
|
Ottubru 2006 - Harga Nru
482 Kienu
grupp ta’ sitt guvintur… jaghtu fastidju lix-xemx ghaddejja...jinkwetaw
lil kulhadd imma huma ma jinkwetaw b’xejn. U ftehmu li jiehdu holiday flimkien. Imbarkaw fuq vapurett li kellu jwassalhom fuq
gzira zghira fil-Mediterran… u hemm iqattghu xahar camping… boghod mill-ghajnejn gharriexa tan-nies. Fuq
il-vapur kemm-il darba ppruvaw jigbdu saqajn il-bahrin u l-passiggieri u
anqas iddardru jittentaw xi ftit lill-kaptan meta rawh jingabar ftit u
qabel l-ikel itenni xi talba qasira.
“Mela ghadek temmen
kaptan?” staqsieh xi hadd minnhom bid-dahka.
“U
nibqa’. Bla fidi ma tghix ta’ nies imma ta’ annimal.”
“U x’temmen kaptan..x’temmen?” staqsa
dlonk l-iehor imbissem.
“Li
jien u int u kulhadd qeghdin f’idejh u ghandna lkoll nirringrazzjawh
ta’ kulma jaghmel maghna.”
“Ahna ma tantx nitolbu ghax ftit insibu hin.” Jum
minnhom qamet maltempata qalila. Il-vapurett deher joghla u joghdos qisu
kaxxa sulfarini. Iz-zghazagh twerwru. Intasbu f’rokna u wiehed minnhom
beda jtenni xi talb biex il-Mulej jehlishom. F’daqqa wahda raw
il-kaptan.
“X’tahseb?” qalulu.
“Ma niftakarx maltempata bhal din. Jekk nehilsu jkun miraklu.”
“Ejja itlob maghna,” stiednu
wiehed minnhom imwerwer.
“Habib, jien nitlob
fil-bnazzi. Fil-maltemp dmiri jkun kif ser inwassal il-vapur sal-port.” Ghal
xi whud it-talb jezisti biss waqt il-mard jew xi salib iehor. Meta ser
nifhmu li lil Alla ghandna bzonnu dejjem u mhux biss meta nidhlu f’xi
saram. Ejja nieqfu ftit u ghalkemm forsi l-bnazzi xorta ntennu xi talba
sabiha biex meta jinqala’ l-maltemp ma nitwerwrux. Nifhmu li fis-sema
ghandna missier li jaf bina u lest dejjem jghinna. KUCCARINA GHASEL FI TRIQ IL-HAJJA Bhas-soltu
nhar ta Sibt ic-ckejken John kien
jitlaq kmieni lejn il-gnien ta’ biswithom. Jum
ta’ vaganzi li fih jistrieh u
jserrah ukoll lil ommu li kien ikollha hafna x’taghmel. Gera
ma’ shabu u tbandal bi shih u
meta ghejja waqaf u ntasab fuq bank fetah
il-kolazzjon u beda jnaqqar. Dlonk
fejnu resaq xwejjah li
qaghad ihares lejh bil-hniena John
offrielu parti mill-kolazzjon
tieghu li
x-xih accetta bil-qalb u
lefilfu f’hakka t’ghajn. Waqt
li ghannaq mieghu lic-ckejken
tbissimlu u qallu: “Tkun
imbierek ibni… kont
bil-guh mejjet anqas
sahha nterraq ma kien baqaghli.” U
c-ckejken tant inhakem mit-tbissima li
dlonk qallu: “Fadalli
iktar u jien m’iniex bil-guh.” U
tah bicca hobz ohra li
x-xih rega’ leflef f’daqqa u
mill-gdid haddan lit-tfajjel u
bil-qalb tbissimlu. U
meta wasal hdejn ommu qalilha: “Mummy
illum rajt il-Mulej. Kien
bil-guh u tmajtu u
tbissimli u ghannaqni u ghamilni verament ferhan.” F’rokna
ohra tal-belt ix-xwejjah
kien ghaddej iterraq jitbissem
ferhan u
jtenni f’qalbu: “Qatt
ma bsart li l-Mulej hu tant ckejken kont
naghmlu ikbar u bid-daqna. Imma
xorta ntbaht li kien hu ghax
hadd ma kien ser irejjaqni b’tant
hlewwa u sabar.” U
dik il-lejla t-tnejn raqdu
ferhana zguri
li dakinhar kienu iltaqghu mal-Mulej it-tifel
rah fit-tbissima u tghanniqa u
x-xih fil-hniena u s-sabar. Hekk
kapaci taghmel kuccarina
hnien mohbija fi tbissima meta
ahna noffruha lil dawk li jkunu jterrqu fi
triq il-hajja. DR
CORONATO GRECH M.D. jiktbilna
dwar… IL-MAGIJA
TAL-KULURI Minghajrhom
din l-ezistenza tkun litteralment monotona1 imma bihom tiehu tant
sbuhija u varjazzjoni. U tkun iktar pjaceovoli u utli. Imma fil-hajja ta’
kuljum spiss mghaggla u mhabbta, aktarx nehduhom bhala zguri u forsi ftit
nieqfu u nikkunsidraw x’differenza jaghmlu. Merhba ghad-dinja tal-kuluri! X’inhuma
dawn il-kuluri? Biex nifhmu l-kuluri rridu, bhalma ssuggerixxa Aristotli
(384-322qK) tant snin ilu, nifhmu daqsxejn id-dawl. Id-dawl, li kurjozament
huwa nvizibbli minn xhin jitlaq mis-sors sa ma jigi rifless, huwa forma ta’
energija elttromanjetika li, wkoll kurjozament, jista’ jitqies bhala
sensiela ta’ mewgiet zghar2 jew particelli – photons.
