|
+L-Iben t'Alla sar
Bniedem
L-EDITORJAL
Jacques
Lafitte kien guvnott mimli entuzjazmu imma wasal Parigi bla sold fil-but.
Iddecieda li jfittex impieg f’bank u mar fejn il-manager – is-Sur
Perregaux. Dan wara li ra l-kwalifiki
qallu:
“Tidher
li studjajt u mhejji tajjeb. Imma
bhalissa ma ghandix bzonn ta’ haddiema.
Hallili l-indirizz biex meta nkun fil-bzonn ninfurmak.”
Jacques
hallielu l-indirizz u telaq ’il barra.
Kif kien miexi fil-kuritur tbaxxa u refa’ xi haga mill-art.
Poggieha fil-but u baqa’ sejjer.
Il-manager rah jitbaxxa u xtaq ikun jaf x’gabar. Ghajjatlu lura.
“Gbart
dan il-labra,” qallu waqt li newwelulu.
“U
ghaliex gbartu?”
“Ma
kenitx f’postha... setghet twegga’ lil xi hadd u kif jien bla sold...
forsi min jaf... nista’ nigi bzonnha.”
Il-manager
dar lejh:
“Ibda
ahdem mieghi issa stess. Zaghzugh
b’tant riflessjoni dejjem ghandu post fil-bank tieghi.”
Hekk
bdiet il-hbiberija bejn Perregaux u Lafitte li lahqet il-quccata taghhom
meta t-tnejn saru diretturi ta’ l-ikbar bank Franciz ta’ zmienhom:
‘Perregaux Lafitte et Cie’.
L-opportunita
thabbtilna imma kultant naghzlu li ma nifthulhiex. U dan ma jghoddx biss ghall-gwadann materjali izda wkoll
ghall-opportunitajiet spiritwali li minnhom tkun tiddependi hajjitna ’l
hemm mill-qabar!
PIT
STOPS 2
Tentufiet
li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja
Paderewski
- illum meqjus wiehed mill-ikbar pjanisti li qatt kellha d-dinja - meta
mar ghall-ewwel lezzjoni tal-pjanu qalulu:
“Subghajk
qosra wisq. Ma tistax
titghallem iddoqq.”
Meta
Caruso – forsi l-ikbar tenur li qatt rat id-dinja –
mar biex jitghallem ikanta, l-ghalliem qallu:
“Mur
fil-hanut ta’ missierek tghallem sewwi xi karozza.
Lehnek qisu r-rih ivenven fil-persjani.”
Benjamin
Disraeli – meqjus bhala wiehed mill-ikbar Parlamentari fl-istorja
Ingliza – qam biex jitkellem l-ewwel darba fil-Parlament tant qala’
tisfir li kellu joqghod bilqieghda bla ma temm dak li kellu mhejji.
Kieku
dawn qatghu qalbhom ….
“Meta
hu l-itwal il-bniedem?” staqsa l-Professur.
Kien qed jistenna ‘Bejn id-19 u l-25 sena’ ghax hekk sabet ix-xjenza.
Izda f’qalbu wiehed mill-istudenti qal:
“Il-bniedem
hu l-itwal... meta jkun gharkobbtejh quddiem il-Mulej ghax ikun ‘jilhaq
mas-sema’.”
Robert
Moffat, missjunarju Skocciz kellu jaghmel tahdita dwar il-missjoni izda
tnejn minn nies biss gew ghad-diskors... mara xiha u bin bintha... tfajjel
ta’ 10 snin. Il-missjunarju
haseb forsi li ser jahli zmienu imma kien bniedem ta’ principju u la
wieghed diskors fuq il-missjoni hass li ghandu jaghmlu minkejja n-nuqqas
ta’ udjenza. U mn’alla ghamlu ghax dak it-tfajjel ma kien hadd ghajr
David Livingstone li ’l quddiem kellu jkun wiehed mill-ikbar missjunarji
lajci ta’ zmienna. U David
baqa’ dejjem jghid li l-vokazzjoni tieghu twieldet dakinhar li sema’
lil Robert Moffat jitkellem b’tant entuzjazmu fuq il-missjoni.
Aghmel
dmirek minkejja li ma jkun hemm hadd itaptaplek fuq spalltek biex ifahhrek
talli ghamiltu.
Ragel
sinjur kien ghaddej mit-triq u lemah tifla ta’ xi 6 snin titlob il-karita.
