IL-HBIEB ISEJHU
Settembru 2004 | Harga Nru. 4
57
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-EDITORJAL

Aktarx li l-isem Elizabeth Kenny ma jfisser xejn. Izda mhux hekk ghal eluf ta' pazjenti Awstraljani li tul is-snin gew bzonn u wzaw is-servizzi provduti minn klinika li taghha Elizabeth kienet in-nurse principali.

Il-pazjenti kollha kellhom l-istess sentiment.

“Bniedma ta' qalb kbira. Dejjem bi tbissima.”
“Lesta dejjem li tghin u ma tharisx lejn l-ucuh.” 
“Issir habiba tieghek malli tidhol fil-klinika.  Thossok li ilha tafek is-snin.”

U kollha wkoll kienu jaqblu li l-iktar haga li kienu jammiraw fiha kienet il-kalma u d-dahka sinciera li kienet iggorr kull fejn tmur.

U darba wiehed gurnalist staqsieha:

“Ms Kelly, ghid il-verità, nahseb li int f'ghomrok kollu qatt ma tlift sabrek. Jekk ikolli nghid int twelidt kalma u ma tghallimt qatt tisbel.”

Elizabeth tbissmet u qaltlu:

“Ghandek zball. Meta kont zghira kont sikwit nitlef sabri fuq l-inqas tentufa.  Bizzejjed wahda minn shabi tghidli kelma zejda jew tiddawwar anke bi ftit minuti ghal xi appuntament. Imma darba ommi tatni parir li baqa' f'mohhi ghal dejjem.  Qaltli:

'Liz, ftakar li min jirnexxielu jinnervjak ikun rebhek!'”

Hadd ma jiehu gost jintrebah. Mela jiswa li ma nitilfu qatt is-sabar u l-kalma.


MID-DJARJU TA' DR A J CRONIN

Cempluli biex immur malajr f'Nottinghill Lane ghax kien hemm guvnott fis-sakra u bezghu li ser jifga. Tlaqt bilgri u sibtu f'kamra fqira. Xejn ghamara ghajr sodda u komodina. Imma fl-art kien hemm hafna kotba... u kotba ta' skular.  Zgur li ma kontx nistenna li dan iz-zaghzugh qatt fetahhom.

Ikkurajtu kif stajt u smajt lil sidt il-kamra tghid li dak kien professur ta' università u li kien taha ghax-xorb minhabba xi problemi li kellu. Hadt interess fih u ridt inkun naf iktar dwaru. Fetah qalbu mieghi. Kien jismu David Murray u veru kien professur f'Oxford. U kienu jghidu li kellu futur eccellenti quddiemu.  Imbaghad biex jahrab xi ftit mit-tensjoni beda jixrob xi grokk kultant sakemm sar dipendenti fuq ix-xorb.  Sar sakranazz.  Tilef il-post li kellu u spicca qisu bum... jittallab. U dejjem fis-sakra fil-pub ta' Marley.

Xtaqt nghinu biex jerga' ghall-hajja ta' dari. Ghal bidu qalli li kollu ghalxejn imma billi nsistejt iddecieda li jaghmel prova ohra. Gibtlu xi hwejjeg li qajla kont ghadni nuza u b'xorti tajba sibtlu impjieg  li kien mahluq ghalih mal-familja Harrison. Ghax iben din il-familja kien student f'università u ried ftit ghajnuna f'hafna suggetti. David dahal ghax-xoghol b'ruhu u b'gismu. Kienu jhallsuh tajjeb. Kien sab postu fil-hajja.  Zgur li familji ohra kienu ser ifittxu s-servizzi tieghu. Fraht bi shih.

U fraht izjed meta darba – xi ftit gimghat wara – iltqajt ma' David u qalli li bint il-Harrisons – Ada – kienet innamrat mieghu. Kien digà qed johlom li jerga' japplika biex jghallem. Ried jixtri dar u kellu hafna pjanijiet. Hajja ohra mifdija, hsibt f'qalbi.

Izda l-Harrisons ma ridux lil binthom tiehu ex-sakranazz. Hajruha tinsieh u tfittex lil haddiehor. Sirt naf l-istorja b'kumbinazzjoni. Mort infittex lil David biex naghmillu xi ftit kuragg u nurih li fil-hajja hemm hafna tfajliet li kienu lesti jiehdu post Ada. Izda ma sibtux. Staqsejt ghalih u qaluli li aktarx insibu fil-pub ta' Marney.

