
| + L-Iben
t'Alla sar Bniedem
Settembru 2000 - Harga Nru 409 Tarah ghaddej mit-triq zgur li ma kontx tahseb li hu xi skular. Ilbiesu mcercra, xaghru mhabbel, dahru milwi. Izda taht dik is-sura kien hemm qalb nobbli u mohh intelligenti hafna. Studjuz fqajjar. Hekk kien Murellus.
"Hallihom idahhluh hawn. Ghad li fqir u ma jiswa ghal xejn lilna jservina biex nesperimentaw fuqu. Almenu jkun sewa ghal xi haga f'hajtu." U b'ghageb tat-tabib u siehbu, Murellus wiegbu bl-istess lingwa: "La ssejjahx ma jiswa ghal xejn kull bniedem li ghalih is-Sinjur taghna Gesù ssallab." Dewwewh malajr u tellquh 'il barra ...ghax kienu donnhom jisthu jharsu lejh. Bhalma nisthu ahna jekk xi darba nkunu ghalaqna l-bieb ta' qalbna f'wicc xi hadd li jkollu bzonn l-ghajnuna. Nisthu meta nisimghu lill-Mulej jghidilna: "Kont bil-guh u ma tmajtunix, bil-ghatx u ma sqejtunix, barrani u ma lqajtunix, marid u ma gejtux tarawni." Jalla hadd minna ma jgarrab din il-misthija. DAWN XEGHLU XEMGHA FLOK SEHTU D-DLAM-tirrakkonta Mary Cooper fis-sensiela ‘Christopher Notes’
Niftakarha qisu lbierah. Dhalt id-dar
mill-iskola u lmentajt ma' ommi ghax sehbiti, tfajla sewda, "Dawn is-suwed kollha l-istess ...mhux kapaci jzommu kelma." U dlonk nisma' ghajta minn nannu. Sar infern f'sekonda. Qisni dghajt b'ommi. U b'wicci ahmar nar qalli: "Ara tiddistingwi bejn bojod u suwed. X'tiswa l-qoxra ta' barra?" Nghidt il-verità tbellaht. Qatt ma stennejt ghajta bhal dik. Hallejtu jikkalma u qrobt lejn fejn kien. "Skuzani nann ta' dak li gara l-ewwel. Jiddispjacini." In-nannu pogga l-pipa fil-genb ta' halqu kif kien dejjem jaghmel meta jibda jirrakkonta: "Mary ghandek tkun taf li meta jien kont zaghzugh kont issehibt mal-KKK ...socjetà mwaqqfa mill-bojod li l-halfa taghhom kienet li jeqirdu minn wicc l-art il-Lhud, il-Kattolici u s-suwed. U jien kont maghhom. U bhalhom hlift il-halfa. Izda gara li darba nhraqt fuq ix-xoghol. Hajti kienet imdendla b'xaghra. Kien zmien difficli hafna ghalija, ghan-nanna u ghal ommok. U f'dawn il-granet sibt ghajnuna kbira mis-sorijiet kattolici li kienu jikkurawni fl-isptar. Il-hin kollu ma' genbi biex iservuni u b'delikatezza jqallbuni ghax gismi kien pjaga wahda. Familja Lhudija li kienet toqghod hdejna kienet twassal kuljum lin-nanna l-isptar. Toqghod tistennieha u tatha wkoll xi flus ghall-bzonnijiet ta' kuljum. U lil ommok konna nhalluha ma' mara twajba ...sewda li kienet izommha mat-tfal taghha, titmaghha u tara li ma jkun jonqosha xejn. U dan mhux ghal jum u tnejn imma ghal xhur shah. Xhur ta' kura fl-isptar mas-sorijiet, xhur ta' tragitt lejn u mill-isptar mill-familja Lhudija u xhur ta' harsien minn dik il-mara s-sewda. Meta hrigt mill-isptar ma mortx iktar ghal-laqghat tas-socjetà li semmejtlek anzi ghamilt hilti kollha biex nikxef hidmiethom ghax l-esperjenza wrietni li l-pregudizzji kontra dak u l-iehor joholqu spirtu ta' glied u tilwim li hafna drabi jwassal ghat-tixrid tad-demm. L-esperjenza ghallmitni li l-qalb tajba u l-hniena jistghu jkunu f'qalb kulhadd ....kemm jekk huma kattolici, kemm jekk huma Lhud u kemm jekk huma suwed." In-nannu hareg il-pipa. Ir-rakkont kien spicca. Izda l-grajja baqghet f'mohhi u nemmen li tibqa' f'qalbi ghal dejjem. Kien xeghel f'qalbi xemgha li ghad li ghadda hafna zmien ghadha ddawwal mixjieti. DR CORONATO GRECH M.D. jikteb dwar Il-HUMAN GENOME PROJECT