Tghidx kemm gerger f’qalbu u meta wasal id-dar ilmenta mal-Mulej:
“Ghaliex
thalli lil dik l-anglu ckejken tbati?”
“Hloqt
lilek u ghanejtek bil-gid. Laqqajtek
maghha u ghallimtek li meta tkun qed tghin lilha qisek qed tghin lili. Kif ghandek il-wicc tilmenta mieghi li dik it-tifla qed tbati?
Ghandek kollox f’idejk biex ma thallihiex!”
Qisu li
hadd ma jrodd
deni ghal deni
imma fittxu dejjem it-tajjeb
bejnietkom u ma’ kulhadd.
Kunu dejjem ferhanin.
SAN
PAWL (1 Tess. 5, 15-16)
DR
CORONATO GRECH IKOMPLI L-ARTIKLU LI BEDA FIL-HARGA TA’ AWISSU DWAR ...
L-ISTONKU
Ghal
snin shah Dr Beaumont gera wara St Martin (li kultant kien jitlaghlu u
harablu kemm-il darba) u ghamel esperimenti unici: sab per ezempju billi
jpoggi fl-istonku bicciet ta’ l-ikel marbutin bi spaga u jigbidhom
f’intervalli differenti, kif l-ikel jigi mahdum, li hemm acidu qawwi, li
l-istonku jahdem l-istess fuq kull tip ta’ ikel, u li l-alkohol
jaffettwah, kif ukoll l-emozzjonijiet (jihmar bir-rabja).
Kwazi
fl-istess zmien, fil-1823 l-Ingliz William Prout (1785 – 1850) kien sab
li l-acidu ta’ l-istonku huwa acidu idroliku (spirtu tal-melh).
Din kienet sejba stramba u kontra l-idea ta’ vitalizmu, komuni
dak iz-zmien, u li kienet tghid li l-affarijiet hajjin (organici) huma
differenti ghax ghandhom xi haga vitali, minn affarijiet mhux hajjin (inorganici).
Intant, ghaliex dan l-acidu
qawwi ma jeqridx l-istonku stess ghadu mhux maghruf sallum.
Xi
esperimenti fuq l-istonku (ta’ ghasfur) kienu saru wkoll qabel mill-Franciz
Rene de Reaumur (1683 – 1757). Reaumur
kellu seqer, li bhall-isqra l-ohra kien itella’ dak li ma jistax jahdem
l-istonku. Huwa kien jitimghu
ikel f’cilindri zghar miftuha, li meta jitilghu sab li l-ikel jinhadem
minn acidu qawwi. Huwa
rrealizza li d-digestjoni hija iktar kemikali, kif kien ippropona l-Olandiz
Sylvius (1614 – 1672) milli mekkanika, kif kien ssuggerixxa Giovanni
Borelli (1608 – 1679) li qaghad fuq il-mudell mekkaniku ta’ Renè
Descarte (1596 – 1650).
Kien
imbaghad fil-1833, fi zmien meta Beaumont kien qed jigri wara St Martin,
li l-Franciz Anselme Payen (1795 – 1871) sab l-ewwel enzimi tad-digestjoni. Illum nafu li fil-gisem hemm eluf u eluf minn dawn il-kimici
li xogholhom huwa li jhaffu l-hafna reazzjonijiet kemikali li hemm
ghaddejjin f’kull cellola kull sekonda.
Minghajrhom id-digestjoni fl-istonku tiehu xhur shah u mhux ftit
sighat.
Stonkjiet
ohra
Annimali
ohra ghandhom sistemi digestivi differenti fl-istonkijiet taghhom li
jvarjaw fid-daqs minn daqsxejn ta’ organellu mikroskopiku f’dawk
unicellulari bhall-bakterja, ghal dak tal-balena blù li iktar qisu xi
garaxx enormi. Fost l-iktar interessanti nsibu dak ta’ l-erbivori li
jixtarru, li ghandhom stonku
relattivament kbir (dak ta’ naghga jesa’ 18-il litru, u ta’ baqra
160 litru), u huwa mqassam f’erba’ kompartamenti differenti.
Mill-halq l-ikel (haxix) jghaddi fir-rumen minn fejn wara ftit
jghaddi fir-reticulum fejn jirtab u jibda jinhadem.
Il-muskoli tar-reticulum jergghu jtellghu l-ikel fil-halq,
generalment meta l-annimal qed jistrieh, fejn jerga’ jinhadem mis-snien.