Iva hemm kien. Fis-sakra ma jarax art. Kien taha ghall-hajja ta' qabel.

Il-vizzju iktar facli ma tidholx fih milli tohrog minnu.  


Dr CORONATO GRECH M.D. ikompli jiktbilna dwar

IL-WIDNEJN

Il-Widna interna. Il-widna ta' gewwa tikkonsisti minn zewg partijiet: mill-koklea, u parti ohra iffurmata minn tliet tubi f'forma ta' nofs cirku lkoll perpendikulari ghal xulxin u li ghandhom x'jaqsmu mal-bilanc.

Fil-koklea, f'dan id-daqsxejn ta' bebbuxu, il-vibrazzjonijiet mekkanici tal-hoss jigu trasformati f'impulsi newrokemikali u ghalhekk huwa daqsxejn ikkumplikat, fil-fatt jikkonsisti minn tliet tubi mimlija likwidu mibrumin spiralment ma' xulxin.  L-istapes hija mwahhla ma' naha minnhom, waqt li biex tirranga l-pressa fil-likwidu, hemm speci ta' tieqa zghira ovali li tissejjah precizament hekk, 'it-tieqa ovali'.  Fost il-hafna ismijiet li niltaqghu maghhom hawnhekk hemm dak l-aktar famuz tal-widna, l-'organu ta' Corti' li jikkonsisti f'ringiela ta' celloli li fihom bhal xaghar (kull koklea fiha madwar 15,000) jghum fil-likwidu u li huma l-intercessuri tal-hoss diehel minn barra.

Imbaghad hemm it-tliet kanali semicirkulari, tant prominenti imma li, bi skantament, ma humiex assocjati ma' ismijiet ta' anatomisti.  Dawn fihom likwidu li l-pressa fih tvarja mal-movimenti tar-ras, varjazzjoni li tigi rregistrata minn nervituri li mbaghad jghaddu l-informazzjoni minn nerv, imsejjah in-nerv vestibulari, ghall-mohh, li allura jkun jaf preciz dwar il-pozizzjoni u l-movimenti tar-ras.  L-ewwel persuna li wera li dawn il-kanali huma importanti ghall-bilanc (qabel kien mahsub li huma assocjati mas-smigh) kien il-Franciz Marie Jean Pierre Flourens (1794-1867) u dan minn esperimenti li ghamel fuq il-hamiem.  Fluorens kien ukoll l-ewwel li skopra r-rabta bejn dawn il-kanali u l-mejt.  Fluorens wera wkoll li n-nerv li jiehu mill-widna ghall-mohh fih zewg partijiet distinti, wiehed ghas-smigh (in-nerv kokleari) u l-iehor tal-bilanc (in-nerv vestibulari).  Il-parti tal-mohh li tinterpreta dawn is-sensi, ic-centru awditorju, tinsab fuq in-naha u qrib l-istess widna, ghalkemm xi nervituri mill-widna ta' naha jaqsmu ghac-centru awditorju tan-naha l-ohra.

Xi mard tal-widnejn: B'daqshekk struttura u funzjoni kkumplikati u delikati, mhux ghageb li hemm ukoll xi mard tal-widnejn.  Fost il-mard komuni nsibu infezzjonijiet li ma humiex rari specjalment fit-tfal, ghalkemm b'xorti tajba kura effettiva u bikrija (spiss bl-antibijotici), kumplikazzjonijiet bhal nuqqas ta' smigh, ma humiex komuni hafna.

Imbaghad hemm il-vertigini jew mejt, li jista' jkun kroniku u biss ftit skomdu, u kwazi parti mix-xjuhija, jew inkella tant akut u qawwi li jitfa' l-pazjent ma' l-art, b'hafna dardir u remettar.  Fil-fatt l-istess jigri f'min jaghmillu d-deni l-bahar.

Hemm imbaghad min kontinwament jisma' hsejjes u zanzin fil-widnejn li jvarja minn dak bilkemm jinstema' ghal dak li litteralment igennen u li ghalih sfortunatament ma tantx hemm kura effettiva.

