![]() +L-Iben t'Alla sar Bniedem Settembru 2007 numru 493 Maria kienet devota ħafna ta’ Santa Rita. Kienet issejħilha l-qaddisa ta’ l-impossibli. U meta t-tobba qatgħu jieshom li żewġha jista’ jerġa’ jikseb saħħtu, Maria daret lejn il-qaddisa perfetta tagħha u quddiem l-istatwa tagħha qaltilha:
Għaddew xi ġranet u Pawlu, żewġha, donnu beda ġej għall-aħjar. Beda jinfetaħlu l-aptit u l-kulur reġa’ deher fuq ħaddejh. It-tobba ma setgħux jispjegaw x’ġara imma Maria kienet taf li l-qaddisa ta’ l-impossibli kienet semgħetha. Pawlu ħareġ mill-isptar u kien iħossu mfejjaq. U Maria riedet tkompli l-wegħda li kienet għamlet imma fl-ewwel jum ma setgħetx tmur għax kienet xita bil-qliel u anqas marret fit-tieni jum għax ġew xi ħbieb jaraw lil żewġha u anqas fit-tielet jum għax ħassitha ma tiflaħx. U hekk, jum wara jum, Maria kienet twiegħed lill-qaddisa: “Tibżax, għada niġi u nġieblek is-sitt xemgħat li suppost diġà xegħeltlek imma ma stajtx minħabba ċ-ċirkustanzi.” Imma l-għada nqala’ xi ħaġa oħra u hekk il-pitgħada. Tant li għadda xahar sħiħ u Maria kienet għadha ma xegħlet l-ebda xemgħa. Mhux biss imma lill-qaddisa qaltilha: “Issa għandi nagħtik 30 xemgħa imma jekk xi ħadd jarani nixgħel 30 xemgħa jaħsibni li tlift rasi!” U x-xemgħa baqgħet ma nxtegħlitx. Kos hux kemm skużi kapaci nsibu meta ma nkunux irridu nwettqu dmirna.
|
| XENI MINN TREJQET IL-HAJJA Aħwa… dejjem flimkien kienu jaħsbuhom tewmin għax is-sena bejniethom bilkemm kienet tifridhom.
U kibru imma wieħed stagħna għax in-negozju riedu u l-ieħor kien jaqlagħha u jikolha … għalliem fi skola żgħira Imma baqgħu jinħabbu. Darba fit-tifkira ta’ jum twelid it-teacher ħuh xtralu ġmiel ta’ karozza tiswa l-eluf “Hawn għażiż ħija għalija rigal żgħir għalik ħolma li bħalissa forsi ssibha iebsa twettaqha.”
L-għalliem irringrazzjah u xtaqlu iktar ġid u hena għax qatt ma basar li ħuh kien ser jiftaħ idejh tant beraħ miegħu.
L-iskola qatt ma mar biha għax kienet għażiża wisq għalih. Ma riedx ikagħbarha imma jużaha biss fil-Ħdud u l-Festi. Imur biha l-knisja u lura l-garage għal ġimgħa sħiħa.
Imma darba beża’ għax meta ħareġ mill-maqdes ra tfajjel idur magħha. Dlonk telaq jiġri. “Din tiegħek sinjur?”
staqsa b’innoċenza. “Tiegħi għad li mhux jien xtrajtha. Xtrahieli ħija.” U t-tfajjel wieġbu: “Kemm nixtieq li nista’ nkun ġeneruż daqs ħuk, ma’ ħija!”
Stagħġibt bit-tweġiba. Ma kontx nistennieha. Ma riedx li jkun dak li jirċievi imma dak li jagħti.
Staqsejt dwar dak it-tfajjel. kellu ħuh magħtub li rari kien jixref barra. Xtaq li jistagħna biex jgħin lil ħuh igawdi ftit il-ħajja.
Elfejn sena ilu l-Imgħallem ta’ Nazaret qalilna “Huwa aktar ta’ ferħ li tagħti milli li tirċievi.”