Wara jerga’ jinbelgha u jghaddi mir-rumen, ghar-reticulum, ghal
kompartament iehor, l-omasum, u finalment ghal obamasum, qabel ma jghaddi
ghall-bqija ta’ l-imsaren.
Fit-tigieg
u tajr bhalhom, l-istonku fih tliet partijiet.
L-ikel jinzel l-ewwel fil-hawsla, li hija speci ta’ borza ma’
l-esofagu, u li sservi biex tahzen l-ikel; li mbaghad jghaddi
ghall-proventriculus fejn tibda id-digestjoni kemikali; u mbaghad jghaddi
ghall-qanzha, speci ta’ borza li fiha muskoli hoxnin biex ikissru l-ikel.
Fiha wkoll bicciet taz-zrar ghall-istess skop.
Dr
Coronato Grech M.D. ikompli dan l-artiklu fil-harga ta’ Ottubru.
FORSI
JINTERESSAWK
Mela
l-maestro…!!
Arthur
Rubinstein, il-pjanista famuz, kellu kuncert importanti u hassu li ma
kienx ippreparat bizzejjed ghalih. Ghalhekk
qal lill-butler tieghu, François, biex imur min imur jew icempel min
icempel jghidlu li ma kienx id-dar. Ftit
wara cempel xi hadd u l-butler qalilha:
“Jiddispjacini,
il-maestro mhux hawn!”
“Tghidlix
li mhux hemm! Qed nisimghu
jdoqq minn fuq it-telefon!”
“Le
jahasra, sinjura. Dak mhux
lill-maestro jdoqq smajt int imma lili nfarfar it-testiera tal-pjanu.”
“Jekk
biex tnaddaf iddoqq b’tant hlewwa ara x’noti johorgu meta tkun qed
iddoqq!” qaltlu u qatghet it-telefon b’tisbita.
Talba...
wara xewqa... wara talba…
Il-gurdien
mar quddiem il-Mulej jilmenta ghax kien jibza’ mill-qattus.
“Aghmilni
qattus!” talab.
U l-Mulej
tah gisem ta’ qattus.
Imma
dlonk intebah li beda jibza’ mill-kelb:
“Aghmilni
kelb!”
Izda
bil-kemm kien sar kelb li ma ntebahx li beda jibza’ mil-leopard:
“Aghmilni
leopard!”
Imma
twerwer meta lemah quddiemu kaccatur u waqt li lebbet ghal gol-foresta ma
kienx jaf x’jitlob lill-Mulej. Izda
Dan hadu bil-hlewwa u qallu:
“Mhux
gismek trid tibdel imma qalbek!”
It-twiddiba
tghodd ghalina lkoll …
Dik
karita!
Xiha
nizlet fi stage ferm imbieghed minn darha.
Min kien jafha xtaq ikun jaf ghaliex:
“Fil-karozza
tela’ ragel handikappat. Hadd
mill-passiggieri ma qam biex joqghod floku.
Hsibt li nimbarazzah naghtih posti ghax jien xiha u hu kien ghadu
zaghzugh. Ghazilt li
nippretendi li wasalt biex posti jkun vojt u hu jkun jista’ joqghod
minfloki bla xkiel!”
Dakinhar
l-anglu taghha tas-sema nizzel dan l-episodju b’ittri tad-deheb.
Dawl
u dlam
Bob
Evans ghex 50 sena ghama. Imbaghad
wara operazzjoni difficli nghata ghajnejn zaghzugh li miet f’incident
tat-traffiku u beda jara. F’intervista
lill-gazzetta Chicago Sun qal:
“Ghalija
ma hemmx granet koroh. Xita u
xemx kollox sabih. Nistenna
b’herqa d-dawl ta’ sbih il-jum u ghajjien inhares b’tama lejn
il-lejl... kemm il-jum u kif ukoll il-lejl ghandhom is-sbuhija taghhom.
Intom ma tifhmunix... imma jien li qattajt 50 sena fid-dlam cappa
napprezza ferm izjed is-sabih ta’ madwari.”
Pariri...
jew nuqqas taghhom
Zewgt
irgiel kienu qed igergru bejniethom:
“L-inkwiet
tieghi hu li jien ma niehu parir minghand hadd.”
“U
tieghi hu li niehu parir minghand kulhadd.”