Issa d-dawl ta’ frekwenzi differenti jidher f’kuluri differenti, waqt li
dawl b’tahlita ta’ frekwenzi bhad-dawl tax-xemx jidher abjad. Meta dan id-dawl
jghaddi minn go prizma jitferrex fi strixxa ta’ kuluri, jew spektrum, li
huma ahmar, orangjo, isfar, ahdar, blù u vjola, kif wera u spjega Newton
(1642 – 1757) li kompla biex bi prizma ohra rega’ gabar dan l-ispektrum u
ghamlu dawl abjad. Fin-natura naraw l-ewwel parti ta’ dan l-esperiment
fil-qawsalla fejn it-taqtir tax-xita jaghmilha ta’ hafna prizmi zghar, u
jifrex id-dawl tax-xemx f’qaws ta’ kuluri3; jew fil-kristalli
ta’ xi linfa; jew, b’mekkanizmu differenti (interferenza) fil-bziezaq
tas-sapun, f’xi petrol f’wicc l-ilma jew f’xi riflessjoni minn fuq
kompakt disk. Ghalkemm
l-ispektrum elettromanjetiku huwa ferm ikbar minn dik il-parti tad-dawl
vizibbli, ghax jibda mill-frekwenzi ferm gholja tar-raggi kosmici ghal dawk
ferm baxxi ta’ batterija ta’ kurrent dirett, l-ghajn umana hija sensittiva
biss ghal dak il-porzjon zghir li tarah f’kuluri. U din mhix kumbinazzjoni.
L-ghajn umana evolviet fuq pjaneta li ghandha atmosfera trasparenti ghad-dawl
abjad ta’ kewkba safranija (ix-xemx). Probabli li jekk evolviet xi ghajn fuq
xi pjaneti ohra b’ambjent differenti din tkun sensittiva ghal partijiet
differenti ta’ l-ispektrum4, kif sa certu punt ghamlu xi annimali
hawnhekk (ara aktar ’il quddiem). Ghalkemm
l-ispektrum tad-dawl fih sitt kuluri li bil-mod jinhallu go xulxin, però
fil-fatt hemm tlett kuluri bazici jew primarji li huma l-ahmar, l-isfar u l-blù.
Tahlita ta’ dawn tohrog il-kuluri sekondarji: jekk thallat l-ahmar ma’ l-isfar
johrog l-orangjo; jekk thallat l-ahmar mal-blù johrog il-vjola; u jekk
thallat il-blu ma’ l-isfar johrog l-ahdar. Issa hekk kif hemm tliet kuluri
primarji tad-dawl hemm ukoll tlett kuluri primarji taz-zebgha jew pigmenti.