L-imgħallem kien iltaqa’ Ma’ min din is-sentenza kien jemminha għad li forsi qatt ma qraha fil-ktieb imqaddes.
|
| DR CORONATO GRECH M.D.
ikompli l-artiklu... LIEMA REALTA'?
Biex nieħdu idea ta’ distanzi ferm ikbar mid-dinja, u biex
nevitaw ħafna numri kbar, anki jekk naħdmu bil-meagametri, nużaw sistema
oħra, dik li jużaw l-astronomi – il-veloċità tad-dawl. Din hija, f’numri
dritti, 300,000,000 metri fis-sekonda, li mhux biss hija kbira, imma (ħaġa
stramba) hija l-akbar veloċità fl-univers. Intant, fuq dan il-kejl,
Il-vettura Amerikana Voyager 2, kienet ħierġa mis-sistema solari, ħarset lura u ħadett ritratt tal-pjaneta tagħna bil-qamar ħdejha – daqsxejn ta’ tikka bajda blù fl-isfond iswed ta’ l-ispazju. Kemm ma jidhrux il-burduri ta’ pajjiżi ġirien miġġielda! Huwa ritratt li tajjeb li jiġi mdendel f’post prominenti f’kull klassi ta’ l-iskola. Intant, ix-xemx hija kewkba waħda minn madwar 200 elf miljun li qegħdin f’forma ta’ rota ċatta ddur – il-Galassija. Hawnhekk anke lightyear, id-distanza li d-dawl jimxi f’sena, hija żgħira u l-astronomi jużaw kejl ieħor – il-parsec (li għal raġunijiet tekniċi ta’ kalkulazzjoni huwa 3.36 lightyears) jew elf iktar, il-kiloparsec (kpc). Fuq dan il-kejl Galassija fiha dijamentru ta’ madwar 30kpc u ħxuna ta’ madwar 4kpc fiċ-ċentru, ’il barra inqas, bix-xemx tinsab madwar 10kpc ’il bogħod miċ-ċentru. Il-Galassija kollha qed iddur, bix-xemx tagħmel dawra waħda li tieħu madwar 250 miljun sena, minkejja li miexja b’veloċità ta’ madwar 250 km fis-sekonda. Intant, il-Galassija mhix waħedha, anzi qiegħda ma’ grupp ta’ xi tletin li ma’ xulxin jagħmlu l-hekk imsejħa Grupp Lokali. Waħda mill-eqreb galassiji minn dawn hija xi żewġ miljuni u nofs lightyears ’il bogħod (u tidher sew anke bl-għajnejn biss fil-kostellazzjoni ta’ Adromeda). Barra mill-Grupp Lokali hemm ħafna u ħafna gruppi oħra, iżgħar u ikbar u jerġa’ anki gruppi ta’ gruppi, is-Supergruppi, ilkoll miljuni, u mijiet u eluf ta’ miljuni ta’ lightyears bogħod. L-iktar oġġetti bogħod li s’issa nistgħu naraw huma l-hekk imsejħa quasars (sorsi ta’ enerġija tremendi) li huma iktar minn 10 elef miljun lightyears bogħod. U hawnhekk jidher li lħalqna l-iktar distanzi bogħod, distanzi li huma inimmaġinabbli u bogħod mir-realtà tagħna daqs iċ-ċokon inimmaġinabbli u mbiegħed tal-femtometri! 1 Proxima Centauri hija fil-fatt waħda minn tlett kwiekeb iduru ma’ xulxin, li kif mistenni mill-isem narawha fil-kostellazzjoni taċ-Ċentawr. Minn hemmhekk ix-xemx tagħna tidher bħala kewkba oħra fi sfond ta’ eluf ta’ kwiekeb oħra. (Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-ħarġa ta’ Ottubru)
|
| FORSI JINTERESSAWK X’tgħidlu? Korrispondent kien qed jagħmel intervista ma’ isqof Amerikan u staqsieh għaliex joqgħod tant ħin quddiem is-sagrament u kemm ikollu x’jgħidlu. “Ngħidlek il-verità ħafna drabi ma ngħidlu xejn. Noqgħod hemm fis-skiet.” “Naħseb li Alla riedna nitkellmu għax kieku ma kienx jagħtina lsienna,” qallu l-korrispondent. “Ħabib, jien għandi kelb. Qatt ma jkellimni imma dejjem ħdejja meta nkun fl-uffiċċju. U kieku taf kemm napprezza l-preżenza tiegħu!” Baqgħet grata
Lisa Green, studenta Amerikana, kienet riesqa
