IL-HBIEB ISEJHU

-
Settembru 2002 | Harga Nru.433
-

 

-
+L-Iben t'Alla sar Bniedem

+:: L-Editorjal

Paul inghata parti zghira f’zewg films u mela rasu li kienet bdiet ghalih karriera mill-aqwa.  Beda jilbes l-ahhar moda, naqqas l-ikel biex izomm il-figura u jaqra hajjiet il-persunaggi kbar tac-cinema biex jara x’kienu jaghmlu u kif ghandu jgib ruhu meta jkun fil-pubbliku halli l- ‘immagni’ li johloq tieghu nnifsu tghinu jikseb popolarità fid-dinja.

Anke d-dar sikwit kien jitkellem fuq hekk.  Martu, li ma tantx kellha hajta f’ilsienha, malajr kienet tfakkru li tieghu kienu biss zewg dehriet qosra li normalment jaghtu lil dawk li jkunu ‘extra’.  Izda mat-tliet ulied, Paul kien joqghod jirrakkontalhom x’ser jaghmel meta ismu jkun imperrec fuq il-gazzetti kollha.

U gara li darba ha l-familja tieghu ghall-vaganza qasira. U f’lejla minnhom inzertaw f’rahal zghir u ddecidew li jmorru flimkien jaraw film. Malli dahlu fis-sala raw lil ftit nies li kien hemm iqumu bilwieqfa u jcapcpu bil-qalb. Pawlu sellmilhom bil-qalb u ghad li fehem li dawk il-partijiet li fihom kien hadem kienu ghamluh famuz, izda qatt ma stenna li l-fama tieghu kienet waslet anke f’dan ir-rahal.

Meta ntefa d-dawl u kien ser jibda l-film, Paul resaq fejn l-eqreb ragel  li kien hemm fis-sala u qallu:

“Staghgibt tassew kif gharaftuni!”
“Habib, nahseb li hadd minna ma jafek!”
“Mela ghaliex capcaptuli?”
staqsa Paul, waqt li martu u wliedu saru widnejn biss.
“Ahna ma capcapniex ghax gharafniek imma ghax sid is-sala qalilna li ma kienx lest juri l-film jekk almenu ma nkunux tletin.  U sakemm gejtu intom konna biss hamsa u ghoxrin!”

Imn’alla s-sala kienet mitfija ghax kieku lkoll kienu jaraw wicc Paul vampa nar.  Kultant l-idea taghna nfusna tkun ferm ikbar mir-realtà.


+:: PIT STOPS

Tentufiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja

Ragel kien qieghed jara t-tigrijiet taz-zwiemel u ntebah li qabel kull tigrija kien hemm qassis li kien jersaq hdejn iz-zwiemel u jbierek wiehed minnhom.  U bellec dak li jitbierek jigi l-ewwel.

Ir-ragel qaghad attent u mar jilghab flusu kollha fuq iz-ziemel li l-qassis kien ibierek.  Imma din id-darba mhuxtalli z-ziemel ma rebahx talli waqa’ f’nofs triq.  Ir-ragel mar jipprotesta mal-qassis u dan bid-dahka qallu:

“Ruhi qalbi ...dak mhux inbierku kont, imma ghamiltlu l-grizma tal-morda.”

Cajta ...imma l-messagg hu verissimu  Kemm nies ihalltu r-religjon mas-superstizzjoni ...xi numru marbut ma’ xi grajja qaddisa u jehduh lottu ...xi biljett tal-lotterija li jsemmuh ghal xi qaddis partikolari bit-tama li jrebbahhom.


Missier qabbad lit-tifel igorr bagalja tqila.  It-tifel ipprova imma ma setax iqandilha.

“Tqila wisq, pa!”
“Imma int ghamilt hiltek kollha?”
“Kollha, imma ghalxejn!”
“Le, ghadek ma ghamiltx hiltek kollha ghax ghadek ma tlabtx l-ghajnuna.”

Anke ahna quddiem xi problema kultant ninsew inharsu ’l fuq u nitobuH l-ghajnuna.