AHBARIJIET
TA’ INTERESS
IZZEWGU
Noemi
Camilleri ta’ Triq it-Tramuntana lil Ivan Attard(Birkirkara);
Antoine
Meilak ta’ Triq il-Madonna ta’ Lourdes lil
Marlene Grima (Sannat);
Brian
Portelli ta’ Triq San Blas lil Charmaine
Buttigieg (Ghajnsielem);
Lino
Meilak ta’ Triq Cimcem lil Doreen Cassar (San Lawrenz);
Filwaqt
li nifirhu lil dawn il-mizzewgin godda nfakkruhom fit-talb.
Il-familja li titlob flimkien, tibqa’ flimkien.
IL-LAQGHA
TA’ AWISSU
Il-laqgha
ta’ Awissu, bhas-soltu, jkollha bixra specjali.
Kien proprju f’dan ix-xahar, 38 sena ilu, li ghamilna l-ewwel
laqgha taz-zghazagh u minn dakinhar saret dejjem kull l-ewwel Sibt tax-xahar.
U biex infakkru dan l-avveniment kull sena nistiednu l-old boys ta’
din il-laqgha u niehdu gost li din is-sena rajna numru sabih minnhom. Bdejna
l-laqgha b’talk qasira imma ferm interessanti ta’
Frank Muscat – ghalliem fis-Sixth Form ta’ Ghawdex u membru
attiv fl-Iscouts. Kellemna
fuq l-importanza ta’ l-isports f’hajjitna u wriena kemm ghandu wiehed
x’jirbah minn attività sportiva – self confidence, onestà, team
spirit, valuri, principji ecc. Frank
ghamel karriera fil-football kemm bhala player (fejn laghab anki ma’
timijiet Maltin) kif ukoll bhala coach.
Semmielna kemm fl-isports hemm role models pozittivi bhal Lance
Armstrong li fl-1997, meta nduna li qed ibati minn cancer, it-tobba tawh
50% cans li jghix u safrattant din is-sena rebah it-Tour de France
ghall-hames sena konsekuttiva.
Anke f’pajjizna ghandna sportivi li mhux biss jaghmlu unur lid-dixxiplina
sportiva li jiprattikaw izda jistghu jservu ta’ mudell ghal nies ohra.
Heggeg lil dawk prezenti biex jipprattikaw xi sport u jaraw kemm
ikunu qed itejbu l-kwalità ta’ hajjithom.
Hajr
lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna
wara l-laqgha u lil Mario Schembri ta’ Ta’ Frenc Restaurant li tana
biljett ghal ikla ghal tnejn u li mess bix-xorti lil Keith Camilleri ta’
Triq D Cocco Palmeri. Nixtiequ
nirringrazzjaw ukoll lil Raymond Muscat li meta kien fostna tana xi rigali
biex intellghuhom fil-laqghat tal-guvintur.
Wara l-laqgha
kellna zewg partiti football bejn l-over 40 kontra l-over 30 b’dawn ta’
l-ahhar johorgu rebbieha 3–0. Ghad
li z-zmien ma jahfirha lil hadd izda tara li t-talenti ta’ dari ma
sfumawx ghal kollox.
Imbaghad
kien hemm il-partita bejn xi players tal-Youngsters u xi zghazagh taghna.
Iz-zghazagh taghna din is-sena pattew ghad-dizappunt tas-sena l-ohra
u hargu rebbieha bl-iskor ta’ 4-2.
Kellu partita tajba ferm il-goaler taghna Jozef Sultana u spikka
wkoll iz-zaghzugh Josef Buttigieg li skorja wkoll goal sabih.
Prosit
lil dawk kollha li ppartecipaw!
IL-LAQGHA
TA’ SETTEMBRU
Ser
issir nhar is-Sibt 6 ta’ Settembru fit-8.15p.m.
Ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll.
Tista’ tibqa’ cert li xi haga ta’ gid tiehu mieghek zgur.
SNAPSHOTS
Stejjer
u fatti mill-hajja biex tahseb ftit fuqhom
Rembrandt
hu meqjus bhala
wiehed
mill-aqwa artisti li qatt ghexu.
Kien
jghix fis-sbatax-il seklu.
Wara l-mewt
ta’ martu
ghadda
minn zmien ta’ dipressjoni
u skond
il-kritici era dghajfa ta’ pittura.
Izda
rnexxielu johrog minnha
u beda
jpitter b’aktar qawwa, passjoni u skop.
Xi
kritici jghidu li mewt martu
kienet
bidla pozittiva
fil-kamp
professjonali tieghu.
Irnexxielu
jilhaq quccata ferm oghla
minn
qatt qabel.
