+ L-Iben t'Alla sar Bniedem  

SETTEMBRU 2001 - Nru 421


Amerikana mdahhla fiz-zmien marret tghix New York.  Qalulha li l-hajja f’din il-belt, specjalment fl-inhawi tal-Bronx, tista’ tkun perikoluza ghax facli jahbat ghaliha xi hadd l-iktar jekk jintebhu li tkun wehidha.  Imlewlha mohhha.  U biex tiddefendi lilha nnifisha kienet iggorr dejjem maghha revolver zghir.

Darba nzertat hierga minn supermarket.  Miexja bil-mod lejn fejn kellha l-karozza pparkjata.  U nhasdet ghax fil-karozza tara ragel li ntebhet mill-ewwel li kien qed jipprova jisraqha.  Izda ma bezghetx.  Halliet ix-xirja fl-art, harget ir-revolver, u bih ippuntat quddiemha, telqet tigri lejn il-karozza.

            “Ohrog ghax nonxrok!” ghajtet il-mara.

Ir-ragel twerwer.  Hareg mill-karozza u telaq jigri.  Il-mara ferhana b’ghemilha marret tefghet il-basket tax-xirja, dahlet ir-revolver f’butha, intasbet fil-karozza, harget ic-cavetta izda din ma setghetx tidhol f’postha.  Tipprova ddeffisha ghal xejn.  Imbaghad hadet il-qatgha ta’ hajjitha.  Din ma kinitx il-karozza taghha!!  Bhal taghha fil-kulur u l-ghamla.  Imma ma kinitx taghha.  Taghha lemhitha ftit ’il boghod.

Meta l-bniedem idahhal xi fellus f’mohhu kull azzjoni ta’ siehbu, garu, habibu tiehu dimensjoni li aktarx tkun imbieghda mill-verità.  Ghax kif jghid il-qawl: ‘Il-hsieb ragel hazin.’


WAQTIET LI JSIRU MUMENTI DEJJIEMA

Jirrakkonta Fr William J Bausch

Konna numru sabih ta’ qassisin

migbura f’dar ta’ l-irtiri

U jum minnhom bdejna

nghidu lil xulxin l-istorja ta’ hajjitna

U l-istorja li qalilna Fr Ed ghadha s’issa f’qalbi u f’mohhi.

 

“Niftakarni ta’ ftit snin, hamsa jew sitta,

Ommi twassalni f’istitut, tbusni u thallini warajha.

Naraha titbieghed u jien nibki ghax irrid immur maghha.

 

U jien kuljum nistenna li terga’ tigi biex tehodni maghha

Izda meta giet ...giet biex tarani

Imma ma kellhiex izjed wisa’ ghalija

ghax missieri kien miet u hi riedet tmur tahdem

U kelli huti ohra ...izghar.

 

U f’qalbi tbejtet hafna mibeghda ghal dik li warrbitni

U ma hallietx rokna f’qalbha ghalija

U meta f’xi festa bhall-Ghid u l-Milied kienet izzurni

Ma kontx irrid naraha.

 

Imbaghad harget minn hajti – jien insejtha u hi nsietni.

 

Kbirt u hrigt mill-kullegg, hdimt ghal xi snin

Imbaghad hassejt lehen Alla f’qalbi

u dhalt is-Seminarju.

 

Studjajt u lhaqt

Wasal il-jum mistenni li ghal kliemi

Il-hobz u l-inbid isir gisem Kristu.

 

U f’mument regghet dahlet f’hajti ommi.

Ma nafx l-ghaliex u l-kif

Wara tant snin ridt nerga’ nkellimha.

Ridt naghmel hafna homework.

Ghadha hajja?

Fejn qed tghix?

X’telefon ghandha?

U huti?

Ridt inwaqqa’ l-hajt li d-dehra t’ommi titbieghed mill-istitut

u thallini warajha kienet bnietli.

Imma fejn hemm ir-rieda, it-triq issir possibli.

 

Kienet tbieghdet shih minn fejn kont jien.

Iddecidejt li ncemplilha.

“Ma ...jien Ed ...ibnek ...inhobbok ...u nixtieqek tahfirli

Bhalma jien hfirt lilek.”

U ghidtilha grajjiet hajti.

 

U smajtha tolfoq bikja li ma hallithiex titkellem

U qaltli:

“Kemm ili nistennieha din it-telefonata!

Kemm ili nitlob biex nerga’ nisma’ lehnek!