Dan l-ahhar issemma fl-ahbarijiet
li ghadu kemm intemm l-hekk imsejjah Human Genome Il-gisem uman huwa maghmul minn celloli, madwar trilljun 1012 jew 100000000000 (nehhi xi biljun ’l hawn u ’l hemm, ghax ovvjament hadd ma qaghad jghoddhom wahda wahda; fil-fatt kull sekonda l-gisem jifforma miljuni ta’ celloli waqt li miljuni ohra jispiccaw tant li kwazi tista’ tghid li mil-lum ghal ghada int bil-kemm ghandek l-istess gisem!) Dawn ic-celloli kollha huma organizzati biex jaghmlu x-xoghol differenti taghhom li jikkoperaw ma’ xulxin kull wahda b'funzjoni differenti. Sa minn zmien ilu nstab li kull cellola fiha nukleju (mil-Latin ghal ‘gellewza’ - parti zghira tonda u generalment fic-centru). L-osservazzjoni ghamilha l-botanista Skocciz Robert Brown (1773 – 1858). Instab ukoll, minn fost l-ohrajn, il-Germaniz Walter Flemming (1843 – 1905) li dan in-nukleju huwa importanti fir-riproduzzjoni tac-celloli, waqt li Germaniz iehor Wilhelm von Waldeyer (1836 – 1921) sab il-materjal importanti ghal dan u semmieh ‘kromosomi’. Kull cellola fil-gisem (apparti minn dawk homor tad-demm) ghandha nukleju u kromosomi, però fl-1885 il-Belgjan Edward von Benedem (1846 – 1910) sab li meta jifformaw ic-celloli riproduttivi, il-bajda u l-isperma, in-numru ta’ kromosomi jonqos bin-nofs u li allura fil-fertilizazzjoni n-numru originali jerga’ lura ghan-normal. Dan in-numru ta’ kromosomi jvarja u kull speci ghandha n-numru specifiku taghha, il-bnedmin ghandhom 46 kromosomi f’kull cellola (xi annimali u pjanti ghandhom inqas jew iktar) u jekk hemm xi wahda nieqsa jew zejda jinholqu l-problemi ez. jekk hemm 47 kromosomi r-rizultat ikun Down’s Syndrome jew Mongolizmu, kif sar maghruf fil-1959. Però l-istorja tal-genetika bdiet madwar seklu qabel. Gregor Mendel (1822 – 1884) kien patri Agostinjan minn Silesia (illum ir-Repubblika Ceka) li ghamel sensiela twila ta’ esperimenti fuq il-pjanti tal-pizelli fejn sab li certi karatteristici (ez. pjanta qasira jew twila) jintirtu skond regoli precizi matematici. Mendel ukoll ipprova jsib l-istess haga fin-nahal imma certu nahal li pproduca tant kien feroci li beda jniggez lil kulhadd u kellu jeqridhom. Mendel baqa’ hadd ma jaf bih, ir-rizultati ppubblikahom f’gurnal oskur u anke l-patrijiet shabu qatt ma ghogobhom xoghlu. Il-pirjol li gie warajh haraqlu l-karti kollha. Però fil-1900 l-pubblikazzjonijiet tieghu nstabu u ricerkaturi bhal botanista Olandiz Hugo de Vries (1848 – 1935) li ndipendentement skoprew ir-regoli ta’ l-eredità, tawh il-kreditu li