L-istorja
ta’ Rembrandt
turi
kif Alla
kapaci
jinqeda bi tragedji
biex
ifassalna f’xi hadd ahjar minn qabel.
Izda
minn naha taghna
kemm
ahna konvinti
li Alla
kapaci jiehu d-dghufija taghna
kif
ukoll in-nuqqasijiet
u
jaghmilna persuni ahjar?
Bosta
drabi kulma jkun jonqos hu
li
nintelqu f’idejh –
konvinti
li f’idejh inkunu f’idejn tajba.
DAK
LI INT
JINSTEMA’ AKTAR
MINN DAK LI TGHID
jikteb
LEE RYAN MILLER
Nghallem
l-Ekonomija fl-UNLV tliet darbiet fil-gimgha.
Nhar it-Tnejn li ghadda, bi tbissima staqsejt lill-istudenti tieghi
kif kienu qattghu tmiem il-gimgha. Wiehed
mill-guvintur tal-klassi stqarr li ma kinux il-jumejn li xtaq.
Kellu jaqla’ d-darsa ta’ l-ghaqal.
Imbaghad kompla biex staqsieni ghalfejn inhobb inzomm tbissima fuq
xofftejja.
Il-mistoqsija
tieghu fakkritni f’sentenza li kont qrajt x’imkien: “Kull ghodwa,
hekk kif tqum, ikollok ghazla ta’ kif ser thares lejn il-hajja.”
Komplejthielhom, “...u jien naghzel li niffaccja d-dinja bi
tbissima.”
“Halluni
ngibilkom ezempju,” issoktajt nindirizza lis-sittin student u studenta
tal-klassi. “Barra minn
hawnhekk fl-UNLV, jien nghallem ukoll fil-kullegg ta’ Henderson, madwar
17-il mil imbieghed minn fejn noqghod jien.
Xi ftit gimghat ilu soqt is-17-il mil u mill-freeway ksirt
ghat-triq tal-kullegg. Kien fadalli biss kwart ta’ mil biex nasal.
Dak il-hin il-karozza ntfiet.
Ippruvajt inqabbadha. Ghalxejn!!
Hallejt l-indicators jaghtu, qbadt il-kotba, u rhejtilha bil-mixi
sal-kullegg.
“Malli
wasalt cempilt l-AAA u ffissajt appuntament maghhom ghal wara l-lezzjoni. Is-segretarja fl-ufficcju staqsietni xi grali.
‘Din hi l-gurnata tieghi!’ wegibtha bi tbissima.
“‘Tiqaflek
il-karozza u tghid li llum hi l-gurnata tieghek?’
Ma setghetx tifhem. ‘Xi
trid tghid biha din?’
“‘Jien
noqghod 17-il mil ’il boghod minn hawn,’ wegibtha.
‘Il-karozza setghet waqfitli kullimkien f’dawn is-17-il mil.
Minflok waqfet fl-ahjar post li setghet tieqaf: hekk kif hrigt
mill-freeway, ftit passi biss ’il boghod minn hawn.
B’hekk m’iniex ser nitlef il-lezzjoni li ghandi naghmel u
bil-kwiet kollu rrangajt ghal trakk biex wara
l-lezzjoni nirmonkaw il-karozza. La
l-karozza kellha tieqaf illum, ma setghetx taghmel hekk b’mod ahjar.’
Ghajnejn
is-segretarja nfethu berah u mbaghad rajtha ccarrat halqha.
Tbissimtilha jien ukoll u rhejtilha lejn il-klassi.’
U hekk temmejtilhom l-istorja.
Flejt
sewwa s-sittin wicc li kelli jharsu cassi lejja.
Minkejja li kienet l-ewwel lezzjoni ta’ filghodu hadd ma kellu
ghajnejh imbexxqin. Hadd ma
ried jitlef kelma minn dak li kont qed nghid.
B’xi mod l-istorja tieghi kienet lahqet il-gewwien taghhom.
Jew forsi anqas kienet l-istorja.
Kollox kien beda minn osservazzjoni ta’ student li jien kont
inhobb inzomm lili nnifsi ferhan.
Wiehed
gharef Indjan darba qal: ‘Dak li int jinstema’ aktar minn dak li tghid’. Nahseb li ghandu ragun!!
IL-KNISJA
MHIX GALLERIJA TAL-QADDISIN
IZDA SPTAR TA’ MIDINBIN LI JIXTIEQU JFIQU
|