Kemm ili nixtieq li nitolbok mahfra!

Kont naf li dhalt is-Seminarju.

Kont naf li lhaqt Qassis.

Kont naf li xi darba l-hajt ta’ bejnietna ghad jaqa’.”

 

Issa dan il-mument ilu li ghadda

Imma ghadu f’qalbi u jibqa’ fiha ghal dejjem…”

temm grajjietu Fr Ed.

 

U rajtu jibki imma mbissem.

 

Ghandek lil xi hadd

li bejnek u bejnu

nbena hajt u issa wasal il-mument

li b’telefonata twaqqghu?

 


DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna

IX-XJENTISTI GHANDHOM TAGHHOM UKOLL

Bhala entrapriza biex insiru nafu kif tahdem in-natura u bhala metodu kif nakkwistaw taghrif, ix-Xjenza hija l-ahjar, anzi l-uniku metodu li fil-kundizzjoni umana li ninsabu fiha ghandna ghad-dispozizzjoni taghna.  Fl-istorja umana l-metodu xjentifiku huwa ghodda pjuttost ricenti, fil-fatt ilu biss madwar 400 sena u li jfisser li ghall-maggoranza ta’ l-istorja umana l-mentalità kienet dik (u sal-lum ghadha fost dawk xjentifikament illitterati) bhala dik magika, irrazzjonali u illogika.  Il-metodu xjentifiku huwa tajjeb ghax jitlob xhieda stretta, jrid konfermazzjoni shiha, ma joqghodx fuq awtorità jew domma, miftuh ghal idejat u skoperti godda, u lest li jigi mtejjeb u kkoregut, dejjem fuq xhieda soda.  Madanakollu x-xjentisti li jaghmlu r-ricerka u l-iskoperti huma ovvjament umani bl-ispektrum kollu ta’ l-azzjonijiet umani sew sbieh u sew koroh.  U huwa precizament minhabba f’hekk li x-Xjenza trid timxi bil-mod, hija kawta, u trid tant verifiki, proprju biex tilqa’ ghal dawn it-tendenzi umani.

Intant fost id-difetti kbar u zghar ta’ xi xjentisti nsibu dawk li serqu l-ideat u mbaghad ippubblikawhom f’isimhom.  Per ezempju, it-Taljan Girolamo Cardano (1501 – 76) kien matematiku eccellenti imma ha l-ideja ta’ kif isolvi ekwazzjonijiet kubici minghand Niccolo Tarataglia (1500 – 57) u wara li wieghdu li jzomm kollox sigriet, ippubblika kollox f’ismu.  U sal-lum ghadha tissejjah ‘ir-regola ta’ Cardano’.  Ta’ min jghid li dak iz-zmien skoperti xjentifici spiss kienu jinzammu mohbija u allura ta’ ebda valur generali.  Kien iktar tard li ffurmaw socjetajiet xjentifici u kull skoperta kienet tigi ppubblikata ghall-beneficcju ta’ kulhadd.

Fix-Xjenza kulhadd ghandu dritt, anzi l-obbligu, li jikkritika pubblikament b’argumenti, b’xhieda u b’logika.  Xi tattika ohra turi inqas irgulija u etika.  Iz-zoologista Ingliz Richard Owen (1804 – 92) kien kontra hafna t-teorija ta’ l-evoluzzjoni ta’ Charles Darwin (1809 – 82) ghax raha li tnehhi l-ghan ta’ l-ezistenza fl-univers.  U kellu d-dritt ma jaqbilx u jgib xhieda kontra, imma flok ma argumenta b’dan il-mod f’gurnali xjentifici serji (u Owen kien zoologista tajjeb hafna) huwa kiteb hafna artikli anonimi, ikkwota lilu nnifsu bhala awtorità u qajjem sentimenti anti-Darwinjani fost l-injuranti, kollha affarijiet li ma jurux irgulija anzi jmorru kontra l-ideal tax-Xjenza.