Mard iehor ovvju tal-widna huwa nuqqas ta' smigh li jista' jigi minn, fost l-ohrajn, infezzjoni, tendenza ereditarja, ghakar fil-kanal ta' barra jew trawma.  U f'forma ta' trawma huma hsejjes qawwija, li jvarjaw minn sparatura kbira fil-qrib li ttarrax temporanjament jew, jekk qawwija bizzejjed anke ghal dejjem, ghal hsejjes mill-industrija jew anke muzika b'hafna artisti u zghazagh jispiccaw ibatu minn nuqqas ta' smigh. 

Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-harga ta' Ottubru


FORSI JINTERESSAWK

Min nej u min mahruq

Zewg irgiel xjuh kienu qed igergru bejniethom:
"L-inkwiet tieghi hu li jien ma niehu parir minghand hadd.”
“U tieghi hu li niehu parir minghand kulhadd!”


Min jixtri u min jipprova jbiegh

Is-salespersons huma maghrufa kemm kapaci jiffittaw lil dak li jkun biex jixtri. U hafna drabi jirnexxielhom. Imma fi triq kien hemm familja li qatt ma ngidmet ghad li kienet dejjem tiftah il-bieb berah u min ried kien jidhol juri x'kellu ghall-bejgh. Xi hadd gietu l-kurzità kif jirnexxielhom u din il-familja qaltlu:

“Facli. Malli jidhol ikellimni fuq xi bejgh, jien nghidlu li interessata hafna li nixtri basta hu wkoll jixtri minghandi. U dlonk nurih vetrina mimlija imbarazz li nzommu apposta mghottija taht it-tarag. Il-prezzijiet huma m'oghla s-smewwiet. Hu jitwerwer... u jbewweg 'il barra bla ma joqghod jiskomoda lili u lilu nnifsu.  Tirnexxi dejjem. Jekk ghandkom xi tarag li tahtu tistghu tahbu xi vetrina bhalha forsi ma tkunx idea hazina li tippruvaw intom ukoll din il-manuvra!”


Bibbja fl-idejn – tiswa tnejn fuq l-ixkaffa.


Jekk trid... issib xi tghid

Gizwita u kappuccin iltaqghu flimkien u biex jigbdu saqajn xulxin bdew jiccajtaw fuq l-ordnijiet taghhom:

"Li kont minnek innehhi d-daqna u l-kurdun ghax ixebbhuk ma' Guda... bhalek kellu daqna u bil-kurdun seta' tghallaq.”

“Li kont minnek ma nibqax Gizwita... ghax Guda bhalek kien fil-'kumpanija ta' Gesù'.”


L-ghotja

L-annimali kienu qed jitkellmu bejniethom min kien l-iktar ta' servizz ghall-bniedem.

“Jien ingorrlu t-taghbijiet,” ftahar il-hmar.
“U jien naghtih il-halib,” qalet il-baqra.
“Mal-halib naghtih ukoll is-suf,” qabzet qalet in-naghga.

Il-kelb baqa' sieket ghax lil sidu ma kien qed jaghtih xejn hlief hafna mhabba.

Izda b'ghageb ta' l-annimali u tal-kelb, meta s-sid gie mill-ghalqa l-iktar li ferah kien bil-kelb.

U hekk jaghmel maghna l-Mulej. Mhux kemm nahdmu jghodd imma kemm naghmlu dmirijietna b'imhabba. Dak li jghodd.


Hawn min jaqra s-sinjali taz-zmien

Meta Carol Woytila kien elett Papa fl-1978, Alexander Haig, membru importanti fl-amministrazzjoni Amerikana ta' dak iz-zmien qal:

“Qed nisma' l-qanpiena thabbar mewt il-Komunizmu.”

Din qalha meta l-Komunizmu kien ghadu fl-aqwa tieghu.  


AHBARIJIET TA' INTERESS

IZZEWGU

Vanessa Buttigieg ta' Vjal l-Imnarja lil Michael Sciberras (Ghajnsielem);
Marita Sultana ta' Triq Guzè Ellul Mercer lil Etienne Micallef (Victoria);
Claire Debono ta' Triq Xandriku lil Stefan Debono (Mellieha).

Nawgurawlhom futur mimli hena flimkien filwaqt li nfakkruhom fit-talb.  Il-familja li titlob flimkien, tibqa' flimkien.


