafnix u zgur mhux se joffrili sigaretti!” L-umiltà hi stramba. Malli tahseb li hi ghandek tkun gà tliftha. Ghall-akbar glorja ta’ Alla
“Staghgibt meta rajt il-perfezzjoni ta’ xoghol marbut ma’ l-Istatwa tal-Libertà. Zgur li Bertoldi – l-artist li hadem l-istatwa – qatt ma holom li xi hadd ser joqghod idur go helicopter madwar ras l-istatwa. Basar li dak ix-xoghol ma ser jarah hadd ghax minn isfel ma kienx jintlemah. U anke kieku kien jidher minn dik id-distanza ma kienx jehtieg perfezzjoni. Izda l-iskultur hadem il-partijiet bi precizjoni kbira ...ghad li qatt ma haseb li ser jinflew. Ma hadimx ghal ghajn in-nies imma f’isem is-sengha u l-arti.” Anke fil-hajja t-tajba. Hawn min jisma’ quddiesa biex ommu ma tgergirx jew biex jimpressjona lill-gharusa. Hafna drabi ma jdumx jirrecta. Izda min jaghmel it-tajjeb ghax jemmen jibqa’ jwettqu anke b’hafna diffikultà u tfixkil. Ghax, bhal Bertoldi, ma jkunx jahdem ghal ghajn in-nies. Sur Magistrat …. Fil-Qorti, il-Magistrat instema’ jghajjat: “Kemm ser iddum tigi quddiemi. Imissek tisthi. Ghax ma tibdilx il-kumpanija li maghha qed taghmilha?” “Sinjur, fl-ahhar ghoxrin sena l-iktar li ghamiltha kien ma’ avukati, pulizija u magistrati.” Idea tajba Mistoqsija: X’taghmel quddiem it-tentazzjoni? Twegiba: Tant inkun imhabbat li anqas nintebah li nkun ittentat! AMULETI - jew dak li l-bniedem holom li seta’ jehilsu mill-hazen IT-TEWM Tidher stramba Izda anke t-tewm spicca mal-lista ta’ oggetti li l-bniedem uza biex jehilsu mill-hazin. L-istorja tehodna lura mal-elfejn sena. U l-varjazzjoni ta’ affarijiet li suppost li jharsek minnhom hi twila hafna … minn maltemp fuq il-bahar ghall-periklu tal-barri fl-arena tal-barri spanjol sal-biza’ li tisfronda xi mina fuq xi hadd.
Jinghad li originat minn marka li ghamel b’siequ x-xitan hu u jitkecca mill-genna. Forsi r-riha li thalli f’fomm min jikolha ghenet hafna ghall-poteri li nghatat. Xi whud rawha importanti li ddendel ftit mat-tarbija sa meta tghammidha!!
Kieku l-bniedem kellu jafda f’idejn Alla Zgur li la kien ikollu bzonn tewm u anqas elf haga ohra. Izda l-bniedem rari ntreha f’idejn Alla. Rari qal bis-serjetà: “...ikun li trid int kif fis-sema hekkda fl-art.” Xtaq li jkunlu x’jixtieq mhux x’lesta Alla ghalih. U ghalhekk ipprova elf mod kif ihares ruhu minn forzi li ghalih kienu ghedewwa. Dak li ma kienx fil-pjan tieghu rah xkiel. Qatt ma dahhal f’mohhu li Alla hu ferm aqwa mix-xitan. U ghalhekk xejn ma jista’ jigrilu li llum jew ghada stess ma jintebahx li dak li ghadda minnu kien ghall-gid tieghu stess. Jahasra! Daqsxejn ta’ talba tiswa daqs it-tewm kollu li jkabbar... TINSIEX IXXOMM IL-FWIEHA TAL-WARD
B’harsa helwa ta’ riflessjoni fuq wiccha, hadet nifs ‘il gewwa u bdiet tghid: “Qabel ma nitilqu llum nixtieq li naqsam maghkom xi hsibijiet li ma ghandhomx x’jaqsmu mal-lezzjoni tas-soltu imma nhoss li huma mportanti hafna. Kull wiehed minna qieghed fid-dinja biex jitghallem, jaqsam, ihobb, japprezza u jaghti lilu nnifsu lill-ohrajn ...u hadd minna ma jaf din l-esperjenza sabiha meta ser tintemm. Tista’ ttehdilna kull mument. Forsi dan hu l-mod ta’ kif Alla jghidilna biex nghixu ‘l hajjitna mill-ahjar li nistghu kull jum li jghaddi.” Ghajnejha bdew idemmghu. Izda hi xorta ssoktat: “Ghalhekk nixtieqkom li tweghduni ...li mil-lum ‘il quddiem kull meta tkunu gejjin l-iskola jew sejrin lejn id-dar osservaw xi haga sabiha. Mhux bilfors tkun xi haga li taraha ...tista’ tkun riha ..riha tfuh ta’ hobz frisk ...jew forsi li tisimghu ...il-hoss tar-rih qalb xi frieghi ta’ sigra ...fewga friska ghad-dell ta’ hajt sajfi ...inkella forsi l-mod ta’ kif id-dawl ghodwi jixghel il-weraq niedi. Ghad li forsi jimstemghu bla sens huma dawn il-hwejjeg zghar li jsebbhu lil hajjitna. Dawn huma parti minn hajjitna u nkunu qed nitilfu hafna jekk ma ahniex kapaci napprezzawhom. Huma hwejjeg li bosta ma jaghtux kashom. Izda ahna le. Irridu naghmluha priorità li ninnotawhom, kull hin ...ghax jistghu jittehdulha minn mument ghall-iehor.” Hadd ma tniffes. Gbarna l-kumplament tal-kotba li kien fadal barra u hrigna mill-klassi bla ma lissinna kelma. Dakinhar, jien u sejjer lejn id-dar innotajt hwejjeg godda aktar mill-kumplament tal-granet kollha li kont qattajt l-iskola. Kultant niftakar f’dik l-ghalliema u niftakar l-impressjoni li halliet fina, u nipprova napprezza dawk il-hwejjeg zghar, li bosta, bl-aljenazzjonijiet tal-hajja anqas biss jaghtu kashom. Ibda innota xi haga gdida. Oqghod hafi fejn tista’. Imxi fuq ir-ramel ma’ nzul ix-xemx. Iggosta l-ikel sa l-ahhar u mhux semplicement tiekol biex tghix. Ghaliex aktar ma nikbru, ma jiddispjaciniex ghall-hwejjeg li ghamilna izda li stajna ghamilna u ma ghamilnihomx. |