IL-HBIEB ISEJHU
Ottubru 2004 | Harga Nru. 4
58
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-EDITORJAL

Kien ghaddej helu helu fi triq dritta, isuq bil-lajma ghax ma kienx mghaggel.  Imma f'daqqa wahda ha l-qatgha ta' hajtu meta minn triq tal-genb harget karozza u spiccat imsammra ma' tieghu. Hareg mill-karozza tieghu f'daghdigha izda s-sewwieqa tal-karozza l-ohra kkalmatu:

"L-importanti li ma weggajtx!"
"Ma tafx x'qatgha tajtni!"
"Nista' nahseb. Jiddispjacini."

U dlonk harget flixkun whisky u tazza tal-plastik u offrietlu drink.

Ir-ragel legligha bil-qalb u l-mara offrietlu grokk iehor u iehor. U malajr legleg xi hames grokkijiet jew sitta. Ghalkemm kien ghadu msahhan ghall-incident hassu grat lejn it-tjubija ta' din il-mara li ppruvat tghinu jeghleb il-qatgha li kien ha.  U rringrazzjaha ghall-qalb tajba taghna. Izda malajr gidem ilsienu meta waslu l-pulizija u l-mara qaltilhom:

"Ippruvawlu kemm ghandu alkohol fih u tkunu tafu min hu l-htija ta' l-incident."

Xi hadd darba qal "ix-xitan jaf iwassal bomba f'kaxxa mgezwra b'karti sbieh u kkuluriti."  Inkunu boloh meta nhallu l-apparenzi jmexxuna u l-hazin ma jsir qatt tajjeb anke jekk min joffrihulna jzieghel bina u jcarrat halqu bi tbissima.


MID-DJARJU TA' DR A J CRONIN

Nistqarr li kont sejjer tajjeb bhala tabib. Kelli klijentela eccellenti u finanzjarjament zgur li ma kellix ghalfejn ingerger. Izda kont inhoss certu vojt fija li qalja kont naf x'inhu. Mentalment kont inhossni ghajjien hafna aktarx htija tas-sighat tax-xoghol li kont naghmel. Iddecidejt li nfittex parir mediku u d-decizjoni kienet li niehu ftit xhur ta' mistrieh. Ninsa x-xoghol ta' tabib. Nerga' lura lejn l-Iskozja u noqghod sitt xhur hemm. Maqtugh mill-hajja tas-soltu. Peress li f'qalbi dejjem hassejt x'jimbuttanti biex nikteb xi storja, iddecidejt li dan il-hin ta' mistrieh niddedikah ghal dan il-ghan. U hekk bdejt nikteb.

Kellna dar ghall-kwiet u t-tfal kienu jimirhu ferhana fil-madwar. Haga li qatt ma setghu jaghmlu Londra. U jien kont nintasab kmieni kmieni f'kamarti u nibda nhazzez hsibijieti fuq pitazzi taz-zewg soldi. Nikteb pagna wara pagna. Kultant inhossni kuntent b'li kont naghmel u drabi ohra nhoss li kitbieti ma tiswiex karlin. Iddecidejt li nibghat kopja ta' dak li kont ktibt lil dar ta' pubblikazzjoni biex inkun naf kif jahsbuha dwar xoghli. Izda bqajt bla risposta. Hassejt li tieghi kien zmien mitluf. Qbadt il-pitazzi u ghaffigthom. Imbaghad qbadt it-triq li kienet isserrep gor-raba' u tlaqt bla ma naf ezatt fejn ser twassalni.

Iltqajt mal-bidwi Argus. Konna sirna hbieb u kont ghidltu bil-hsieb tieghi li nikteb ktieb. Staqsieni fejn wasalt u meta ghidtlu x'kont ghamilt immuta. Ma qalli xejn. Imbaghad tenna qisu ma qed jitkellem ma' hadd.

"Dil-bicca raba' ilha generazzjonijiet f'idejn il-familja taghna. Nannuwi kien jahdimha bit-tama li ssir ghalqa ghammiela. Missieri ghamel l-istess. U issa kien imiss lili. Ittamajna ghalxejn izda bqajt nahdimha ghax nemmen bi shih li xi darba din ir-roqgha raba' ghad issir ghammiela."

