
| Settembru 2006 - Harga Nru
481 + L-Iben t'Alla sar Bniedem L-Editorjal Pawlu
kien bniedem imhabbat hafna. Negozjant al antika. La kellu kompjuters u
anqas hafna haddiema mieghu. Kont tiskanta kif jirnexxielu jlahhaq ma’
kollox. Mit-Tnejn kmieni filghodu sa tard hafna s-Sibt filghaxija Pawlu
kien il-hin midfun fil-mahzen tieghu. U
ghalhekk kien jixxennaq biex il-Hadd wara l-Quddiesa bikrija kien
jerhilha lejn il-bahar biex iqatta’ jum jistad. Ftit jimporta li
mieghu jkollu biss kolazzjon hafif. L-importanti li jkun ghall-kwiet fuq
il-blata li saret qisha d-dar tieghu tal-villeggjatura. Darba
waqt li kien qed jistad jara gejja hdejh mara liebsa pulit li malli rat
il-ftit hut zghir li kellu maqbud qaltlu b’disprezz:
“Ma jmissekx tisthi! Ghax
ma hallejtux fil-bahar!” Pawlu
ma xtaqx diskussjonijiet. Kellu l-gimgha kollha ghal dawn. Il-Hadd ried
jistrieh… fil-kwiet… wahdu. Dar lejn il-mara u staqsieha:
“Taf
ghax inqabdu dawn?”
“Le!”
“Ghax fethu halqhom! Kieku zammewh maghluq kieku ghadhom
fil-bahar. Mhux jahasra li l-esperjenza taghhom tghallem lilna wkoll.” Il-mara
telqet bla kliem u bla sliem u Pawlu seta’ jkompli jiggosta l-passatemp
tieghu. Qwiel
li jghallmuna:
Ahjar mitt kelma nieqsa minn wahda zejda.
Kelma barra s-sinna ddur mad-dinja.
Kelma gewwa fik sid taghha int… barra minnek ilsir taghha.
Kieku l-kliem kien gawhar is-skiet ahjar minnu. KUCCARINA
GHASEL FI TRIQ IL-HAJJA L-istorja
tax-xih impressjonatni. Kien
maghruf bhala bniedem li ma jemminx. Qatt
ma kien jidher il-knisja. Qatt
ma kien jiftah lill-qassisin ghal vizti f’daru. U
dejjem jargumenta biex iwaqqa’ ghac-cajt dak
li hu ghaziz ghal min jemmen u
ghalhekk skantaw bi shih dawk
li rawh diehel ghand il-kappillan ta’ rahlu. “Gejt
biex niddiskuti mieghek kwistjonijiet
jaharqu li
minhabba fihom jien ma nasal qatt li
nemmen dak li temmen int u
l-parruccani tieghek.” Il-kappillan
kien verament mghaggel u
ma kellux mohh argumenti u paroli Kellu
laqgha importanti u digà kien tard. Xtaq
jghidlu dan bil-pulit Imma
xi haga fih hajritu biex ma jibaghtux ’il barra ghax
forsi din kienet okkazjoni li
ma tergax tirrepeti ruhha. “Idhol
habib u poggi,” u
meta dan qaghad bilqieghda |