lejn il-jum li tant Il-pumpier beka ferħan meta semagħha tgħidlu: “Li ma kontx int, jien ma kontx inkun hawn.” Sabiħa l-gratitudni. Tistenniex erbat irġiel b’saħħithom biex jeħduk il-knisja!! Għamlet u qalet sew Soru kienet għaddejja fi triq traffikuża u lemħet fqir bilqiegħda ħdejn bieb jitlob il-karità. Ratu liebes imċerċer u xtaqet tagħtih xi ħaġa tal-flus imma ma kellha xejn fuqha. Dlonk qabdet il-mantell u tathulu. Xi ħadd ilmenta li s-soru tidher bla sura mingħajr mantell għax dan hu parti integrali mill-abitu tagħha. Imma s-soru qaltilhom: “Aħjar bla mantell milli bla karità!” Stedinha
“Arah il-kritiku. Anqas jistħi jattendi għall-play b’dik il-libsa mkemmxa. Qisu raqad biha.” ”Fil-fatt hekk għamilt. Ġejt biex nara l-play tiegħek u rqadt daqs kemm kienet monotona!” Għal kull minuta li int imsaħħan titlef 60 sekonda ta’ ferħ.
|
|
AHBARIJIET TA' INTERESS IŻŻEWĠU Anabelle Mercieca ta’ Triq Għajnqasab lil Robert Formosa (Kerċem); Charles Camilleri ta’ Triq Daħlet Qorrot lil Rodianne Cassar (Xewkija). Filwaqt li nawgurawlhom futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb. Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.
IL-LAQGĦA TA’ AWISSU Kienet laqgħa speċjali. F’Awissu dejjem tkun speċjali għax tkun parti mill-ġimgħa ta’ attivitajiet li nagħmlu biex infakkru l-bidu tal-qasam tagħna tal-MUSEUM imma din is-sena qegħdin niċċelebraw il-100 sena mill-bidu tal-MUSEUM fl-1907, il-kanonizzazzjoni tal-Fundatur tagħna – San Ġorġ Preca, u sittin sena mill-ftuħ tal-qasam tas-subien fir-raħal tagħna. Għal din il-laqgħa jkunu mistednin l-old boys u numru sabiħ minnhom laqgħa l-istedina. Kellna ħsieb dwar x’għandu jfisser għalina commitment. Players kbar – fl-antik aktar mil-lum għaliex, sfortunatament il-gwadann materjali biddel ħafna l-ġerarkija tal-valuri – kienu jkunu committed mat-tim tagħhom. Għalihom is-suċċess tat-tim kien importanti aktar minn kull ħaġa oħra. Ġibna l-eżempju ta’ Bert Trautman li kien player Ġermaniż mal-Manchester City fis-snin ta’ wara t-tieni Gwerra Dinjija. Is-supporters ma kinux aċċettawh għax rawh bħala għadu wara dawk iż-żminijiet diffiċli. Iżda t-tenaċità tiegħu u l-fiduċja tad-diriġenti taw il-frott l-aktar meta s-supporters indunaw li għad li weġġa’ serjament f’final, Bert baqa’ jistinka għax f’dawk iż-żminijiet ma kienx ikun hemm replacements. Sar l-eroj tagħhom. Il-commitment tiegħu kien ta l-frott. Anki aħna meta nkunu qegħdin naraw logħba football ħadd minna ma jiddejjaq għax tkompli fl-extra time. Ħadd ma jgħid li l-ftehim kien għal siegħa u nofs u aktar minn hekk hu żejjed. Għalfejn allura quddiesa nhar ta’ Ħadd, wara ċertu ħin, naraw żejda kull minuta? Jekk qalbna tkun hemm iddum kemm iddum il-quddiesa ma għandniex għalfejn ingergru għax hija l-laqgħa tagħna mal-Mulej. Jekk aħna kapaċi nkunu daqshekk committed għal ċerti ħwejjeġ tad-dinja kemm aktar għandna għal ħwejjeġ li ma jintemmux mal-mewt. Christian Azzopardi ta’ Triq l-Arċipriet Saver Cassar tela’ fl-ikla għal tnejn ġentilment mogħtija lilna mis-Sur Mario Schembri, ix-chef ta’ Ta’ Frenċ Restaurant. Nirringrazzjawh mill-qalb bħalma nirringrazzjaw ukoll lil Robert Borg, barman tal-każin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna lil dawk preżenti.