Infridna u jien grejt lura d-dar u ergajt gbart il-pitazzi li kont ghaffigt.  Bhal Argus ridt nibqa' nahdem minkejja li ma kontx qed nara success.  U ma ddispjacinix. Illum dawn iz-zewg pitazzi ta' zewg soldi xterrdu mad-dinja fin-novella ‘Hatter's Castle'. Storja li nbieghet fuq tliet miljun kopja, giet tradotta f'iktar minn 20 lingwa u saret film. Tat ukoll id-daqqa tal-mewt lill-karriera tieghi ta' tabib. Issa kont sirt kittieb.

Qatt m'hu tard wisq li tibdel jekk thoss li din li qed tpassi mhix triqtek.


DR CORONATO GRECH M.D. IKOMPLI JIKTBILNA DWAR 

IL-WIDNEJN

Xi nuqqas ta' smigh huwa inevitabbli fix-xjuhija meta kollox jibda jnaqqas fl-efficjenza.  L-attentat biex titranga din is-sitwazzjoni huwa qadim hafna – xi oggetti f'forma ta' lembut li nstabu f'Pompej aktarx li kienu attentati biex jghinu lill-widna tisma' ahjar.  Nuqqas ta' smigh totali huwa ta' dizastru, bil-pazjent jghix f'dinja totalment siekta u bil-komunikazzjoni ssir difficli… u minghajr il-gost sublimi tal-muzika.  F'dan l-aspett l-iktar persunagg famuz tragiku kien il-kompozitur Germaniz Ludvig van Beethoven (1770 – 1827) li fl-ahhar snin ta' hajtu spicca trux ghal kollox; xi bicciet mill-isbah muzika li hallielna semaghhom biss f'mohhu.

Intant, ghalkemm il-bniedem biss donnu kapaci jaghmel muzika permezz ta' strumenti li vvinta, hafna annimali ghandhom sens tajjeb ta' smigh li huwa addattat ghad-dinja partikulari taghhom.

Il-widnejn fl-annimali: Hafna annimali ghandhom sens ta' smigh (u ta' bilanc), ghalkemm hemm varjazzjoni fl-ghamla u sensittività ta' l-organi, b'xi whud, bhall-friefet il-lejl, qtates, klieb u xi nsetti, kapaci jisimghu hsejjes li ahna ma nisimghux.

Xi nsetti ghandhom speci ta' widnejn li jikkonsistu biss f'membrana li tivvibra mal-hsejjes u li tinsab f'partijiet diversi tal-gisem imma qatt fir-ras.  Per ezempju f'xi gurati, fl-iwriezaq u f'xi bahrijiet dawn qeghdin fil-gnub taz-zaqq waqt li, f'xi gurati ohra u f'hafna grilli, qeghdin fis-saqajn ta' quddiem.  Insetti ohra ma ghandhomx dawn il-widnejn imma jisimghu b'antenni prominenti ta' xaghar sensittiv fuq ir-ras jew f'postijiet ohra tal-gisem. Per ezempju hafna speci ta' nemus u nemel ghandhom dawn l-antenni fir-ras waqt li hafna speci ta' hanfus ghandhom dawn l-antenni fin-naha ta' wara taz-zaqq.  Hafna dud ghandhom ukoll xaghar matul gisimhom kollu.

Il-hut certament jisma' ghalkemm ma ghandhomx widnejn esterni u lanqas tambur, ghalkemm hemm bhal zewg dahliet ikkumplikati fuq kull naha tar-ras li jmissu mal-buzzieqa ta' l-arja li hafna hut ghandhom f'zaqqhom.  F'xi hut hemm anke katina ta' ghadmiet zghar biex jaghmlu l-konnessjoni u jzidu s-sensittività tas-smigh.  Il-hoss jilhaq il-widnejn ukoll billi jghaddi mill-gisem kollu tal-huta.  Fil-hut hemm ukoll l-ewwel organu tal-bilanc, tubi b'likwidu u particelli jew otoliti li jinfurmaw lill-mohh dwar il-movimenti u l-pozizzjoni tar-ras biex imbaghad il-mohh jiehu l-azzjonijiet mehtiega.

L-amfibji ghandhom widnejn tan-nofs u ta' gewwa ghalkemm mhux ta' barra.  Fiz-zring wara l-ghajnejn hemm bhal membrana f'forma ta' diska li sservi ta' tanbur.  Il-widna tan-nofs fiha ghadma wahda li tghaddi l-vibrazzjonijiet ghal widna ta' gewwa fejn jibdew in-nervituri li jiehdu ghall-mohh.