Bidwi mar iqerr u stqarr mal-qassis:

“Sraqt 2 metri habel!”

Il-konfessur hass li ma tantx kellu htija kbira u qallu:

“Itfa’ xi haga zghira zejda fis-sasla biex taghmel tajjeb ghas-serqa.”

Il-bidwi accetta bil-qalb u f’qalbu qal:

"Anzi ma staqsinix x’kien hemm marbut mal-habel ghax kien ikollinghidlu li kien hemm baqra!”

Tfakkarni f’dak li kien ihoss ugigh kbir fl-istonku imma beza’ li ghandu xi haga serja u meta mar ghand it-tabib qallu li ghandu gharqubu jugghu.

Fl-isfera tal-medicina ma hemmx fejqan jekk ma jkunx hemm sincerità u l-istess fl-istqarrija tal-qrar.


Meta thossok mifxul ftakar ftit fi Kristoferu Colombo.  Dan miskin ma kienx jaf x’mar ifittex, meta sab ma kienx jaf x’sab u meta gie lura f’pajjizu ma kienx jaf fejn kien mar.


Tixbah is-saltna t’Alla lil tezor mohbi f’ghalqa, li, malli ragel isibu, jahbih u, bil-ferh tieghu, imur ibigh kull ma ghandu u jixtri dik l-ghalqa - GESU` KRISTU (Mt 13, 44)


+:: L-erba' zwiemel ta' l-Apokalissi

:: jikteb Dr Coronato Grech

Wiehed mill-kotba l-iktar kurjuzi, misterjuzi u strambi fil-Bibbja huwa l-ahhar wiehed, l-Apokalissi.  U apparti mill-ktieb ta’ Danjel, u xi kotba apokrafi bhal Ezdra u ta’ Henok, huwa kwazi uniku, ghalkemm jaghmel parti minn generu ta’ letteratura popolari minn bejn madwar 200 q.K. u 200 w.K.  F’din it-tip ta’ kitba hemm deskrizzjoni spiss fantastici u b’simboli ezotici u allegoriji misterjuzi bejn il-hazen prezenti u l-qawwiet tas-sema b’rebha finali ghal dawn ta’ l-ahhar.  U f’dan il-ktieb, mimli kif inhu b’affarijiet strambi bhal skroll mikul minn id ta’ anglu, mara liebsa x-xemx, il-prostituta l-kbira, dragun kbir ahmar, bhima b’ghaxart iqrun u seba’ rjus, forsi l-iktar impressjonanti huma l-erba’ zwiemel ta’ l-apokalissi u r-rikkieba taghhom.

Il-ktieb jiftah b’awtur (li ma nafux min hu), jghid li huwa stess kellu dawn il-vizjonijiet u f’dan ir-rigward huwa uniku fil-letteratura apokaliptika fejn l-awturi l-ohra jsemmu li mhux huma kellhom il-vizjonijiet imma figuri ohra maghrufa bhal Adam, Mosè u Henok.  L-itwal parti tal-ktieb, kif ukoll l-iktar parti kkumplikata u li serviet ghal tant interpretazzjonijiet (u li fiha z-zwiemel) hija dik fuq Kristu u l-univers (Apk. 4,1 – 16,21).  L-awtur jghid li huwa gie msejjah jghaddi minn bieb fis-sema biex jara t-tron t’Alla mdawwar bil-glorja.  Kwotazzjoni diretta forsi iktar taghti  l-gest ta’ l-okkazjoni u kif tkun din it-tip ta’ kitba:

“U d-dehra ta’ dak li bilqieghda qisha dehra ta’ hagra tal-gaspru u tal-karnalin, u madwar it-tron qawsalla donnha esmerald.  Madwar it-tron …erbgha u ghoxrin xih lebsin l-abjad …mit-tron rajt hiereg beraq u hsejjes u raghad u seba’ torci mixghula quddiemu li huma s-seba’ Spirti ta’ Alla.  Quddiem it-tron rajt ukoll bhal bahar tal-hgieg qisu kristall u …madwaru l-erba’ hlejjaq hajjin, kollhom ghajnejn minn quddiem u minn wara …kull wahda minnhom b’sitt gwienah, rajthom kollhom ghajnejn kemm madwarhom u kemm minn gewwa …u lejl u nhar itennu: ‘Qaddis, Qaddis, Qaddis’ “(Apk. 4, 3-8).