Dawn huma l-isfar, l-ahmar u l-blù. Tahlita ta’ dawn taghti possibiltà
infinita ta’ zebgha. (Dr
Grech ikompli dan l-artiklu fil-harga ta’ Novembru) 1 Monotona, mill-Grieg ‘mono’ ghal wiehed u mil-Latin ‘tonus’ ghal hoss. U litteralment ghax il-hoss ivarja skond il-frekwenza u d-dawl ukoll ivarja skond il-frekwenza, ghax iz-zewg fernomeni huma trasmessi permezz ta’ mewgiet, ghalhekk huma fundamentalment differenti. Dawl ta’ kulur wiehed ukoll huwa ‘monotonu’. 2 B’daqs ta’ nanometri (fejn nanometru huwa wiehed minn biljun ta’ metru) u ta’ frekwenzi ghola (fir-regjun ta’ miljun biljun hertz – hertz jew hz., imsemmija ghall-Germaniz Heinrich Hertz 1857 – 94 u hija frekwenza ta’ ossillazzjoni wahda fis-sekonda. Per ezempju l-qalb li thabbat 72 fil-minuta ghandha frekwenza ta’ 1.16hertz. Tad-dawl u l-kuluri hija ferm ikbar! 3 Il-qawsalla tidher forma ta’ qaws mhux bhala purtiera kif forsi mistenni, minhabba l-mod kif id-dawl jghaddi mill-ilma. 4 U fuq din id-dinja l-atmosfera hija wkoll trasparenti ghal parti ohra ta’ l-ispektrum dik tar-radiowaves imma li ghalihom riedet tifforma ghajn ta’ daqs enormi – daqs ir-radjoteleskopji uzati fir-radjuastronomija! FORSI JINTERESSAWK Maghna
fl-iktar waqtiet difficli Gary
Schneider u tnejn minn hbiebu nqabdu f’maltempata tal-biza’ fuq
il-muntanja Hood, 9000 pied gholi, u boghod mill-abitat. Fettxewhom bi shih
imma wara xi granet qatghu qalbhom u ghoddewhom b’mejta. Izda
z-zghazagh kienu ghamlu ghar provizorju fis-silg u skennew fih, jistennew l-ghajnuna
u jghixu fuq razzjon limitat. Ghaddew
16-il jum u rega’ bnazza. Iz-zghazagh gew salvati. Meta xi hadd staqsa lil
Gary dwar il-biza’ u l-qtigh il-qalb li zgur hakimhom dan wiegeb:
“B’kumbinazzjoni
kellna kopja tal-Bibbja u sibna s-salm 62 li ghamlilna hafna kuragg u gaghalna
nemmnu li l-ghajnuna ghad tasal u ssalvana. Dan is-salm jghidilna:
‘Nistenna
b’tama kbira li l-Mulej isalvani
Jien
fil-Mulej nittama
Hu
l-kenn tieghi, ir-refugju tieghi, il-protettur tieghi.’” Min
jaf kieku ahna wkoll naghmlu din it-talba, it-talba taghna ta’ kuljum! Lecturer fl-Università
ta’ Oxford ta’ hafna snin ilu, assolutament ma kienx irid jara xebbiet
fil-kors li kien imexxi. Kien jghid li t-tfajliet ghad-dar gew mahluqin mhux
ghall-Università. U allura kien dejjem jibda l-lecture
tieghu bil-kliem “Dear
Gentlemen” anke jekk ikollu nofs l-udjenza xebbiet. U darba, biex jinkuh,
ix-xebbiet ftehmu mal-guvintur biex dawn ma jattendux ghal-lecture
u jhallu biss wiehed minnhom imur halli jaraw x’ser jaghmel. Dan hares
quddiemu u ra madwar tletin tfajla u guvnott. Beda l-lecture hekk: “Dear
Sir…” Mhux
facli hux tfiehem ras iebsa! Hadmu
Sultan
kien ilu marid hafna u kien gab hdejh bosta tobba imma ghalxejn. Sakemm darba
tfacca wiehed li rnexxielu jfejqu. U s-sultan ferhan qallu xi premju
jippretendi… kien lest li jaghtih nofs is-saltna. It-tabib
hares lejn kartuna li fuqha kien hemm impittra l-loghba tac-cess bl-64 kaxxa
taghha u qallu:
“Tini
qamha wahda ghall-ewwel kaxxa, irduppjaha ghat-tieni u kompli rdoppja ghal
kull kaxxa ohra.” Is-sultan
stenna li ser jitolbu rigal ferm ikbar u accetta bil-qalb imma meta l-kaxxier
ghamel is-somma totali tal-qamh sab li ebda mahzen ma jista’ jahzen tant
xkejjer. Il-hlas biex jakkwistaw dak il-qamh kollu kien fenomenali. Ara
tahdimiex int bil-calculator ...1, 2, 4, 16, 256, 65536, 42949672… u dan ghadna
fis-7 kaxxa. Ara fil-64 kaxxa x’somma telghet. Hekk
it-tajjeb u l-hazin li nirrepetu kuljum. It-tajjeb isir virtù li tibqa’
maghna ghal hajjitna kollha u l-hazin isir vizzju li mhux facli taqtghu tant
li missirijietna hargu bil-proverbju: id-drawwa
li titrabba fina l-kefen biss inehhiha. Min
jieqaf ghal kull nebha… Pjanista
Russu ta kuncert fi New York. Il-kritiku tan-New York Times kiteb hekk:
‘Kienet
lejla ta’ dizappunt ghall-udjenza. Stennejna ferm ahjar. Ma kien hemm l-ebda
koerenza.’ Il-kritiku
tan-New York Herald Tribune kkummenta fuq l-istess kuncert hekk:
‘Lejla
stupenda. Kuncert eccellenti.’ Mur
aghti kas x’jghidu n-nies!