WARA L-LAQGĦA Kellna 3 partiti football bejn iż-żgħażagħ tal-lum u dawk li paxxewna bil-logħob tagħhom fis-snin li għaddew. Lil dawn, l-età naqqsitilhom ir-ritmu tal-logħob imma t-talent għadu hemm u jidher. Spikkaw is-sens ta’ kontroll ta’ Mario Bonello, il-klassi ta’ Anthony Portelli, il-ħeffa ta’ Josef Buttigieg, it-teknika ta’ Patrick Falzon, ix-xutt formidabbli ta’ Etienne Vella, il-grinta ta’ Tonio Grech, is-saves ta’ Jozef Sultana u s-sitt goals ta’ Joseph Muscat. Iżda dawn kien biss ftit mill-ħafna sabiħ li rajna flimkien. Nibqgħu niftakru żgur goal stupend li skorja Dun Michael Said… forsi għax kien bil-flokk tat-tim li tant iħobb… Liverpool. Minn qiegħ qalbna nirringrazzjawhom li laqgħu l-istedina tagħna. Nafu kemm impennji jkollhom fil-ħajja imma sabu l-ħin li jiġu u jipparteċipaw fi spirtu verament sportiv. Stajna nirrakkontaw stejjer ta’ l-imgħoddi… rakkonti li qanqlu tbissima. Mixja nostalġika iżda li ħallietna iktar kuntenti u ferħanin li għexna ħafna snin flimkien f’dan l-ambjent tal-qasam tagħna. Xieraq li rroddu ħajr lil Eddie Vella li rrefja b’mod professjonali l-logħbiet kollha.
|
| IL-BIBBJA FIL-HAJJA
TAL-LUM “[Alla] għamel ħniena miegħi, biex fija l-ewwel wieħed Kristu Ġesù juri s-sabar tiegħu kollu, bħala mera għal dawk kollha li għal li ġej jemmnu fih għall-ħajja ta’ dejjem.” {1 Tim 1: 16}
Il-film Midnight Express hu dwar student Amerikan li jinqabad idaħħal illegalment ammont żgħir ta’ ħaxixa fit-Turkija. L-awtoritajiet Torok ta’ kemm xebgħu jissaportu dawn l-offiżi. Kif l-awtoritajiet Torok għamlu eżempju minn dan l-istudent hekk ukoll għamel Ġesù b’San Pawl iżda b’modi kontrarji: biex juri l-paċenzja tiegħu ma’ dawn l-offiżi.
Għaliex donni aktar nimita lill-awtoritajiet Torok milli lil Ġesù meta xi ħadd jonqosni?