Iktar forsi skuzabbli u ta’ min jifhimha hija li x-xjentisti ma jammettux zball, anzi jwebbsu rashom u jkomplu b’xi teorija li jkunu hargu biha minkejja li tkun ghamlet zmienha.  U jekk ikunu f’pozizzjoni nfluwenti jistghu jzommu lura l-progress, per ezempju l-Izvediz Jakob Berzelius (1779 – 1848) hadem teorija ta’ struttura organika u ma riedx jaf b’teorija ohra (li llum nafu li hija ahjar) tal-Franciz August Laurent (1807 – 53) u peress li kien meqjus bhala awtorità fil-Kimika, ghaddiet tieghu sa ma miet.  Iktar onorabbli kien il-kaz ta’ l-iskoperta tal-Germaniz Friedrich Wohler (1800 – 82) meta ghamel il-kimika urea minn sorsi inorganici (haga li ma kinitx suppost impossibli mill-klassifikazzjoni li kien ghamel Berzelius, fejn kimici organici kellhom suppost jigu biss minn affarijiet hajjin ghax jehtiegu l-hekk imsejha ‘forza vitali’) imma din id-darba quddiem l-esperimenti ammetta l-izball.

Figura ohra (sfortunatament) ikkunsidrat awtorità kien l-Iskocciz William Thomson (1824 – 1907) maghruf forsi l-iktar bhala Lord Kelvin, li darba hadem kemm suppost ghandha zmien id-dinja fuq kalkulazzjonijiet termodinamici tax-xemx.  U ghalkemm wasal ghal età kbira (madwar mitt miljun sena) però din kienet zghira wisq ghall-geologisti li kienu qed jigbru xhieda ghal età ferm ikbar.  Huwa zamm iebes daqs kemm il-geologisti zammew il-punt taghhom.  U sakemm ma jidhlux esagerazzjonijiet personali, dan jaghmel gid lix-Xjenza.  Is-soluzzjoni finalment kienet li Kelvin, fil-kalkulazzjonijiet tieghu ma setax jikkunsidra s-sors ta’ shana mir-radjuattività ghax dan semplicement kien ghadu ma giex skopert, kif fakkru Ernest Rutherford (1871 – 1937) waqt tahdita li fiha Kelvin kien donnu rieqed.

Ferm aghar minn hekk huwa meta jsir tbaghbis fl-esperimenti jew fir-rizultati biex fost l-ohrajn taparsi, issir xi skoperta gdida, tigi kkonfermata xi ideja jew pregudizzju, ghal prestigju, ingann jew anke xi cajta.  Per ezempju l-psikologista Ingliz Cyril Burt (1883 – 1971) kien konvint li l-intelligenza tintiret u li nies bojod ta’ klassi gholja (bhalu) kienu naturalment superjuri.  Prova ta’ dan gab hafna statistika inkluz dik fuq testijiet ta’ IQ u hafna (bojod li jriduha ta’ superjuri) mill-ewwel accettaw dak li xtaqu jisimghu b’Burt jispicca onorat.  Imma wara mewtu nstab li kien baghbas ma’ l-istatistika barra li r-rizultati tieghu ma gewx ikkonfermati indipendentament.

(Dr Grech itemm dan l-artiklu fil-harga ta’ Ottubru)


FORSI JINTERESSAWK

Profeti foloz

Il-play ta’ Agatha Christie ‘The Mousetrap’ ilha kwazi hamsin sena tigi mtella’ jum wara jum f’Londra.  Hamsin sena ...eluf ta’ serati u dejjem sala mimlija.  Izda meta nkitbet il-play anqas saret Londra.  Giet imtella’ fuq palk fil-belt ta’ Nottingham u kien hemm dubju dwar it-tieni xena ghax kienu jahsbu li hi twila wisq.  Inqala’ ftit ta’ l-inkwiet ghax kien hemm min ried inaqqasha izda Christie kienet determinata li hadd ma jmissilha xejn minn kitbietha.  Fl-ahhar xi hadd mill-atturi qal:

            “U ejja hbieb!  Sa xahar iehor inkunu ilna li nsejnieha l-Mousetrap!  Ma nghidx li naghmluha erba’ darbiet!”


Ikun li trid int

William Borden kien student fl-Università ta’ Yale fl-Amerika.  Meta ggradwa xtaq li jmur ghal xi snin missjunarju fic-Cina.  Shabu hassrulu ghax l-ambjent kien difficli ghal min mhux b’sahhtu hafna.  Izda William kien determinat u mar iwettaq holmietu.

Ma damx wisq.  Marad u ftit wara miet.  Shabu kollha ftahru li huma kienu qalulu u ddispjacihom ghalih li hela hajtu.  Hasbu li anke hu kien iddispjacih li ma kienx sema’ minnhom imma fil-fatt, fid-djarju tieghu sabu l-kliem:

            “Mulej,

            Hajti tajthielek bla riserva.