Fir-rettili s-sens tas-smigh ivarja hafna.  Il-bicca l-kbira ghandhom widnejn tan-nofs, b'ghadma wahda, u ta' gewwa ghalkemm il-kukkudrill ghandu tinja li tipprotegi l-widna mill-ilma.  Però hafna sriep ma ghandhomx widna tan-nofs u ta' gewwa u ghalhekk ma jisimghux hsejjes gejjin mill-arja ghalkemm ihossu minn ma' gisimhom kollu hafna vibrazzjonijiet gejjin mill-art.

(Dr Grech itemm dan l-artiklu fil-harga ta' Novembru)


FORSI JINTERESSAWK

Hsieb laterali

Jason Hodges jirrakkonta li f'parking kbir quddiem knisja kattolika, ragel u mara dehru gejjin f'karozza.  Ir-ragel hareg u l-mara dahlet minfloku biex issuq.  U bdiet tipprova tipparkja.  Izda tghidx kemm laqtet karozzi qabel ma rnexxielha ddahhal il-karozza f'postha. Jason ma hamilx u mar fuqhom.

"X'intom taghmlu?"
"Qed nghallem lil marti ssuq u tipparkja."
"Allura ggibha hawn f'dan il-parking?"
"Ghax hawn ma jkunx hawn ghassies u la darba jkunu dahlu fil-knisja ma johorgux qabel tliet kwarti.  Nahseb li taqbel mieghi li dan hu l-ahjar post."


Hin il-prova

Meta jkunu jharrgu l-klieb tal-pulizija jghadduhom minn hafna tentazzjonijiet qabel ma jaghtuhom id-diploma ta' success. Ikunu hdejn sidhom u jibdew it-tentazzjonijiet.  Issa bicca laham tfuh imma ghal kelma ta' sidhom ‘tmisshiex', il-kelb jilghaq xofftejh imma ma jitharrikx.  Imbaghad jitfghu xi sausage qrib tieghu imma l-istess, ghal kelma ta' sidu ma jikolhiex.  Izda hafna jaqghu ghat-tielet tentazzjoni meta jitilqulhom qattus ckejken u minkejja l-ghajjat ta' sidhom hafna klieb juru li ma humiex kapaci jeghlbu l-istint naturali.

Alla jizen l-ghotjiet taghna b'kemm inzommu ghalina.  


Dlam imdawwal

Id-dlam xtaq jistieden lix-xemx biex tghaddi ftit fil-ghar tieghu mohbi 'l gewwa f'muntanja kbira li biex tilhaq it-tarf tieghu ridt iddum isserrep ghal bosta mili.  Hemm gew qatt ma kien ra d-dawl u d–dlam kien ferhan li hadd ma seta' ghalih.

"Ejja," qalilha lix-xemx, "halli int ukoll ikollok l-esperjenza tad-dlam."

U x-xemx laqghet l-istedina ghax f'qiegh qalbha xtaqet li tghix din l-esperjenza l-gdida mqar ghal ftit sighat.

Izda ghalkemm dahlu ferm 'l gewwa d-dlam ma kienx hemm... kien qed jaghmel wisa' lid-dawl.

Dawl ix-xemx warrab id-dlam... it-taghlim iwarrab l-injoranza. It-tnejn ma joqoghdux ma' xulxin.


Baqa' jistennieh

Hemm leggenda li tghid li f'jum il-Gudizzju Universali kien hemm ferh u briju kbir fil-genna.  Kulhadd ferhan ...hlief ghal wiehed.  Gesù kien jidher imdejjaq ...wahdu fejn il-bieb.  Pietru lemhu u telaq bilgri.

"X'ghandek Mulej?  Ghala qieghed wahdek hdejn il-bieb?"
"Qed nistenna lil Guda!"

Gesù ma jaghmilx limiti ghall-mahfra.


Waqt priedka

Ha naghsa helwa u malli stenbah staqsa lil ta' ma' genbu:

"Mela ghadu ma spiccax?"
"Ilu li spicca jghallem ...imma ghadu sejjer!"


AHBARIJIET TA' INTERESS

IZZEWGU

Anthony Bugeja ta' Triq l-Emigranti lil Florence Garcia ta' Triq San Blas;
Joe Paul Rapa ta' Triq San Blas lil Erica Josette Camilleri ta' Triq il-Qala;
Marilyn Sammut ta' Triq San Blas lil Josef Saliba (Xaghra);
Christopher Portelli ta' Triq l-Imgarr lil Fiona Grima (Victoria);
Angie Refalo ta' Triq San Blas lil Charles Gatt (Xaghra).