Il-paċenzja hi l-kwalità li tkompli ma’ dawk in-nies li tkun tixtieq tieqaf. ULRIKE RUFFERT
|
|
Meta bl-Ingliż ngħidu Murphy’s Law inkunu qed nissuġġerixxu b’mod ċajtier li kull ħaġa li tista’ tmur ħażin żgur tmur ħażin. Jekk twaqqa’ slice toast tista’ tibqa’ ċert li taqa’ bin-naħa tal-butir fl-art!! F’dawn li ġejjin hemm ħafna sens f’xi wħud iżda oħrajn purament umoristiċi. Inħallu f’idejk biex tagħżilhom!!
Il-loġika hija metodu sistematiku ta’ kif tasal għal konklużjoni żbaljata b’kunfidenza.
It-teknoloġija hija ddominata minn min imexxi dak li ma jistax jifhem.
Espert huwa dak li jaf iżjed u iżjed fuq inqas u inqas sakemm isir jaf kollox fuq xejn.
Biex tinduna min hu l-espert, ara min qed jgħid li dik il-biċċa xogħol ser iddum l-aktar u tiswa l-iżjed.
Għid lil xi ħadd li hemm 300 biljun kewkba fl-univers u jemmnek. Għidlu li l-bank għadu kemm inżebagħ u jkun irid imissu biex ikun ċert.
L-iskoperti l-kbar dejjem saru bi żball.
Sistemi ġodda joħolqu problemi ġodda.
Li tieħu żball ifisser li int uman. Iżda biex tħawwad kollox trid tkun kompjuter.
Kompjuter kapaċi jagħmel żbalji f’20 sekonda daqs 20 raġel li jaħdmu għal għoxrin sena.
Ma tistax tafda fuq il-kompjuter. Aktar u aktar tafda fil-bnedmin. Kull sistema li tiddependi fuq il-fiduċja tal-bniedem ma tistax tafda fiha.
Meta ma jirnexxilekx, aqra l-istruzzjonijiet.
Jekk weħlet iġbidha bis-saħħa kollha tiegħek. Jekk tinkiser, x’aktarx xorta kien ser ikollok tibdilha.
Jekk ma tistax tifhimha, x’aktarx hija ovvja.
Ma tistax tinduna liema naħa marret il-ferrovija b’sempliċi ħarsa lejn il-binarji.
Xejn ma jġiegħel lill-bniedem jaħdem milli jara lil ta’ fuqu jistinka.
Kull sistema kumplessa li taħdem dejjem tevolvi minn waħda sempliċi li qdiet l-istess funzjoni.
|
| IL-PARIR TA' L-GHAREF L-imgħallem kien jinsab fuq is-sodda tal-mewt. Kien filosofu msemmi u l-pariri tiegħu ġibdu bosta dixxipli. Wieħed minnhom, x’ħin mar jarah, talbu parir ta’ l-aħħar.
“Mgħallem
fadallak xi parir biex tagħtih lid-dixxiplu tiegħek?” Ma’ dan il-kliem, l-għaref fetaħ ħalqu u qal lid-dixxiplu biex iħares fih. “Hemm għadu lsieni?” staqsieh. “U żgur!” wieġbu. “U snieni? Kollha hemm għadhom?” “Le, ma fadalx waħda!” wieġeb id-dixxiplu. “Tafha r-raġuni għalfejn l-ilsien serva aktar mis-snien? Għaliex mhux iebes, hu flessibli. Is-snien jaqgħu għax huma iebsa. Issa tajtek dak kollu li kelli nagħtik. Ma għandi xejn xi nżid.” Kemm-il darba nħarsu lejn nies żorri u ngħidu f’qalbna, “bħalu trid tkun biex tasal fejn trid!” Ma aħna flok ħadd iżda nistgħu nibqgħu ċerti li ammont ta’ mrar fl-intern iħassar lill-individwu. Mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm u bniedem paċi ma’ ħutu sinjal li hu paċi miegħu nnifsu u dak li qatt ma għandu xebgħa u kwiet tassew miskin. Min iħobb u jgħin il-veru jaf jgħix. |