            Il-holma li hollomtni ghixtha bla ma rtirajt

            F’qalbi ngorr hafna ferh u ebda dispjacir.”


Bejn kopja u r-realtà

John Singer Sargent kien portrait painter imsemmi hafna.  Darba waqt ikla wahda mill-mistednin qaltlu:

            “Rajt portrait tieghek u tant kien bhalek li bistu.”

            “Imma hu biesek lura?”

            “Le!”

            “Mela ma kienx bhali ghal kollox.”


Bejn ghanqbuta u hajt

Felic ta' Nola kien qed iwassal messagg nisrani imma xi nies hassewhom migdumin u halfu li jeqirduh.

Felic harab imma l-ghedewwa saru jafu u telqu bilgri warajh biex jahkmuh qabel jizgiccalhom.  Felic intebah u pprova jinheba f’ghar imma l-ghedewwa kienu jafu bl-gherien u kien qed jidhlu f’kull wiehed biex zgur ma jaharbilhomx.  Imma l-predikatur ma kellux ghazla ghax fil-berah tal-kampanja kienu jarawh izjed. 

Izda ftit wara li dahal fil-ghar brimba bdiet tinseg ghanqbuta u f’kemm ili nghidlek holqot xibka mal-bieb.  Meta l-ghedewwa waslu qrib l-ghar xi hadd qal:

            “Hawn mhux zgur ghax kieku x’hin kien diehel kien iqatta din l-ghanqbuta!”

U komplew sejrin ifittxu waqt li Felic seta’ jistenna l-mument opportun biex jahrab.  Meta kien hieles mill-periklu qal sentenza li ghadha tissemma:

            “Meta l-Mulej ikun mieghek, ghanqbuta tharsek daqs hajt

            Meta l-Mulej ma jkunx mieghek hajt iharsek daqs ghanqbuta.”


Ahjar fil-maltemp mal-Mulej milli wahdi f’bahar zejt.


AMULETI

-         jew dak li l-bniedem holom li seta’ jehilsu mill-hazen

 

QROLL AHMAR

 Fil-Mitologija Griega

nsibu li meta Perseus

qata’ ras it-terribli Medusa,

demmha

waqa’ fil-bahar fejn kiber fi

qroll ahmar sabih.

Sal-gurnata tal-lum sajjieda

Taljani ma johorgux

bid-dghajjes taghhom  jekk

fuqhom ma jkollhomx xi bicca qroll ahmar.

Jinghad li tbieghed l-ghajn,

biza’ tal-lejl,

thares mis-sajjetti,

mill-maltemp u n-nawfragji,

taghmel l-ghelieqi fertili,

thares wicc ir-raba’

minn mard u nsetti

bosta poteri ohra ta’ gid.

Kien jinghad ukoll li tghin

lill-ommijiet ikollhom hlas facli.

It-trab tal-qroll kellu wkoll

dawn il-kwalitajiet.

Uzanzi antiki difficli jmutu.

Dak li ra misterjuz

sar ossessjoni.

Fil-Qedem hadd ma kien jaf x’inhu l-qroll,

mnejn jigi

jew kif jikber.

U ghalhekk inghata

kwalitajiet magici.

Haseb li dak li ma setax

jifhem

kellu qawwiet li anqas kellu risposta ghalihom.

Tant gara hekk li reha r-riedni

ta’ destinu f’idejhom.

U ghalhekk ma ghamilx pass

bla ma kellu lilhom iharsuh.

Jahasra!

Rabat il-helsien tieghu

ma’ daqsxejn ta’ qroll tal-bahar.

Ma ndunax li dak li jigri

l-ebda sustanza, l-ebda oggett

ma jista’ jharsu.

Hu Alla li ghandu f’idejh il-futur taghna.

L-ebda oggett mahluq

ma jista’ jiehu postu.

Inkunu boloh meta nhallu

dawn il-hmerijiet imexxuna.


 

FIDI CCAQLAQ MUNTANJI

Kellhom kappillan habrieki.  Mohhu kif ser jiehu hsieb il-gid spiritwali tal-komunità tieghu.  Hasra li l-knisja tieghu ma kinitx ikbar minn kappella.  Izda wara snin ta’ hidma sfiqa nqala’ benefattur li hallielu bicca art biex fuqha jibni knisja.  L-art kienet imdaqqsa u ddecidew li mal-knisja jhallu bicca ghall-parking.  Illum kulhadd bil-karozza u ssib lil min jiddarras ghaliex ikollu jipparkja l-karozza ’l boghod mill-knisja.  L-attivitajiet ta’ fund raising bdew jizdiedu u l-finanzi ma naqsux.  Il-bini kien tiela’ gmielu.  Izda meta l-gurnata tal-ftuh tal-knisja kienet qed toqrob faqqghet sajjetta li hadd ma kien jistenna.