haqqu. Ricerkaturi ohra komplew l-istudju tal-genetika (isem li hareg bih il-biologista Ingliz William Bateison fil-1902). Fost l-iktar importanti kien hawn l-Amerikan Thomas Morgan (1866 – 1945) li studja certu dubbien tal-frott li fih hafna karatteristici vantaggjuzi x’tistudju bhal generazzjonijiet qosra u ftit kromosomi) u sab li l-karatteristici sesswali jinsabu biss fuq certi kromosomi, kromosomi X femminil, dik Y maskil (ghalkemm xi annimali partikularment certi ghasafar hija dik mara li ghandha kromosoma Y). Instab ukoll, iktar tard, li certu mard jintiret minhabba dawn il-kromosomi (u allura jintirtu jew fin-nisa biss, jew fl-irgiel biss) bl-iktar marda famuza hija l-emofilja u bl-iktar vittmi famuzi kien xi pazjent irjali, ez. it-tifel tal-Kzar Nikola II tar-Russja, marda li affettwat lid-dinja ghax biex ifejqu gie l-patri notorju Grigoriy Rasputin (?1871 – 1916) li kompla qajjem dizgwit li ghen ghar-rivoluzzjoni Kommunista li tant affettwat lid-dinja. Minn naha l-ohra Edward VII tar-Regina Vittorja tal-Ingilterra ma wiritx din il-marda (ghad li huh Leopoldu ma kellux xortih daqstant tajba) u ghalhekk illum il-familja rjali Ngliza ma fihiex (s’issa!) l-emofilja. (Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-harga ta' Ottubru) FORSI JINTERESSAWK
L-awtur celebri Louis Stevenson kien ihobb jingabar mal-familja u flimkien jghidu t-talb ta' qabel l-irqad. Kienet qisha cerimonja religjuza li kienet tirrepeti ruhha kuljum. Imma darba Louis qam ftit qabel beda t-talb u hareg 'il barra. Martu marret warajh ghax hasbitu qed ihossu hazin. "Le, le, m'ghandi xejn imma l-lejla ma nistax nghid il-Missierna ghax f'qalbi ghadni ngorr il-qilla kontra siehbi li nhoss li ma mexiex tajjeb mieghi. Nittama li sa ghada nkun hfirtlu halli nkun nista' bhas-soltu nitlob maghkom." Ghandu jkun li ....
Meta Churchill kellu 'l fuq minn 80 sena
kien ghadu jattendi l-Parlament. Darba xi membri tal- "Ghandu jkun qed imur xi ftit minn mohhu." U Churchill pront pront wiegbu: "U ghandu jkun anqas tant ghadu jisma'!"
"Ghaziza tieghi, int x'taghmel meta tpitter?" "L-ewwel nahseb u mbaghad naghmel sinjal madwaru," wegbitu l-filosfa z-zghira. Mohh ta' bniedem ...gudizzju ta' bniedem Kongregazzjoni Protestanta kienet iffissata li l-Hadd ma jsir l-ebda xoghol jew loghob. Kienet tghid: "Il-Hadd tal-Mulej." Darba l-Ministru ta' dik il-knisja wasal fuq l-iskates u l-parruccani bdew ilumuh ghax 'hadem' nhar ta' Hadd. U saret laqgha bejn il-kbarat u qatghuha hekk: "Jekk il-Ministru ha pjacir jiskejzja, allura dineb. Imma jekk bata biex wasal, ma kiser l-ebda kmandament." Kos, kemm nifilhu nkunu dojoq meta ninterpretaw il-ligi b'legalizmu zejjed u ninsew li Alla hu Missier. B'dak li qal .... Gurnalist li kien qed jisma' kelliemi li ftit kien jaqbel mieghu rrappurtah hekk: "Beda jitkellem tqil biex minghalih jimpressjona lil erba' boloh li kienu qed jisimghuh. Naf x'jien nghid ghax kont maghhom!"