IL-LAQGHA TA' AWISSU

Stedinna lis-Sur George Camilleri biex jaghmlilna il-laqgha ta' l-anniversarju li ghaliha kienu mistiedna wkoll l-old boys.  Kellemna fuq l-isports u wriena kemm hu importanti ghas-sahha fizika ...isahhah il-pulmuni u l-muskolatura.  Minghajr ma nkunu konxji nkunu qed nuzaw bosta fakultajiet mentali ta' kordinament ecc.  Illum sirna hafna iktar konxji fuq sahhitna u l-età ma ghadhiex problema fil-fatt issib sport ghal kull età u ssib pensjonanti li jibdew jipprattikaw xi dixxiplina sportiva.  Jghinna nirbhu l-istress ghax fih innifsu l-isport nipprattikawh ghall-gost u ma ghandniex nilaghbu biex nirbhu biss.    Trid tidra taccetta telfa daqskemm tiehu gost b'rebha. Ghandna wkoll noqoghdu attenti li ma nhallux cirkustanzi ta' loghba – meta ma jqassmulekx, xi hadd jghidlek xi kelma, xi weggha fizika – jtellfulek il-gost.  Anzi ...hallihom isahhuk.

Wara l-laqgha hadna gost naraw l-old boys taghna jissieltu bejniethom ...dawk ta' fuq l-40 ma' dawk ta' fuq it-tletin b'dawn ta' l-ahhar johorgu rebbieha 3-0.  Imbaghad iz-zghazagh taghna laghbu kontra it-tim taz-zghazagh tal-Youngsters u rebhu 2-0.  It-telliefa izda gabru unurhom meta fil-partita ta' wara hargu rebbieha bl-iskor ta' 4-2 kontra l-fifth formers tal-Qasam taghna.  Minn qalbna nirringrazzjaw lil dawk kollha li attendew.

Wara l-laqgha tellajna biljett ghal ikla ghal tnejn f'Ta' Frenc Restaurant – bix-xewqat it-tajba tax-chef Mario Schembri – li tela' fih William Said ta' Triq ix-Xini.  Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.


IL-LAQGHA TA' SETTEMBRU

Ser issir nhar is-Sibt 4 ta' Settembru fit-8.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca. Ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll. Dan il-fuljett hu l-istedina taghna ghalik. Aghmel mezz u ftakar... imqar b'reminder fuq il-mobile ghas-Sibt 4 ta' Settembru fit-8.15p.m.


DUN MIKIEL ATTARD

Dun Mikiel halliena.  L-ahbar xterdet bhal-lehha ta' berqa mar-rahal kollu.  U f'kemm ili nghidlek ma' Ghawdex kollu.  Ghax hidmet Dun Mikiel kienet twassal minn tarf sa tarf tal-gzira. U iktar ukoll permezz tal-Moviment Missjunarju tieghu.

Ghad li konna nafu li Dun Mikiel kien marid l-ahbar ta' mewtu hasditna. U sewditilna qalbna ghax konna nafu li tlifna habib u benefattur kbir tal-Qasam taghna.

Kien hu li holom bl-ewwel laqgha taz-zghazagh. U ghax kienet f'qalbu kien jintasab, kull l-ewwel Sibt, f'tarf is-sqaq jistieden liz-zghazagh Nadurin jidhlu jisimghu messagg ta' gid.  U mbaghad fl-ahhar ftit minuti tal-laqgha kien jidhol u jghid kelma ta' l-ahhar.

Dun Mikiel halliena imma nemmnu bi shih li ghadu maghna fl-ispirtu tieghu.  Jalla z-zghazagh tal-lum jaccettaw l-istedina li taslilhom kull xahar biex il-holma li holom Dun Mikiel 39 sena ilu tibqa' holma attwali.  Il-prezenza tieghek li rcivejt il-fuljett ghal din il-laqgha tkun imbuttatura 'l quddiem biex din il-holma ta' dan il-qassis twajjeb ma tmutx.


EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA

[Armla poggiet zewg habbiet fit-tezor:]

“Nghidilkom is-sewwa din l-armla fqira tefghet aktar minn dawk kollha li tefghu fit-tezor; ghax dawk kollha tefghu miz-zejjed taghhom, u din fil-ghaks taghha tefghet kulma kellha, l-ghajxien taghha kollu.”  {Mk 12:43-44}

Hu u miexi fuq xtajta wahdu,
ragel qaddis indjan sab perla.
Mara fqira ratu jigborha u talbithielu.
Tahielha bil-qalb kollha.
Il-mara telqet ferhana ser ittir.
Kienet saret sinjura.
Izda gimgha wara l-mara regghet fettxet lir-ragel qaddis.
Tatu lura l-perla u qaltlu:
“Aghtini dak li hu aktar prezzjuz mill-perla.
Aghtini dak li gaghlek
taghtini bil-ferh il-perla meta tlabthielek.”