L-ispettur tal-Awtorità ta’ l-Ippjanar infurmahom, permezz ta’ ittra, li l-knisja ma setghetx tinfetah fiz-zmien miftiehem ghaliex il-parking kien zghir meta mqabbel mal-kobor tal-knisja.  L-awtoritajiet ma kinux jippermettu li meta ssir quddiesa t-toroq tal-madwar kienu se jigu fgati bil-karozzi.  Min bena l-knisja kien messu haseb ghall-parking dicenti!  Qabel jitkabbar il-parking il-knisja ma setghetx tintuza.

Li kieku kellu jaghmel terremot zgur li ma kienx igib daqshekk inkwiet.  Wara tant xoghol, stinkar u hidma issa ser izommuhom milli jifthu!!  X’uhud iddecidew li jisimghu il-quddies fil-knejjes tal-qrib.  Izda lill-kappillan thassruh.  Kellu fidi li ccaqlaq il-muntanji.  U muntanja kellu bzonn icaqlaq jekk ried ikabbar il-parking!

Mal-genb tal-knisja kien hemm genb ta’ muntanja.  Fil-fatt inqatghet bicca minnha biex setghu jtawlu, kemm riedu, il-korsija tal-knisja.  Izda qatt ma kienu semghu b’kaz fejn il-muntanji ccaqilqu.  Imma dak li ried jaghmel il-kappillan …litteralment!  Kien hemm bzonn li l-muntanja ticcaqlaq biex taghmel wisa’ ghall-parking u ma tibqax ittellifhom milli jifthu l-knisja fiz-zmien miftiehem.

Bosta dahku bih u qalu li wara tant xoghol u stinkar kien ghejja u mohhu beda jehfief.  Izda hu kien determinat.  Ried jibda novena ta’ Adorazzjoni biex il-Mulej jaghmel maghhom miraklu.  Izda meta beda, ma dehrux aktar minn zewg tuzzani parruccani.  Huma biss dehru li kellhom il-fidi fih.  L-ohrajn ma ridux jaqghu ghac-cajt u jitolbu ghal xejn.  Izda n-nukleju zghir baqa’ mieghu.  Jitolbu u jippruvaw igibu lil min jitlob maghhom.

Mat-tielet jum filghodu tahbita tajritu ’l barra mis-sodda.  Xi hadd donnu ried jaqlaghlu l-bieb ta’ barra.  Libes bil-ghagla u nizel anqas jaf kif.  Sab kuntrattur li donnu kien mghaggel ghax-xoghol.  Mhux soltu nies bhal dawn isibhom wara biebek ghodu ghodu jekk ma tkunx krejthom ghal xi xoghol.

            “Irrid inkellmek Dun!” qallu bil-hatfa ta’ min ghandu hafna x’jaghmel …jew li ghandu piz fuq il-kuxjenza u jixtieq inehhih.

Il-kappillan haseb li ried iqerr u stiednu jidhol.  Izda hu ma riedx.  Fuq l-ghatba setghu jghidu kollox.

            “Qed nirranga park izda nfetah daghbien kbir.  Ix-xoghol kellu jieqaf.  Hemm bzonn li nimla dak il-vojt.  U ftakart fil-knisja tieghek.  Xi tghid kieku naqta’ bicca mill-muntanja li ghandek tmiss mal-knisja?  Ara dan ser naghmlu bi hlas u fejn naqta’ nghattihulek bit-tarmak bhall-bqija tal-parking.  Ibqa’ cert li m’iniex ser inhallilek trabijiet u gebel warajja.”

Il-kappillan baqa’ b’halqu miftuh.  Beda joqros lilu nnifsu biex jaccerta ruhu li mhux qed johlom.

            “Ma tafx!  Meta ser tibdew?”

            “Kont ser nghidlek ghal dalghodu!”

            “Bil-qalb kollha.  Tistghu tibdew issa stess!”

U dakinhar ghall-Adorazzjoni kien hemm aktar minn zewg tuzzani parruccani.  U l-knisja nfethet fil-gurnata miftehma.