Filwaqt li nawgurawlhom futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb.  Il-familja li titlob flimkien, tibqa' flimkien.


IL-LAQGHA TA' SETTEMBRU

Il-laqgha saret erbat ijiem qabel il-festa tal-Bambina u ghalhekk kien xieraq li naghmlu lezzjoni b'differenza dwar il-Madonna u d-devozzjoni lejha.  Kellna hsibijiet u qari ta' esperjenzi dwar ommna tas-sema.  Dawk prezenti hadu gost jisimghu dwar il-hajja ta' Patri  Olandiz Titu Brandsma li miet fil-kamp ta' koncentrament ta' Dachau u n-nurse li tatu l-injezzjoni fatali kkonvertiet permezz tal-kuruna tar-ruzarju li taha mumenti qabel inghaqad mal-hallieq tieghu.  Aktar vicin taghna kienet esperjenza li certu Oliver Howard ippubblika fuq gurnal lokali xi ftit tax-xhur ilu.  F'din l-esperjenza jattribwixxi  lill-Madonna ta' Pinu s-salvazzjoni tieghu u ta' dawk li kien responsabbli minnhom fit-28, 29 u 30 sular tat-Trade World Center Two.  Dawk kollha prezenti nghataw kuruna tar-ruzarju biex jiftakru fil-qawwa ta' din it-talba li tatna ommna tas-sema.

Fl-inkwadru tal-Madonna li tellajna wara l-laqgha tela' Josef Buttigieg ta' Triq San Indrija.  Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.


LAQGHA SPECJALI

Quddiesa b'suffragju ta' Dun Mikiel Attard... il-qassis twajjeb li beda l-laqgha tal-guvintur fil-Qasam taghna. 

Kien Awissu tas-sena 1965 meta t-twajjeb Dun Mikiel holom bil-laqgha tal-guvintur.  Wara l-festi li saru fl-okkazjoni tal-ftuh u t-tberik tal-Qasam il-gdid konna organizzajna laqgha ghall-guvintur.  Laqgha ta' darba.  Izda Dun Mikiel xaq li tibqa' ssir kull xahar.  U qal b'din il-holma tieghu lill-guvintur prezenti.  Dawn hadu gost bl-idea u weghduh li jaghmlu hilithom biex jibdew jattendu.  U frott din il-holma twieled ukoll il-fuljett ‘Il-Hbieb Isejhu' li kellu jfakkar lill-guvintur tar-rahal fil-laqgha taghhom.

U hekk kull l-ewwel Sibt, Dun Mikiel, mhux biss kien jahseb ghal xi kelliemi biex iwassal il-messagg, imma kien ukoll jintasab fit-tarf tas-sqaq biex bil-prezenza tieghu jfakkar lill-guvintur fil-laqgha taghhom.  U dam jaghmel hekk ghal bosta snin sakemm id-djocesi assenjatlu xoghlijiet u mpennji ohra li ma ppermettulux jibqa' jattendi regolari ghal dawn il-laqghat.  Izda qalbu baqghet dejjem mal-laqgha li hu kien welled.

U issa li Dun Mikiel halliena nhossu li hu dmir taghna li nibqghu niftakru fih.  U proprju fil-laqgha ta' l-ewwel Sibt ta' Ottubru – li b'kumbinazzjoni tahbat 65 jum ezatt minn mewtu biex nghaqqduha mas-sena li bdiet il-laqgha – ser naghmlu quddiesa b'suffragju.  Ser iqaddisha Mons Salv Muscat, l-Arcipriet tal-parrocca.

U ghal din il-quddiesa ser ikunu mistiedna mhux biss il-guvintur tal-lum imma wkoll dawk li llum huma mizzewgin imma matul is-snin attendew xi darba ghal din il-laqgha.  Ejjew flimkien naghtu omagg lil dan is-sacerdot twajjeb li tant hadem biex nebbet u xettel din il-laqgha li ghal kwazi erbghin sena wasslet messagg nisrani lil mijiet ta' guvintur Nadurin.


EKU EVANGELIKU FI ZMINIJIETNA

[Jum minnhom il-Farizej gergru ma' Gesù ghaliex id-dixxipli tieghu ma kinux iharsu certi ligijiet.  Gesù qalilhom:]

"Is-Sibt sar ghall-bniedem
u mhux il-bniedem ghas-Sibt."  {Mk 2:27}

Il-film ‘The Snake Pit'
hu dwar id-destin ta' xi morda mentali
f'manikomju stil antik.
F'xena minnhom, xi hadd xtara tapit
ghas-salott tal-manikomju.
Izda dawk li kien hemm
jiehdu hsieb l-isptar
qalu lill-pazjenti biex
iduru madwaru
biex b'hekk ma jithammigx.
Hekk ghamlu
u l-iskop tat-tapit intilef.