Imbaghad hemm deskrizzjoni ta’ kif Alla (msemmi bhala ‘dak li hu’) ghandu f’idu l-leminija ktieb maghluq b’seba’ sigilli.  Il-vizjoni tikkoncentra ghall-ewwel, mhux l-iktar fuq il-kontenut taghhom, imma l-mod kif jinfethu.  Hadd ma nstab li huwa denju li jiftah il-ktieb hlief Kristu li huwa deskritt bhala l-Haruf bhallikieku kien maqtul, b’sebat iqrun u sebgha ghajnejn li huma s-sebgha spirti ta’ Alla mibghuta fuq l-art kollha3.  Wara l-kreaturi kollha tas-sema japprovawh fost hafna ghana u tifhir, il-Haruf jikser is-sigilli.

U l-ewwel erba’ sigilli kien fihom l-erba’ zwiemel li bejniethom jipprezentaw varjetà ta’ hazen li ser jinzel fuq id-dinja:

“Imbaghad il-Haruf fetah l-ewwel mis-seba’ sigilli u jien harist …u ara, gie ziemel abjad, u dak li kien riekeb fuqu kellu qaws u nghatatlu kuruna; u hareg hu, rebbieh, biex ikompli jirbah.” (Apk. 6, 1-2)

“U wara fetah it-tieni sigill …hareg ziemel iehor, ta’ lewn ahmar nar, u lil dak li kien riekeb fuqu nghatatlu s-setgha li jeqred il-paci fuq wicc l-art, halli b’hekk il-bnedmin kollha jinqatlu bejniethom; u ghalhekk inghatatlu xabla kbira.” (Apk. 6, 3-4)

[Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-harga ta’ Ottubru]


+:: Forsi Jinteressawk  

Irnexxielu

Will Roger kien wiehed mill-iktar artisti famuzi ta’ Hollywood tas-snin ghoxrin u tletin.  Darba stednuh biex imur fil-White House halli jkellem lill-President Coolidge li kien maghruf bhala bniedem serju u rari jitbissem.

“Imhatra li ma ggaghlux jidhak!”
“F’inqas minn 20 sekonda,”
weghedhom l-artist.  

Meta deher quddiem il-president, l-ufficjal inkarigat introduciehom:

“Sur President ...dan hu Will Rogers.”

u lil Will Rogers:

“Mr Rogers dan hu l-President Coolidge.”

Will Rogers isserja u staqsa mill-ewwel:

“X’ghidtli li jismu?”

U l-President dahak bil-qalb.


Aqra bil-mod

Meta mart ir-Re Belgjan Albert I zaret ir-Russja xi snin ilu, xtaqet tisma’ quddiesa.  Hallewha tmur fi knisja zghira u maghha baghtu xebba:

“Int kattolika?” staqsiet ir-Regina.
“Nemmen izda ma nipprattikax.”
“Mela int komunista?”
“Ma nemminx fil-Komunizmu imma nipprattikah!”

Ma tistax tiehu b’id l-ghadu tieghek jekk ghadek izzommha forma ta’ ponn.


Gharaf johrog

Disraeli, Prim Ministru Ingliz, kien maghruf ghac-cajt tieghu.  Kien kapaci johloq cajta fuq kull suggett u kien jiftahar b’dan.  Darba xi hadd sfidah:

“Int tghid li kapaci tghid cajta fuq kull suggett.  Ghidilna cajta fuq ir-Regina!”

Kulhadd inhasad ghax kienu jafu kemm ir-Regina tiehu ghaliha u minn naha l-ohra kienu jafu li Disraeli ma tantx jitlef sfidi.

“Habib, ir-Regina mhix suggett.  Ahna lkoll suggetti lejha imma hi mhi suggetta lejn hadd minna.”


Perfezzjoni jew fissazzjoni?