AHBARIJIET TA’ INTERESS IZZEWGU Claudio
Spiteri ta’
Triq San Indrija lil Diana Vella (Victoria); Peter Paul Buttigieg ta’
Triq Ta’ Said lil Sylvana Margaret
Muscat (Sannat); Mariestell Grech ta’
Triq San Indrija lil Neville Mercieca (Victoria); Tracy Said ta’
Triq Bingemma lil Dejone Spiteri (Ghajnsielem); Dr Charmaine Hili LLD ta’
Triq Guzè Ellul Mercer lil Alexander
Albert (Luxembourg); Jason Buttigieg ta’
Triq David Cocco Palmeri lil Janet
Portelli ta’ Triq San Blas; Analise Bugeja ta’
Triq Dicembru 13 lil Marvic Mercieca (Kercem). Filwaqt
li nawgurawlhom futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb. Il-familja li
titlob flimkien tibqa’ flimkien. IL-LAQGHA
TA’ SETTEMBRU Ghamlilna
lezzjoni interessanti permezz ta’ power
point is-Superjur Ivan Farrugia. Il-feature
kien jismu ‘Gwienah iz-zghozija’ li permezz ta’ 20 punt qabbel
iz-zghazagh ma’ l-ajruplani. Laqtuna bosta minnhom izda mhux possibli
nsemmuhom kollha. Jaghmel hoss ajruplan li jaqa’. L-eluf li jittajru u jaslu
fid-destinazzjoni bla inkwiet ma jaghmlux hoss. Anke z-zghazagh, min jizbalja
jissemma izda dawk il-hafna li kapaci jirrifletti, jiehdu parir u jaghmlu unur
lilhom infushom u lil dawk ta’ madwarhom hadd ma jsemmihom. Trid timmira
fil-gholi ghax m’intix irhis. Minkejja t-tahwid tal-hajja li jaraw
quddiemhom kapaci jsibu triqthom. Uhud ihobbu jidhru, izda fl-istess hin
qalbhom jafu fejn hi. Jemmnu fil-gustizzja u l-paci u hafna xehtu ghajnejhom
’il hemm minn dak li jintemm f’din il-hajja. Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha. Lino Curmi ta’ Triq il-knisja tela’ fir-rigal. STEDINA
GHAL-LAQGHA TA’ OTTUBRU Ser
issir nhar is-Sibt 7 ta’ Ottubru fis-7.15p.m. wara l-ahhar quddiesa
fil-parrocca. Habib
ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll ghal dan l-appuntament ta’ kull
xahar. Ibqa’ cert li xi haga ta’ gid tiehu zgur mieghek. Xieraq li lkoll
kemm ahna naghmlu hilitna biex din il-laqgha li issa ilha ssir aktar minn 40
sena tibqa’ hajja. Jiddependi minn kull wiehed minna. Kull prezenza hija att
ta’ fiducja f’din l-okkazjoni ta’ gid. Mela
habib ghal nhar is-Sibt fis-7.15p.m. Gib lil shabek ukoll. Mitt
habib kultant ma jkunux bizzejjed Imma
ghadu wiehed hu iktar minn bizzejjed Taghlaqx
bibien f’wicc nies biex ma tohloqx ghedewwa. EKU BIBBLIKU FI ZMIENNA “Hekk
qal il-Mulej: Minhabba
tliet dnubiet ta’ Israel, U
minhabba erbgha, ma
nregga’ xejn lura, ghax
huma bieghu ghall-flus lil
min il-haqq hu mieghu u
lill-fqir ghall-zewgt iqrieq.” {Ghamos
2: 6} Xi
kumpanija ta’ avukati stiednu
grupp ta’ studenti tal-Ligi mill-Università
prestiggjuza ta’ Harvard ghal
ikla f’lukanda lussuza. L-istudenti
wiegbu, “Tisghu
taghmlu r-riceviment f’lukanda
inqas lussuza u
taghtuna ikla b’inqas xintilli?” Meta
talbuhom raguni ghal
din it-talba mhix tas-soltu student
f’isem shabu wiegeb: “Nixtiequ
li l-flus li tiffrankaw jinghataw
lill-foqra.” Kemm
jien lest li nieqaf ghal drawwiet li
s-socjetà li fiha qed nghix, drathom biex nghin lil min tassew ghandu
bzonn? Tkun
haga sew li l-foqra jircievu
nofs il-flus li jintefqu biex
jigu studjati l-bzonnijiet taghhom. BILL
VAUGHAN STRESS Lecturer
kien
qed jaghmel lezzjoni ta’ kemm ghandna noqoghdu attenti ghal-livell ta’
stress f’hajjitna. Gholla tazza ilma u staqsa:
“Kemm
tizen din it-tazza?” It-twegibiet
kienu jvarjaw minn 20 gramma sa nofs kilo. Izda
hu wegibhom:
“Il-piz
assolut ftit ghandu x’jaqsam. Jiddependi minn kemm indum nerfaghha.