X'gieghel lil dak ir-ragel jaghti tezor bil-ferha?

Dak li taghti fis-sahha hu deheb
dak li taghti fil-mard hu fidda
dak li taghti wara mewtek hu hadid.

Mulej, ma nafx meta ser tigi l-mewt
irrid inkun dejjem ippreparat biex nidhak meta ta' madwari jkunu jibku.


IL-MUSMAR TAN-NERVI

Daqsxejn ta' tfajjel kellu temperament li jbezzghek. Ghad li ta' ftit snin kien jitlaghlu mix-xejn. Jghajjat, ihabbat u jkisser kienu l-ordni tal-gurnata. Tempesta kapaci jqajjem jekk ma jsirx kif irid hu. Darba missieru tah landa msiemer u martell u qallu biex kull darba li jissahhan isammar musmar mal-bieb tal-maqjel.

L-ewwel gurnata dahhal 37 musmar. It-tieni jum dahhal inqas, u t-tielet jerga' inqas. Beda jintebah li hu aktar facli li jigdem ilsienu u jiftah il-ponn milli jsammar f'dak l-imbierek bieb. Zomm illum u ssikka l-ghada sebah il-jum li fih ma sammarx musmar wiehed.

Kollu kburi mar hdejn missieru u qallu bl-akkwist. Dan tah il-parir li kull gurnata li tghaddi li fiha jirnexxielu jikkontrolla n-nervi kellu jaqla' musmar. U wiehed illum u iehor il-pitghada, ftit ftit bdew jinqalghu. Ghaddew bosta gimghat u xhur u fl-ahhar irnexxielu jaqla' l-ahhar musmar li kien wahhal. U issa kburi, iktar minn qatt qabel, mar jiftahar ma' missieru.

Dan awguralu izda komplielu:

“Hares sewwa lejn il-bieb. Ghadu 'l boghod minn kif kien fl-ewwel gurnata.  Qishom sparaw ghalih... mimli toqob li ma tista' qatt timliehom bl-injam li kien fihom. Il-musmar taqalghu izda t-toqba hemm tibqa'. Ftakar li azzjonijiet jew kliem iebes li jinghad huma bhat-toqob. Dak li tghid ma tistax tirtirah. Tista' lill-bniedem taghtih daqqa ta' stallett, u meta tohrog l-arma minn go fih titolbu elf skuza, izda l-gerha hemm tibqa'. Certu kliem li nghidu hu aghar minn daqqa ta' bastun.”

Nidraw nikkontrollaw l-azzjonijiet u l-kliem taghna.  Facli tagixxi b'mod jew tghid xi kliem li wara jiddispjacik.  Il-kelma jiddispjacini tista' tghatti izda qatt thassar dak li nkunu ghamilna fis-sahna tal-mument.  Noqoghdu attenti.  Meta tghid kelma ma tista' qatt tirtiraha.


1

Wiehed gab is-salvazzjoni
Kanzunetta ddawwal mument
Warda tislet holma
B'sigra tibda masgar.

B'qatra tibda ocean
B'ittra tibda enciklopedija
Blanzun l-ewwel f'bukkett
U ghasfur jhabbar ir-rebbiegha.

Tbissima tnebbet hbiberija
Dahka tikkonfermaha
Tixjira ssahhahha
Capcipa tissodisfa sforz.

Kewkba tmexxi vapur
Kelma wahda sserrah mohh
Vot wiehed jibdel pajjiz
Ragg wiehed idawwal dar.

Xemgha wahda tnehhi dalma
Dahka tnessi d-dwejjaq
Pass wiehed jibda maratona
Kelma wahda tintona talba.

Tama tqawwi l-ispirtu
Taptipa turi li tapprezza
Vuci bizzejjed tippriedka l-gherf
Qalb wahda tikxef il-verità.

Hajja wahda taghmel differenza
U dan jiddependi MINNEK!!