Ragel dahal fl-istudju ta’ Michelangelo u rah inaqqax statwa.  Ghadda minn hemm gimaghtejn wara u lemhu jahdem fuq l-istess statwa:

“Kemm ser iddum tahdem fuq l-istess statwa?”

“Gimghat u forsi xhur!”

“Hela ta’ hin ...hela ta’ flus.”

“La hela ta’ hin u anqas ta’ flus...
din hi l-perfezzjoni!”

“Ma nafx ...ma narax differenza bejn kif kienet l-istatwa gimgha ilu u kif inhi llum, ghajr ghal xi tentufiet.”

“Inti ssejhilhom tentufiet ...jien insejhilhom perfezzjoni ghax il-perfezzjoni hi maghmula minn tentufiet zghar.”


Haseb b’rasu

Darba gazzetta Franciza ghamlet din il-mistoqsija:

“Jekk tkun fil-muzew tal-Louvre u jkun hemm hruq kbir, liema pittura tipprova ssalva?”
“Dik li tkun l-eqreb lejn il-bieb ta’ barra!” irrisponda qarrej u kiseb il-premju.


Kienu jinhabbu hafna.  Qaltlu:

“Lesta li naqsam mieghek hajti ...kulma ghandi ...ferh u niket.”

Hu wiegeb:

“Imma jien ma ghandix niket.  Kif ser taqsmu mieghi?”

Qaltlu: “Ikollok ibzax meta nizzewgu!”


+:: Simetriji + Bejn grajja, riflessjoni u kwotazzjoni

 

Fil-ktieb tieghu ‘Three Farms’

Mark Kramer isemmi grajjiet ta’ bdiewa minn Massachusettes

jirrakkontaw dak li semghu mill-antenati taghhom

dwar is-sena ‘li ma kienx fiha Sajf’.

Kienet sena li hakmet iz-zewg nahat ta’ l-Atlantiku.

L-1816 – is-sena li fiha splodiet

il-muntanja Tambora (jew Tamboro) fl-Indonesja.

L-ispluzjoni tajret aktar minn kilometru

minn naha ta’ fuq tal-muntanja

u rmiet fl-atmosfera bejn 30 u 50 mil kubu ta’ trabijiet.

Dan it-trab dar mad-dinja u spicca biex ghamel

sitt pulzieri ta’ silg f’nofs Gunju fi New England u

glata li qerdet kollox f’Lulju u Awissu!

Ir-raba’ ma ghamel xejn u bosta bdiewa

abbandunaw l-ghelieqi taghhom.

Il-prezz tal-qamh irdoppja.

 

Minkejja li l-bniedem tela’ fuq il-qamar,

bena laboratorju li jdur fl-istratosfera,

holoq elf invenzjoni li hadd qatt ma holom

xorta fadal forzi naturali aktar qawwija minnu.

Kultant ahjar ihares ’il fuq u jghid

“Kbar u ta’ l-ghageb huma l-opri tieghek

o sinjur Alla omnipotenti.”  

“...Alla ta’ Danjel hu Alla haj u li jdum ghal dejjem,
li s-saltna tieghu ma tinqered qatt
u l-hakma tieghu ma tintemm qatt;
li jehles u jghin u jaghmel sinjali u ghegubijiet fis-sema u fl-art …”

(Dan. 6, 27-28)


+:: Mea Culpa

Rilfessjonijiet wara l-loghob tat-Tazza tad-Dinja
minn
Dr Mario Saliba M.D.

Ghaddiet ukoll l-edizzjoni tal-World Cup tal-Gappun u l-Korea.  Il-Brazil champions tad-dinja ghall-hames darba.  Ghalija kienet edizzjoni tal-World Cup li l-inqas li segwejt minhabba l-hinijiet ma tantx konvenjenti tal-loghob.  Izda l-iktar partit importanti specjalment ta’ tims bhall-Ingilterra, Italja, Germanja, Franza u l-Brazil rajthom kollha.  Bla dubju kelli ghadd ta’ dizappunti!