Gesù gibed punt jixbah lil dan.
Ifakkar lill-Farizej
li l-Ligi qieghda hemm biex isservi lill-bniedem
u mhux il-bniedem biex iservi l-Ligi.

F'liema cirkustanzi jien qed nipperikola
li npoggi l-ligi jew l-oggetti
qabel in-nies?

Ahjar tkun qalbek tajba d-dar
milli tahraq l-incens f'post imbieghed.
QAWL CINIZ


IL-HMAR

Bidwi kellu l-isfortuna li l-hmar tieghu jaqaghlu go bir. Il-bhima damet sighat shah tghajjat u tibki filwaqt li l-bidwi kien jahseb x'jista' jaghmel. Fl-ahhar qataghha. L-annimal kien xih, u l-bir kien irid jordmu.  Ma kellux ghalfejn itella' l-bhima.

Stieden lill-girien u lill-hbieb biex jghinuh. Qabdu pala u bdew iwaddbu l-hamrija u t-terrapien ghal gol-bir u l-povru hmar beda jaghti biz-zewg u jiddispra.  Izda f'daqqa wahda ma baqax jinstema' twerziq tiela' mill-bir.  Hadd ma stenna li ser jilbet daqshekk malajr.

Ftit pali aktar tard, il-bidwi ttawwal fil-bir.  Ma riedx jemmen lil ghajnejh.  Ma' kull pala li kienet tispicca fuq dahru l-hmar kien jaghmel xi haga li hu qatt ma stennieha.  Kien ifarfar dak li jispicca fuq dahru u jitfghu taht saqajh.  U hekk baqa jaghmel ma' kull pala.  Bil-mod il-mod beda tiela', tiela'.  Ma damux wisq ma raw il-hmar jaqbez 'il barra mill-bir.

Xi kultant il-hajja tixhtilna t-terrapien fuqna.  Sabiex nohorgu mill-bir hemm bzonn li nfarfruh u nitilghu fuqu.  Nuzaw l-istess terrapien ta' vantagg ghalina nfusna.  Il-problemi taghna jistghu jkunu ghajnuniet.  Nistghu nitilqghu mill-aktar bjar fondi billi ma nilbtux… qatt ma naqtghu qalbna.  Tfarfar u aqbez fuqu!

Ftakar fil-hames regoli biex tkun ferhan:

1. Nehhi l-mibeghda minn hajtek – Ahfer.
2. Nehhi l-inkwiet minn mohhok – Hafna nkwiet ma jsehhx.
3. Ghix hajja semplici u apprezza dak li ghandek.
4. Aghti aktar.
5. Stenna inqas.
 

Fl-ahhar:

Jghidu li l-hmar gidem lil sidu talli ried jaghmillu hekk u l-bidwi miet bl-infezzjoni tal-gidma!  Dak li trid taghmel lil haddiehor idur fuqek.


KUN OTTIMIST

Il-hajja f'din id-dinja hi gholja,
imma ghandek gratis dawra madwar ix-xemx darba fis-sena.

Hu gost meta taghlaq sninek.
Aktar ma jkollok – aktar tghix.

Il-ferh jidhol minn bibien
li anqas tkun taf li hallejt imbexxqa.

Qatt innotajt li min jasal tard
bosta drabi jkun ferhan
hafna iktar minn dak li halla jistenna?

Bosta minna jispiccaw fil-qabar
bil-muzika taghhom ghadha fihom.
 

Int tista' tkun bniedem wiehed fid-dinja
imma tista' tkun id-dinja ghal bniedem wiehed.

Certi zbalji fihom hafna dahk
biex taghmilhom darba biss!!

Tibkix ghax ghaddiet;
tbissem li saret.
 

Bniedem ferhan hu dak
li kapaci japprezza x-xenarju
meta jkollu jibdel it-triq.

Nistghu nitghallmu hafna minn kaxxa kuluri:
uhud pil-ponta; ohrajn sbieh;
x'uhud skuri, ohrajn jisimghhom stramb;
u kollha ta' kulur differenti... imma
kollha jghixu hienja fl-istess kaxxa.