Patta b'ohra Suldat Amerikan kien qed jitkellem ma' Picasso u ma damx idurlu mal-lewza biex jghidlu li hu ma tantx kienet tinzillu l-Arti Moderna. Qallu li ma jara xejn ta' interess fiha ghax ma tirraprezenta xejn reali. Izda ftit wara s-suldat urieh ritratt ckejken tat-tfajla tieghu. "Ommi ma, int gharus lil wahda zghira daqs gurdien ta' l-imramma?" INKWADRI TA’ ISPIRAZZJONI GHALL-HAJJA TA’ KULJUMRobin Jones Gunn tirrakkonta l-grajja ta' meta kellhom imorru joqoghdu f'belt ohra: - Binti Rachel ta' 7 snin ma xtaqitx kieku thalli warajha lil habibtha Kirstin. Xtaqet nehduha maghna. Kont naf li binti ser thossha hafna l-firda
U
ppruvajt naljenaha billi nghidilha
li anke fl-iskola l-gdida ser ikollha hbieb godda. "Jien lill-Bambin tlabtu biex ikolli habiba ohra jisimha Kirstin u b'xaghrha twil kannella ...bhall-ohra." Ghalxejn ippruvajt nghidilha li t-talb mhux hekk. Trid tara xi jrid jaghtik Gesù mhux trid bilfors dak li joghgbok. Imma mur fehemha! Waslet l-ewwel gurnata ta' l-iskola. Morna niltaqghu ma' l-ghalliema u t-tfal l-ohra tal-klassi. Sibna d-desk immarkat 'Rachel'. Ma ridtx nemmen lil ghajnejja meta fuq id-desk tal-qrib kien hemm miktub l-isem 'Kirstin'. "Ara," ghidtilha. "Hawn wahda jisimha Kirstin." "Ma tafx! Jien hekk tlabtu lill-Bambin." U l-istaghgib kompla zdied meta tfaccat Kirstin ...ma hemmx ghalfejn nghidu li Kirstin kellha xaghar twil sabih kannella. Il-harsa tat-tifla kienet wahda ta' sodisfazzjon. Bdejt nifhem xi ftit xi jfisser titlob b'konvinzjoni. XHUR ...SNIN ... SEKLI ...MILLENNJIIn-numru 2000 gibed hafna attenzjoni. Ilna snin nisimghu biz-zerniq ta' din is-sena ...is-sena millenarja. Issa li dalwaqt tghaddi mas-snin l-ohra donnha l-istennija ghal xi haga specjali ghaddiet ukoll. Izda z-zmien minn dejjem habbat mohh il-bniedem u kienu bosta l-qwiel li damm fuqu. Iflihom dawn li gejjin u xi haga x'tixtarr issib zgur.
Mitt sena ma jirrangawx il-mument li fih tlift unurek. Mitt sena ta' niket ma jhallsux dejn. Mitt sena ta' hazen ma jaghmlux siegha tajba. Sena hi jum jekk il-hajja tkompli. Ahjar tmut ghaxar snin qabel milli tghaddihom fil-mizerja. Min joqghod ihammem fuq is-sena l-imghoddija, ma jistax ikollu sena tajba. Mhux is-snin jaghmlu l-età imma l-inkwiet. Kollox ghad ikun l-istess mitt sena ohra mil-lum. Tghid xejn hazin fuq is-sena qabel ma tghaddi. Is-sena ma taghmel xejn hlief tiftah u taghlaq. Is-snin huma d-deffiena tal-ferh u tan-niket. Biex tlesti xi haga, mitt sena mhumiex bizzejjed. Biex teqred, mument hu hafna. Dak li ma garax f'sena jigri f'mument. Ix-xhur u s-snin huma xmara ghaddejja. Ix-xhur u s-snin ma jistennew lil hadd. Is-snin jafu aktar mill-kotba. IL-PAPPAGALL
Ghalkemm jien qatt ma mort nahdem U tul hajti ma zrajt xejn, Dejjem ghixt hajja ferhana; Kilt u lbist bla m'ghamilt xejn.
Ghalkemm jien qatt ma mort skola, Qatt tul hajti ma ftaht ktieb, Naf insaffar u nitkellem; Ghalhekk ghandi hafna hbieb.
Hafna nies jistaghgbu bija, Jghidu spiss li jien sabih Ghall-ilwien li ghandi jghiru; Ta' dawn 'l Alla naghti gieh.
Kemm niddiehak u niccaccra Meta nisma' tant tgergir! Hadd ma jaf li 'kk titlob 'l Alla Tkun sinjur anke 'ekk tkun fqir.
Kemm nistaghgeb meta nara Nies tant bravi mitlufin Wara l-frugha ta' did-dinja; Jizfnu, jdoqqu, 'mma mdejqin.
"Hobbu 'l Alla," jien nghidilkom; "Ahsbu fiH u dlonk taraw Kemm ferh jixghel gewwa qalbkom Jekk fi Kristu tittamaw." Dr Joe DeBono |