Jekk
inzommha ghal minuta, il-piz mhux problema.
Jekk
inzommha ghal siegha, idi tibda tugaghni.
Jekk
inzommha ghal gurnata, ikolli nsejjah ambulanza.
F’kull
kaz il-piz jibqa’ l-istess, imma aktar ma ndum biha f’idi aktar inhossha
titqal.” U
kompla:
“U
dan hu l-mod ta’ kif ghandna niehdu hsieb l-istress f’hajjitna. Jekk
nibqghu ngorru l-piz taghna l-hin kollu, issa jew imbaghad il-piz tant jitqal
li ma nkunux nifilhu aktar ingorruh.
“Bhal
fil-kaz tat-tazza bl-ilma. X’hin tnizzilha terga’ tiehu s-sahha biex
tkompli terfaghha. Meta nistriehu nkunu nistghu nkomplu ngorru l-piz.
“Ghalhekk,
qabel ma tmur lura d-dar illejla nizzel minn fuq spallejk il-piz tax-xoghol.
Tehdux mieghek id-dar. Imbaghad erga’ erfghu ghada. Kull piz li bhalissa qed
iggorr nizzlu ftit. Tara kemm thossok ahjar.” Ghalhekk
habib, hu ftit hin kuljum u strieh minn dak kollu li hu ghaddej minn rasek,
kull haga li ghandek fuq spallejk. Tergax terfa’ qabel ma thossok strihajt. Il-hajja
hi qasira. Ghandek kull dritt tgawdiha. Dawn
huma xi punti li jistghu jghinuk thabbat wiccek mal-preblemi tal-hajja: -
accetta l-fatt li kultant int il-hamiema u drabi ohra l-istatwa. -
dejjem zomm kliemek helu, biex jekk ikollok terga’ tikolhom… -
dejjem aqra hwejjeg, li jekk tmut f’nofshom, thalli toghma tajba f’min
jintebah. -
suq bil-ghaqal. Mhux
il-karozzi biss kultant jingabru mill-kumpanija li tkun ghamlithom. -
jekk ma tistax tkun hanin fi
kliemek, almenu kun vag. -
jekk slift xi Lm20 lil xi hadd
u ma ergajtx rajtu, x’aktarx tberikhom. -
l-unika raguni ta’ l-ezistenza
tieghek tista’ tkun li sservi ta’ tbezbiza ghall-ohrajn. -
qatt ma ghandek tixtri karozza
li ma tiflahx timbotta. -
qatt taghmel saqajk it-tnejn
go halqek ghax ma jkollokx fuqhiex tieqaf. -
hadd ma hu ser jaghti kas jekk
tafx tizfen. L-importanti li tqum u tizfen. -
peress li hu l-hanex li johrog
kmieni li jinqabad mill-ghasfur, orqod tard. -
hu t-tieni gurdien li jgawdi
l-gobon. -
jekk thoss li kollox gej in-naha
tieghek x’aktarx qieghed f’one way
f’direzzjoni hazina. -
il-birthdays huma tajbin hafna
ghalik. Aktar ma jkollox aktar twil ghomrok. -
int bniedem wiehed fid-dinja
imma tista’ tkun id-dinja ghal bniedem wiehed. -
certi zbalji fihom hafna gost
biex taghmilhom darba biss. -
nistghu nitghallmu hafna minn
kaxxa kuluri. Uhud bil-ponta, ohrajn sbieh u min mudlam. Min ghandu isem
stramb, kollha ta’ kulur differenti imma kollha jghixu kwieti fl-istess
kaxxa. -
bniedem ferhan huwa dak li
jiggosta x-xena meta jkollu jibdel ir-rotta. Nawguralek guranta mill-isbah... (...ikompli) |