Din id-darba stajt nikkonferma kemm il-loghob huwa lotterija.  Franza, il-Portugall u l-Argentina, li kienu fost dawk imtektka li ser jirbhu t-Tazza, kienu fost l-ewlenin li sarru l-bagalji u regghu lura d-dar.  Warajhom kien imiss lit-Taljani biex jaqtghu biljett ta’ l-ajru u jergghu lura pajjizhom.  Ftit jiem wara qabdu l-ajruplan l-Inglizi (it-tim favorit tieghi) u l-Ispanjoli.  Imsieken l-Inglizi, li wara li qatghu figura tajba, meta gew mal-Brazil hasbu li huwa bizzejjed li tiskorja gowl wiehed biex tirbah!  Sadanittant it-timijiet tal-Korea u tat-Turkija baqghu ghaddejjin ’il quddiem minkejja li l-pronostiku kien xorta ohra.  Fl-ahhar taqtigha bejn il-Germanja u l-Brazil, kien proprju l-plejers tal-Brazil li gustament ghollew u hadu maghhom lura t-Tazza.  Viva l-Brazil!  Viva Ronaldo!  Jien avolja mhux it-tim favorit tieghi ammirajthom ghal-loghob sabih li ghamlu.

Cert li dawk il-pajjizi li telqu lejn darhom qabel il-waqt ilkoll ippruvaw jaraw x’kienet ir-raguni li kellhom itemmu l-avventura tat-Tazza tad-Dinja daqshekk hesrem!  Bhal hafna ohrajn li segwew it-television Taljan, stajt nara mill-qrib dak li hassew it-Taljani.  Dritt wara l-ahhar suffara tal-loghba bejn il-Korea u l-Italja, biex ma nghidx qabel ukoll, inholoq stat allarmanti ta’ paniku fost it-Taljani.  Skond kif rajna fuq it-television u qrajna fil-gazzetti ma setghux jaqblu f’min ser jaqbdu jwahhlu jew ta’ min kienet il-htija li nqalghu.

Ippuntaw subghajhom lejn l-assistenti tar-referee tal-loghba kontra l-Kroazja li hassar zewg gowls.  Fethu l-kanuni kontra r-referee ta’ mal-Korea.  Qalu li kienu vittma ta’ komplott tal-FIFA.  Wahhlu fi Trapattoni li laghab il-plejers li ma kinux f’sikkithom.  Wahhlu f’Totti.  Wahhlu fid-difiza li ma kinitx attenta bizzejjed.  Wahhlu f’Carraro, il-President tal-Federazzjoni tal-Futbol Taljan, ghax kellu jkun fil-Gappun qabel.  Fil-konfuzjoni ssemma l-ilma mbierek ta’ Swor Romilde, oht Trapattoni, issemma li l-plejers ma kantawx l-Innu Taljan ...insomma wahhal f’dak u wahhal fl-iehor id-diskors ghadu sejjer issa li spicca l-loghob!  Min huwa veru hati ghadu ma nstabx!  Ara min jahseb li qed nikteb hekk ghax ghandi xi haga kontra t-Taljani!  Xejn minn dan.  L-Inglizi wahhlu f’Seaman!  Jien semplicement qed nghid dak li segwejt minn fuq it-television Taljan.  Fl-opinjoni tieghi kemm l-Inglizi u kemm it-Taljani u kwalunkwe tim iehor kollox qalu hlief ‘mea culpa!’.

Kos kemm huwa difficli nammettu l-htija.  Kull wiehed minna meta jizbalja jipprova jara lejn min ser jippunta subghajh u f’min ser iwahhal.  Kemm huwa difficli li nghidu tassew ‘mea culpa’.  Fil-bidu tal-Quddiesa waqt il-Confitor naghtuha ghall-hala u nghidu ghal darba, tnejn, tlieta: ‘mea culpa, mea culpa, mea maxima culpa.’  Ghandi dubju però kemm inkunu nafu x’ahna nghidu.  Irridu tassew kuragg u doza qawwija ta’ umiltà biex nammettu li nkunu zbaljajna.  It-Taljani, l-Inglizi u ahna lkoll irridu nitghallmu nammettu telfa!